|
| Features |
|
It-Torċa - Is-Sibt 3 ta' Settembru 2005
Anton Buttigieg: il-liricista tal-Qala
minn Rodrigu Bovingdon |
Fl-1981 meta s-socjetà Maltija ta’ Malta kienet ghaddeja minn burraxka, certu taqlib socjetali kkawzat mic-caqliq politiku-religjuz tal-mument, u jiena kont ninsab fl-ewwel tentattivi tieghi fl-Università ta’ Malta nitharreg fl-istudji dwar l-ilsien antik taghna l-Maltin, kelli l-privilegg li nitkellem ma’ wiehed mill-iprem poeti tal-lirika Maltija, l-Ghawdxi Anton Buttigieg. Li gej hija taqsira ta’ intervista wisq itwal. Izda mis-sustanza ta’ kliem il-poeta ma naqqart xejn. Nistieden lill-qarrejja jissiehbu mieghi f’din il-passiggata ma’ l-eks-President ta’ Malta. Bovingdon: Qabel ma bdejna din l-intervista Eccellenza, inti urejtni interess kbir fil-mod kif jghixu dawk il-hafna Maltin li llum jinsabu ssetiljati gewwa l-Awstralja. Jimporta tirrikapitula l-hsibijiet tieghek hawnhekk sabiex ikollna rikordju taghhom? Buttigieg: Meta nisma’ bil-mewga kulturali lingwistika li ghaddeja qalb il-Maltin ta’ l-Awstralja ma jistax jonqos li jiena niehu gost. Minnha nara li l-Maltin li hallew din il-gzira, bosta drabi kontra qalbhom ghax ma sabux xoghol, qeghdin jergghu jinghaqdu maghha spiritwalment permezz tal-kultura. Jiena jiddispjacini li kultant jigu hawnhekk izuruni, nies mill-Awstralja u uliedhom ma jafux kelma bil-Malti. Jiddispjacini. Nghid ghaliex il-Maltin jaghmlu hekk meta gruppi ohrajn etnici fl-Awstralja, ippruvaw izommu kemm jista’ jkun l-ilsien taghhom u d-drawwiet? Ezempju t-Taljani li zammew l-ilsien u l-kultura taghhom u dak kollu li huwa Taljan. Jiddispjacini li sezzjoni tant kbira ta’ Maltin qieghda tinqata’ minn ommha. Allura niehu gost nisma’ b’din il-mewga ghaliex din terga’ tghaqqadna flimkien. Anzi nispera li minn fost dawk il-kittieba li jitwieldu minn fostkom, il-kotba taghhom jaslu ghandna. B’hekk inzommu mhux biss il-kultura u l-lingwa taghna fostna l-Maltin ta’ Malta u fl-Awstralja u fil-Kanada imma nzommu ukoll l-ghaqda taghna bhala Maltin. (Kumment tieghi: Din l-intervista saritlu fil-perijodu meta Buttigieg kien President ta’ Malta, fl-1981. Wara li rrekordjajt kull ma qalli ghall-intervista jiena qadt nispjegalu kif gruppi etnici ohrajn bhat-Taljani qabel xejn kienu wisq aktar numeruzi mill-Maltin u li dawn kellhom ghajnuna, morali u finanzjarja, sew mill-Gvern taghhom u sija mill-qasam kummercjali; qasam li l-komunità Maltija ma kellhiex. Ukoll, spjegajtlu li hija fattwalment hrafa nghidu kemm gruppi etnici ohrajn ghozzew aktar mill-Maltin id-drawwiet taghhom. Il-problemi li ffaccjaw il-Maltin garrbuhom ukoll l-ohrajn u hija hrafa li dawn jghozzu l-lingwa u drawwiethom aktar mill-Maltin.) Bov.: Bhala liricista inti maghruf sew fost il-poplu Malti. L-iktar vers ghani li inti haddimt huwa s-saffika fost il-bosta forom u suggetti li ghannejt bihom u dwarhom. Tikkummenta? Butt.: L-ewwelnett is-saffika mhux fil-kotba kollha tieghi imma aktarx fil-kotba ta’ zghoziti: fil-Gallarija u Fanali bil-Lejl, meta kont ghadni student l-Università. L-Università kont nistudja l-poeti ta’ dak iz-zmien, li jinkludu l-klassici, li bosta minnhom kitbu bis-saffika. Allura minghajr ma trid, il-haga