Aħbarijiet


It-Torċa - Is-Sibt 27 ta' Awissu 2005

AIDS fost prostituti suwed

minn Victor Vella u Kurt Farrugia


Ta’ l-inqas prostituta wahda minn numru ta’ prostituti suwed li qed jitlajjaw f’Hal Far hija infettata bil-marda AIDS jew HIV. X’aktarx ukoll li din il-prostituta hija mmarkata b’timbru ta’ l-HIV li giet bih minn pajjizha. Ghal zewg mistoqsijiet diretti lill-Ministeru tas-Sahha dwar jekk hemmx persuni fost l-immigranti irregolari f’Hal Far li ghandhom l-AIDS jew l-HIV, il-Ministeru naqas milli jkun specifiku u qal li “l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija t’hawn fuq tista’ twassal biex jigu identifikati persuni individwali.”

Din ir-risposta prattikament tikkonferma li hemm persuni li qed isofru l-marda trasmessa sesswalment ta’ l-AIDS jew l-HIV.

Wara li l-gimgha l-ohra, it-TORCA zvelat kif f’Hal Far qed issir prostituzzjoni minn nisa immigranti li qed jghixu fil-kamp miftuh, hadd mill-awtoritajiet ma ha passi mehtiega tant li sa din il-gimgha, it-TORCA rnexxielha tikseb numru tal-mobile ta’ prostituta mill-Etijopja u ftiehmna maghha biex niltaqghu l-Gimgha fil-ghodu f’post Birzebbuga. Barra minn hekk osservajna wkoll prostituzzjoni bin-nhar fl-inhawi ta’ Hal Far.

Fuq in-numru li ksibna, jirrispondik ragel, x’aktarx immigrant bhalha minhabba li ma jitkellimx Malti car, u jistaqsik ghadd ta’ mistoqsijiet. Il-konversazzjoni telefonika li it-TORCA ghamlet u rrekordjat kienet hekk:

Gurnalist: “Hello nista’ nkellem lil **** please ? (isem m’huwiex qed jigi ppubblikat minhabba ragunijiet ta’ kunfidenzjalità)

Lehen maskili: Min inti? Xi trid?!

Gurnalist: Irrid niltaqa’ ma’ ****, kif se naghmel? Fejn nigi? Kemm?

Lehen maskili: Xi trid imma? Min inti?

Gurnalist: Nista’ niltaqa’ maghha llejla? Lm5 tajjeb?

Lehen maskili: Cempel wara s-7p.m ghax hi qeghda barra. Lm5 tajjeb.

Gurnalist: B’Lm5 kemm se ndum?

Lehen maskili: Siegha

Cempilna aktar tard fis-7.15p.m.

Gurnalist: Hello, isma’ cempilt aktar kmieni ghal ****. Nista’ nkellimha?

Lehen maskili: Minn fejn gibt it-telefon?

Gurnalist: Tawhuli. Dalghodu ftiehma li Lm5 tajjeb ghal-lejla?

Lehen maskili: Le. Lm15. Xi trid? Xi trid?

Gurnalist: Bi hmistax x’nista’ naghmel?

Lehen maskili: Bi Lm15 gidma biss ghandek

Gurnalist: Imma Lm15 ghal gidma ftit!

Lehen maskili: Lm15. Lm15!!

Dan ir-ragel beda jghajjat fuq it-telefon u qata’ l-linja. Ippruvajna nergghu ncemplu dak il-hin stess imma l-mobile intefa’sal-11p.m. u wara ma rrispondiex iktar.

L-ghada ergajna cempilna u wara diskussjoni simili fl-ahhar irnexxielna niftiehmu biex niltaqghu ma’ din il-prostituta l-Gimgha fil-ghodu quddiem post partikolari f’Birzebbuga.

Barra dan kollu osservajna tfajla ohra li sorsi identifikawha bhala tfajla sewda li qed tipprostitwixxi ruhha u sibnieha titlajja bin-nhar fl-inhawi tac-centru miftuh, ghall-habta tad-9 ta’ fil-ghodu. Meta waqafna biex inkellmuha ma riditx taghtina informazzjoni x’kienet qed taghmel tistenna f’dak il-hin. Wara li ndunat li ghaddejna aktar minn darba regghet imxiet lejn il-kamp miftuh u nhbiet ghal ftit, madankollu, wara li ghaddejna daqs 10 minuti wara lil din ergajna ltqajna maghha fil-kantuniera f’Hal Far fejn kienet qed tistenna qabel. Ftit hin wara ghall-habta tad-9.22a.m. dehret titla’ go karozza bajda ma’ ragel Malti.

Sadanittant, l-istorja fuq it-TORCA tal-Hadd li ghadda “Prostituti suwed f’Hal Far” qajmet reazzjoni kbira tant li rcevejna numru kbir ta’ telefonati u e-mails jikkonfermaw l-istorja ta’ it-TORCA. Uhud minn dawn sostnew li qed ikun hemm nisa suwed joffru servizzi ta’ sess fil-Marsa, fil-bandli ta’ Hal Balzan wara l-Knisja u l-Belt hdejn il-Phoenicia wara l-gabbani tal-venda ta’ tal-linja.

Ma jsirx screening ghal mard infettiv

Fatt interessanti li hareg mir-risposti tal-Ministeru tas-Sahha ghall-mistoqsijiet li ghamlet it-TORCA kien li id-Divizjoni tas-Sahha ma taghmel ebda screening ghal mard infettiv, hlief ghat-Tubercolosis, fuq bazi regolari lil ebda persuna li tidhol kemm legalment kif ukoll illegalment. Il-Ministeru tas-Sahha qalilna wkoll li hu ma jista’ jiehu ebda passi fuq prostituzzjoni izda d-Divizjoni tas-Sahha ixxerred taghrif dwar l-HIV u mard trasmess sesswalment.

Intant, it-TORCA ghamlet mistoqsijiet diretti lill-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Socjali dwar il-prostituzzjoni f’Hal Far u dwar rapporti li hemm uhud minnhom igorru l-marda ta’ l-AIDS/HIV. Ir-risposti tal-Ministeru kienu evasivi ferm minghajr risposti konkreti. Huma qalulna li “Il-prostituzzjoni tibqa’ dejjem xi haga li tinkwetana, kemm meta din tkun imwettqa mill-Maltin, kif ukoll mill-barranin gewwa pajjizna. Dan ghax il-prostituzzjoni, fost problemi ohra, iggib maghha hafna problemi socjali u problemi ta’ sahha.

“Il-ligi taghmilha cara li t-tlajjar ghal skop ta’ prostituzzjoni huwa illectu. Ghaldaqstant il-Pulizija taghmel ronda f’bosta nhawi u hija fid-dover li tivestiga kull rapport li jkollha, kif ukoll tiehu l-passi necessarji meta jirrizulta li sar xi reat.

Meta l-immigranti jaslu Malta kif ukoll biex johorgu mic-centri ta’ detenzjoni huma jridu jigu ccertifikati mill-Awtoritajiet tas-Sahha u mill-Pulizija bhala l-ufficjali ta’ l-immigrazzjoni. Il-Ministeru tas-Sahha u l-Awtoritajiet tas-Sahha huma konxji mis-sitwazzjoni medika fost l-immigranti u l-kundizzjoni medika taghhom.”