Features


It-Torċa - Is-Sibt 4 ta' Awissu 2007

Il-Mathew Street Festival...
FIRE: l-ewwel esperjenza barra minn Malta


minn Siro Camilleri


Dan ix-xahar il-grupp FIRE se jwettqu wahda mill-ambizzjonijiet taghhom li jmorru jdoqqu barra minn xtutna. L-ewwel esperjenza li se tehodhom f’Liverpool, fejn se jippartecipaw waqt il-Mathew Street Festival.

FIRE huwa grupp determinanti li jaslu ghall-ghan taghhom u rispettabli mas-segwaci f’dan il-generu ta’ muzika, b’repertorju originali taghhom u influwenzi ta’ diversi gruppi ohra mix-xena internazzjonali.

Il-bidu taghhom kien fl-1998 meta inizjalment FIRE, kienu Ruben (Viking) – bass, Kenneth – kantant, Norma u Tamara – akkumpanjament vokali, Jona-than – drums, Jethro u Twanny (Pistols) fuq il-kitarri. Sa sena wara kienu digà bdew idoqqu f’diversi avvenimenti, bhall-Biker Charity Rides, gigs fi stabbilimenti maghrufa f’dan il-qasam u mistiedna bhala support group meta Status Quo gew Malta fl-1998.

Fis-sena 2000 kellhom l-ewwel tibdil u sentejn wara kellhom tibdil iehor. Barra minn hekk iltaqghu ma’ diversi problemi ohra, bhal meta l-post fejn kienu jipprattikaw ghereq bl-ilma u meta nsterqilhom l-apparat tad-daqq. Izda dan ma qatghalhomx qalbhom jew battew mill-entuzjazmu. Sabu post iehor fejn ikomplu jirrehersjaw, b’ispirazzjoni ta’ bidu gdid.

Illum, il-band FIRE huma Ken-neth Calleja bhala l-kantant principali, Joe Vella (Pejxa) kitarri, Robert Longo bil-kitarri ukoll, Lawrence Baldacchino fuq id-drums u Charles Cassar bil-bass.

Fl-2004 bdew biex jirrekordjaw il-kompozizzjonijiet originali fl-istudio ta’ Robert. Bir-rizultat li hargu biz-zewg singles ‘Make Believe’ u ‘Manhunter’ li kienu jintalbu u jindaqqu fuq hafna stazzjonijet tar-radju lokali.

Sadanittant, FIRE bdew idoqqu b’mod regolari fi stabbilimenti maghrufa u jkabbru l-ghaqda ta’ segwaci rockers Maltin. Filwaqt li jifirxu r-repertorju fl-istil ta’ muzika taghhom b’successi bhal dawk ta’ Led Zeppelin, Whitesnake, AC/DC, Deep Purple, Nickleback, ZZ Top u hafna ohrajn.

Ezatt is-sena l-ohra, ghall-ahhar ta’ Awissu, hargu bl-album ‘Ignite’, b’ghaxar diski originali, li prattikament xeghlu x-xena tar-rock lokali, idoqqu ghall-udjenza li kienu jippakkjaw kull fejn ikunu.

F’Ottubru 2006, FIRE rebhu l-Oktoberfest Battle of the Bands organizzata minn Pres-Malta, bil-voti ta’ l-udjenza kif ukoll tal-gurija. B’rizultat li tahom il-passagg ghall-Mathew Street Festival,

Filwaqt li f’Novembru li ghadda komplew isahhu l-popolarità taghhom meta kienu ntaghzlu biex jaghtu bidu ghall-kuncert ta’ Krokus f’Malta.

Intant il-Mathew Street Festival se jilqa’ gruppi minn 20 pajjiz differenti li se jkunu jippromwovu l-kultura taghhom u Malta se tkun wahda minnhom.

“Ma kinetx xi haga li ppjanajna, imma opportunità ta’ darba f’hajtek,” qaluli FIRE li ghalihom dan ifisser ukoll li sejrin fil-mekka tal-muzika rock taz-zminijiet tal-lum.

FIRE huma live-band u l-ambizzjoni taghhom li jibqghu ghaddejin, bil-ghan li l-Mathew Street Festival jifthilhom it-triq li jmorru jdoqqu anke f’pajjizi ohra. Aktar u aktar meta l-muzika rock qed tilhaq udjenza aktar wiesa’.



Noti muzikali
La Barokka: tiltaqa ma’ Akon


La Barokka, maghrufa ghall-istil taghha kif tinterpreta l-muzika klassika ma’ l-R&B, ma tilfitx l-opportunità li tiltaqa’ ma’ Akon, il-kantant imwieled fl-Afrika u maghruf f’dan il-qasam, meta fil-jiem li ghaddew ghamel zjara lir-refugjati fic-centru tal-Marsa, wara li kien ghadu kif ha sehem waqt il-kuncert Isle of MTV li sar fuq il-Fosos tal-Furjana.

La Barokka tkellmet ukoll ma’ DJ Benny-D, li jipproduci d-diski u kollega li akkumpanja lil Akon, li min-naha tieghu wera nteress fil-muzika taghha sahansitra ddecieda li jisma’ l-album taghha waqt li jkunu sejrin lura lejn l-Istati Uniti.

Bhalissa La Barokka qed tipprepara ghall-kuncert li se ttella’ fil-lukanda Hilton fit-2 ta’ Novembru li gej.

www.labarokka.com

Marisa D’Amato: Wolvestock Country Festival

Matul ix-xahar li ghadda l-kantanta tal-muzika country Marisa D’Amato, hadet sehem f’zewg festivals importanti f’dan il-qasam fl-Ingilterra. L-ewwel fil-Wolvestock Country Festival li sar f’East Park, Wolverhampton fit-22 ta’ Lulju u fid-29 tax-xahar ippartecipat waqt The South Will Rise Again li sar f’Canford Park Arena, Poole, Dorset, fejn hadu sehem bosta kantanti minn madwar id-dinja.

Intant bejn dawn iz-zewg attivitajiet, Marisa kellha l-opportunità li taghti serati f’erba’ klabs, fosthom fir-Rolls Royce Club ta’ Derby.

Sadanittant, ta’ kull nhar ta’ hamis fid-9pm, Marisa qed tkompli bil-programm Country Jamboree fuq One TV, bil-partecipazzjoni ta’ aktar talent Malti, bhal m’huma kantanti u zeffiena stabbiliti u ohrajn godda f’dan il-generu, filwaqt li twassal lit-telespettaturi, taghrif u videos mid-dinja tal-muzika country.

www.marisadamato.com