Aħbarijiet


It-Torċa - Is-Sibt 1 ta' Settembru 2007

Minghand l-Arcisqof bqajt bla risposta... imma xorta nirringrazzjah

minn Victor Vella


Fil-bidu tas-sena, waqt laqgha fl-Università ma’ l-Arcisqof, l-Inginier Patrick Attard kien ixxokkja lil dawk prezenti.

Kien staqsa lill-Arcisqof, Pawl Cremona kif jista’ jibni pont ma’ l-omosesswali meta l-Knisja Kattolika tqis l-att bejn l-omosesswali bhala xi haga hazina. Kien qallu li l-Knisja Kattolika b’dak li tghid tohloq b’mod indirett tbatijiet zejda fuq l-omosesswali, firdiet u anke suwicidji.

Wara dawn il-kummenti li hasdu lill-Arcisqof, Patrick u Mons Cremona iltaqghu bejniethom biex jiddiskutu l-punti mqajjma. L-Inginier Patrick Attard, spjega lill-Arcisqof li dak li jixtieq mhux li l-Knisja tibdel it-taghlim, imma li toqghod attenta li ma tkomplix tohloq tbatija bla bzonn. Flok tiggudika l-omesswali ghandha tippriedka r-rispett u t-tolleranza. “Ix-xewqa tieghi hi li l-omosesswali f’Malta jkunu jistghu jieklu fuq l-istess mejda mal-qraba Kattolici taghhom. Illum qeghdin f’pozizzjoni li fl-ikla ta’ nhar ta’ hadd jew fil-festi bhall-Milied u l-Ghid tal-familja jghidulek ‘ejja kul imma ggibx is-sieheb - ma rriduhx.’ Ovvjament, dan iwassal biex dak li jkun imur jiekol mas-sieheb tieghu,” qal Patrick Attard lil it-Torca, li s-Sibt iddecieda li jikser is-silenzju li kien ilu fih minn Frar li ghadda.

Attard, li tkellem mat-Torca fil-kapacità personali tieghu, qalilna li “ninsab imwegga’ bl-atteggjament tad-Deputat Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa. Dan id-Deputat ivvota kontra u astjena fuq rizoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jikkundannaw il-vjolenza u l-omofobija fl-Ewropa. Nista’ nghid li f’rizoluzzjoni f’April ta’ din is-sena dwar l-omofobija fl-Ewropa, hu astjena, waqt li astjena ukoll f’rizoluzzjoni kontra z-zieda fi vjolenza razzista u ta’ l-omofobija. Apparti dan f’rizoluzzjoni dwar l-omofobija fl-Ewropa li ttiehdet f’Jannar tas-sena li ghaddiet, David Casa ivvota kontra. Ghalija hu inaccettabbli li David Casa jagixxi b’dan il-mod u nistenna li jaghmel apologija pubblika mal-komunità omosesswali f’Malta. Nistenna aktar integrità minnu u li b’mod apert waqt xoghlu fil-Parlament Ewropew jikkundanna l-vjolenza fuq kulhadd, inkluzi l-omosesswali.”



Ma’ l-Arcisqof



L-Inginier Patrick Attard qalilna li “dak li ghidt lill-Arcisqof fl-Università spjegajtulu fid-dettal waqt laqgha privata li kelli mieghu. Spjegajtlu kif student jew zghazugh ikollu sieheb. Tal-famija ma jaccettawhx. Jitlaq mid-dar u jmur jghix mieghu. Minhabba l-istress ta’ glied mal-genituri, li lanqas ihalluh ikellem lil hutu u ma jkunux iriduh id-dar, tispicca ir-relazzjoni mas-sieheb peress li jkun iggranfa mieghu. Rizultat ta’ hekk jista’ jehel mill-ezamijiet. Dan iz-zghazugh jispicca jitlef lill-ommu, lill-missieru, l-hutu u s-sieheb. Dawn huma kazi li sehhew u l-konsegwenza taghhom kienet li dan iz-zghazugh jista’ jaghmel suwicidju.

‘Lill-Arcisqof staqsejtu ta’ min hu t-tort ghal din is-sitwazzjoni. Jekk hux taz-zghazugh, tal-genituri jew tal-Knisja Kattolika b’mod indirett minhabba dak li tghid fuq l-omosesswali. Minghand l-Arcisqof bqajt bla risposta. Qalli li se jahseb fuqha. Ghalkemm bqajt bla risposta irrid nirringrazzja lill-Arcisqof li ltaqa’ mieghi u wera kemm hu bniedem intelligenti u umli. Jien li ghidt lill-Arcisqof fil-laqgha kien dak li b’dak li qed tghid il-knisja fuq l-omosesswali, qed twassal biex tohloq mibgheda u firdiet,” qalilna Patrick Attard.

Enfasizza li “l-problema tieghi hi mhux biss dwar dak li tghid il-Knisja f’Malta izda dwar dak li johrog minn Ruma. Per ezempju fuq il-kontroversja dwar jekk l-omosesswali ghandhomx irabbu tfal, il-Vatikan jiddeskrivi li t-tfal li jghixu ma’ l-omosesswali bhala li jkunu qeghdin ibatu minn vjolenza. Din hi inaccettabli. Kif jistghu tfal ibatu minn vjolenza meta koppja omosesswali ghandhom relazzjoni sesswali flimkien huma kuntenti? Min hu l-aktar f’riskju li jabbuza mit-tfal, dawk li huma kuntenti sesswalment jew dawk li qeghdin fic-celibat?” staqsa Patrick Attard.



L-Istat



Sostna li “ma nifhimx lanqas kif l-Istat jibqa’ jaghzel li ma jillegislax favur l-omosesswali. Hawn diversi problemi minhabba nuqqas ta’ ligijiet li jaghtu drittijiet fundamentali lill-omosesswali, u li dawn qeghdin joholqu tbatijiet zejda u problemi. Per ezempju li sieheb li ma jkunx cittadin ta’ l-Unjoni Ewropeja ma jkunx jista’ jghix u jahdem hawn Malta”.

L-Inginier Patrick Attard tkellem ukoll dwar kif il-Ministru ghas-Solidarjetà Socjali ghazlet li ma tmurx ghall-Gay Parade, sempliciment ghax hi li ‘l-policy’ taghha li ma tattendix marci.

Kompla jghid li t-taghlim tal-Knisja jiddeskrivi l-omosesswalità bhala fenomenu socjali u morali li qed iwassal ghal thassib u inkwiet. L-att bejn l-omosesswali hu deskritt bhala hazen gravi. “Dan ghalija hu taghlim li johloq omofobija fost il-Kattolici. Taghlim bhal dan iwassal ghall-intolleranza u mibgheda. L-effetti negattivi huma diversi fosthom reazzjoni negattiva mill-genituri, ibbuljar, abbuz fiziku u verbali”, jghid Patrick Attard.