|
| Artikli/Kontribuzzjoni |
|
It-Torċa - Is-Sibt 30 ta' Lulju 2005
Agendi dubjuzi u malafami ohra
minn Fr Mark Montebello |
Fuq l-ahhar pagna tat-“Times” tal-Hamis li ghadda deher artiklu qsajjar bl-isem “The first hundred days” (l-ewwel mitt jum). Artiklu simili, kwazi identiku, deher minghajr awtur fl-ahhar harga tal-“Gens” bit-titlu “Mitt jum mic-cajta goffa”. Jista’ jkun kienu ta’ l-istess kittieb. Hawnhekk m’iniex bi hsiebni, u lanqas nista’, nidhol fil-mertu tas-suggett ta’ l-artikli. Hekk jew b’hekk, fiz-zewg kazijiet kien suggett ittrattat b’mod superficjali u bla ebda sens xjentifiku jew kritiku accettabbli. Wara kollox, kitbiet sentimentali u romantici huma tajbin biss ghall-passatemp u mhux biex jghinuk tizviluppa l-hsieb jew l-ideat. Zewg sentenzi Fl-artiklu tat-“Times”, izda, kien hemm zewg sentenzi interessanti. Inkiteb, nghidu ahna, li certi “opinion-makers” jista’ jkun li jiktbu “as a result of the dubious agenda” li ghandhom; u li “that could have suited certain audiences”. L-ideat espressi f’dawn is-sentenzi enigmatici mhumiex la serju u lanqas intelligenti; u aktarx wiehed m’ghandux joqghod jahli hafna hin fuqhom. Li jinteressani fihom hu li l-pregudizzji li jesprimu donnhom iridu jaghtu l-impressjoni li huma xi introspezzjonijiet profondi li skoprew xi muftieh interpretattiv tal-personalità ta’ xi hadd. L-impressjoni, imma, hi dizappuntanti. Ghax, bhal kull pregudizzju iehor, aktarx ma jroddux dak li apparentement iwieghdu. Stqarrijiet mhux kwalifikati huma identici ghal insinwazzjonijiet malafamanti li juru aktar x’inhu min jghidhom milli fuq min jinghadu. Loghob dizonest Iz-zewg sentenzi li kkwotajt isemmu zewg affarijietG id-“dubious agenda” (l-agenda dubjuza) u “certain audiences” (certi udjenzi). Bhalma ghedt, ebda wahda minn dawn ma tigi kkwalifikata. Jinghadu b’mod astratt minghajr referenza specifika jew partikulari. Ghalhekk huma enigmatici. Imma l-istess enigmaticità taghhom aktarx isservi tajjeb lil min jghidhom, ghax bihom johloq awrija ta’ misteru li jimplika oskurità u komplicità. Jaghti l-impressjoni sodisfacenti li hemm bhal “movente oscuro” li qieghed jahdem bil-qajl u fis-satra xi ghamla ta’ pjan mistur. Fl-istess waqt, jaghtu wkoll l-impressjoni li min jghidhom kixef is-sigriet, skopra l-misteru, sab il-muftieh ta’ bieb li hadd ma seta’ jiftah. Fehem dak li hadd ma fehem. Nizel fil-qiegh ta’ dak li donnu kien bla qiegh. Dan hu kollu loghob dizonest bil-kliem u bl-emozzjonijiet tan-nies. Jekk wiehed jaf xi haga, ghax ma jghidx x’inhi did-“dubious agenda”? Ghaliex isejhilha “dubious”? X’inhu t-taghrif li kiseb fil-profondità tal-hsieb tieghu? Il-kredibilità Il-verità hi li ma hemm ebda profondità f’dan kollu. Ma hemm ebda misteru. Ebda intelligenza. Hemm biss insinwazzjonijiet insinnifikanti li jghixu u jikbru fuq il-pregudizzji ta’ min jismaghhom. Jekk wiehed jaf li tezisti xi agenda, dubjuza jew mhijiex, allura ghandu jghid x’inhi. Inkella l-kliem tieghu ma jkun xejn ghajr fantasija li taqdi l-motivi tal-malafama. Nghid hekk, ghax hu evidenti li kliem bhal dawn huma ntenzjonati li jimminaw il-kredibilità ta’ dak li jkun. Miskinità bhal din ma taghmilx gieh lil min iwettaqaha. Starrijiet bhal dawn, vojta kemm huma vojta, jikxfu intenzjoni malizzjuza u ingurjanti. Mhijiex b’dan il-mod li l-kredibilità ghandha tigi mistharrga. Nies intelligenti u serji ma jhedewx fit-twemmin u t-tixrid ta’ kliem insinwanti li donnu jghid kollox billi ma jghid xejn. Nies intelligenti u serji jistharrgu bir-reqqa dak li haddiehor jghid u jistqarr; u jfittxu li qabel ma joqtlu b’ilsienhom jilbsu l-karità. Kontradizzjonijiet Hemm mod tajjeb kif wiehed jiskopri jekk stqarrija ta’ xi hadd, bhal dawn li semmejt, ghandhomx sustanza fihom infushom; u dan billi wiehed jistharreg humiex kontradittorji. Iz-zewg sentenzi li kkwotajt huma mimlijin kontradizzjonijiet. Nghidu ahna, jekk wiehed ikollu tabilhaqq l-agenda li joghgob lil haddiehor waqt li jistqarr li ghandu agenda ohra, hija T-TIENI agenda, u mhux l-ewwel wahda (bhalma nkiteb fl-artiklu li semmejt), li tkun “dubjuza”. Barra minn hekk, KULL agenda, u mhux dawk “dubjuzi” biss, ifittxu li jkunu “suited” ghal xi udjenza partikulari. Is-sentenzi li kkwotajt, nghidu ahna, inkitbu biex jaghtu messagg lil xi hadd, anki jekk mhux lil kulhadd. Anki l-artikli nfushom ghadhom l-agendi taghhom; u nkitbu bi skop specifiku. Biss biss, dan hu evidenti mit-titlu ta’ l-artiklu bil-Malti. Jekk nigu f’dan, allura, bl-argumenti tal-kittieb, kull agenda hi “dubjuza”; u dan hu evidentement kontradittorju ma’ dak li jistqarr hu stess fl-artikli li kiteb. Ultima ratio Fit-tmiem, nixtieq nghid biss li jekk il-kittieb haseb li ghamel xi opra billi kiteb is-sentenzi li kkwotajt, ghandu jkun jaf li kulma ghamel hu li kixef idejh u jdejn haddiehor. Certi opinjonijiet ahjar thallihom ghal mument ahjar. Imma jidher li t-tentazzjoni kienet kbira wisq. montebello@gmail.com |