li qed tistudja tidhol fik u dik hija r-raguni li ktibtha. Raguni ohra hi li dak iz-zmien kulhadd kien jikteb bir-rima. Ma kienx hemm dik il-libertà li hawn illum. Il-poeta kien marbut wisq bil-prosodija: bir-rima. U meta kont inhoss ruhi li jiena rrid naqta’ dawn il-ktajjen, kont ninfexx f’dik is-saffika. Ir-rima m’ghadhiex tezisti u l-poeta jista’ jhallat il-versi ma’ xulxin ta’ erba’, ta’ hamsa, ta’ sitta, ta’ hdax, kif irid. U ghandu izjed libertà. Però bosta drabi jabbuza minnha. Bov.: Il-kritiku Oliver Friggieri darba stqarr li l-poezija tieghek m’hix eskapista waqt li Aquilina, bosta snin qabel kien sejhilha hekk. Inti kif tispjegaha din id-dikotomija bejn zewg studjuzi tal-poezija tieghek? Butt.: Ghandu ragun biex ibiegh Friggieri. U meta Aquilina qal li jiena eskapista, mhux biss nahseb li ftit kien qara mill-kotba tieghi imma nahseb ukoll li l-gudizzju tieghu huwa restritt ghall-ewwel kotba tieghi tal-bidu. Ghax l-ohrajn kienu ghadhom ma hargux. Minbarra Gallarija u Fanali jiena hrigt seba’ kotba ohra b’diversi metri u fuq bosta suggetti, kif ghedt int. Eskapista! Mhux talli ma hrabtx mill-hajja jiena, talli inkuraggejt lill-Maltin jiffaccjaw kull sfida fid-dinja ta’ llum. Il-glieda ghall-helsien, ghar-Repubblika! Il-glieda biex Malta tkun centru ta’ paci, tal-libertà ta’ l-espressjoni, il-libertà religjuza, libertà ta’ assocjazzjoni. Dawn kollha glidiet li ggelidthom jiena fil-hajja politika tieghi. Issibhom kollha mxerrdin mas-seba’ kotba li semmejtlek. Nerga’ nghid, ma hrabtx mill-hajja waqt li haddiehor qata’ qalbu mill-Indipendenza u beza’ mill-Gvern Ingliz. Mela altru illi jiena eskapista! Bov.: Mistoqsija ta’ l-ahhar Sur President: il-Muza ghadha tinbxek? Butt.: Ghadha! Imma kemm ilni President kelli bosta impenji li ma hallewnix nikteb poezija. Ktibt numru kbir ta’ diskorsi li ghad irrid nippubblikahom. Il-poeziji tieghi nqalbu f’xi disa’ lingwi li bosta drabi kelli jiena stess nghin lit-traduttur. Tat-Taljan qlibthom jiena stess u hadli hafna xoghol. Imbaghad ghandi bl-Ingliz, bl-Gharbi, bic-Ciniz, bil-Germaniz u bid-diversi lingwi tal-Jugoslavja. Dhalt ukoll ghal bicca xoghol ohra: mhux l-istorja ta’ hajti, imma ritratti li ghandi f’mohhi. L-ewwel volum jismu Toni tal-Bahri li jittratta fuq il-hajja tar-rahal tieghi l-Qala, li huwa ta’ siwi kbir ghaz-zghazagh biex ikunu jafu kif ghexna ahna f’dawk iz-zminijiet. It-tieni volum L-Ghazla tat-Triq jirrakkonta z-zmien tat-tletinijiet meta jiena kont l-Università u l-iehor Fil-Morsa tal-Gwerra. Dawn swewli hafna hafna xoghol. Il-proza thabbtek wisq iktar mill-poezija. Ghalhekk ma ktibtx poezija izjed, ghalkemm xtaqt. Kont tant imhabbat li ma jistax ikun li wiehed ilahhaq. Konkluzjoni: Dott, nirringrazzjak tal-privilegg li tajtni minn hinek biex taqsam mieghi ftit mill-hsibijiet u fehmiet tieghek. Specjalment f’dan il-palazz storiku ta’ Sant Anton li lili personali jgeddidli tant memorji helwin minn ta’ tfuliti f’Malta. (Peress li jiena minn H’Attard, spiss konna niffrekwentaw il-gonna sbieh ta’ Sant Anton u jiena bhala abbati mhux l-ewwel darba li dhalt gewwa l-palazz jew ghat-tberik jew biex nghin il-quddiesa fil-kappella privata t’hemm gew.) |