Features


It-Torċa - Is-Sibt 29 ta' Marzu 2003

Il-Mixja lejn il-Helsien ta’ Malta

minn Joseph Serracino


Jekk wiehed iqalleb il-pagni ta’ l-Istorja ta’ pajjizna, ghandu jsib, li sa mill-ibghad zminijiet, il-poplu taghna ssielet bil-qawwa kollha tieghu biex jinheles mill-madmad tal-hakkiem barrani. L-istorici jghidulna li matul l-ahhar 2000 sena l-hakma tal-gzejjer taghna ghaddiet f’idejn diversi hakkiema barranin li mhux biss ikkalpestaw id-drittijiet taghna taht riglejhom u zammewna fil-jasar, izda serqulna dak kollu li kien taghna u ghaziz ghalina.

Insibu li wara l-hakma tal-Fenici, li minnhom tnisslu l-Kartaginizi, mis-sena 218 q.k sa 395 w.k. il-gzejjer Maltin ghaddew f’idejn ir-Rumani. Bejn 395 u 870 Malta ghaddiet ghal taht il-hakma Bizantina u bejn 870 sal-1090 missirijietna sabu rwiehhom taht it-tmexxija Gharbija, li finalment tkeccew ghal kollox minn gziritna fl-1224. Warajhom Malta ghaddiet taht in-Normanni (1090-1194), l-Isvevi (1194-1266), l-Angevini (1266-1283), Aragonizi u s-Sidien Fewdatarji (1283-1412) il-Kastiljani (1412 -1530), il-Kavallieri ta’ San :wann (1530-1798), il-Francizi (1798-1800) u l-Inglizi mill-1800 sal-1964, is-sena li fiha Malta kisbet l-indipendenza taghha, izda kellu jkun il-31 ta’ Marzu 1979 li Malta nhelset ufficjalment mill-bazi Ngliza fuq artna.

Matul din il-medda tas-snin, Malta ghaddiet minn hakkiem ghall-iehor bla ebda konsultazzjoni mal-mexxejja tal-poplu taghna. L-ebda sid li kien jahkimna qatt ma habbel rasu jew staqsa x’riedu missirijietna jew gharaf sewwa l-jeddijiet taghhom. Izda l-poplu Malti, li mill-ibghad zminijiet kien imfahhar mad-dinja kollha ghall-ospitalità tieghu mal-barrani, demmu minn dejjem kien rivoluzzjonarju, u ghalhekk, meta waslet is-siegha tal-prova biex jissielet ghad-drittijiet tieghu, huwa ma baqax lura biex iggieled ghal jeddijietu u tqabad bl-ahrax ma’ min haqru u seraqlu gidu.

Fl-istorja glorjuza ta’ gensna nsibu diversi grajjiet li jaghtuna hjiel kemm missirijietna sofrew u batew taht il-madmad tal-barrani. Insibu grajjiet li jehduna lura fiz-zmien l-Gharab, is-sidien Fewdatarji u anki fiz-zmien il-Francizi. Kontra dawn, il-poplu taghna nghaqad flimkien, qam kontriehom u ma qaghadx kwiet qabel kecciehom minn fuq artna. F’isem hakkiema ohra, missirijietna ggieldu gwerer, batew l-ghaks, sofrew il-guh u sahansitra l-imwiet. Biex il-poplu taghna ma jqumx kontra taghhom u jaghmlilhom bhal ta’ qabilhom, huma weghduh hafna drittijiet, izda meta maz-zmien ikkalmat il-qiegha, regghu mill-gdid haduhomlu u ma tawh qatt l-icken cans li jsemma’ lehnu.

Poplu haj

Maz-zmien, il-poplu taghna mtaqqal bit-taxxi, imdejjaq mill-jasar u mghallem mill-esperjenza qarsa tal-hakkiem setghani, ifiehem li fuq kollox huwa poplu haj u mhux mejjet. Missirijietna kienu jafu li fosthom kellhom nies li kienu kapaci jmexxu l-affarijiet taghhom bhal kull gens iehor, u ghalhekk l-ispirtu tal-libertà beda jbaqbaq f’demmhom u nibtet ix-xewqa li jinhelsu mill-hakma barranija. Fi zminijiet differenti nsibu ghadd ta’ patrijotti Maltin li f’qalbhom kellhom dan it-twemmin rivoluzzjonarju u riedu jwettquh, akkost li jitilfu hajjiethom.

L-istorja tghallimna li kull sid minn dejjem kien b’sahhtu aktar mill-iskjav tieghu! Kienu bosta dawk il-patrijotti Maltin li ghax ippruvaw jiddefendu l-interessi tal-poplu taghna tilfu hajjithom jew sabu ruhhom il-habs. Fosthom insibu lit-tabib }urrieqi :uzeppi Callus li kien gie mghallaq fil-Birgu, lil Dun Gejtan Mannarinu, li ntefa’ l-habs tar-Rikazli u lil Dun Mikiel Xerri u lil shabu li gew iffucillati mill-Francizi fl-l899.

Mikiel Anton Vassalli

Patrijott iehor Malti li ghex fiz-zmien il-Francizi u li kien iddakkar sewwa bl-ideat godda tal-helsien u jeddijiet li kienu nibtu fl-imhuh tal-poplu Franciz, kien Mikiel Anton Vassalli. Kien dan il-patrijott li sejjah ghal-ewwel darba lil art twelidu bhala Nazzjon. Kien Mikiel Anton Vassalli li sejjah lill-Malti l-Ilsien Nazzjonali u stinka kemm felah biex lill-poplu taghna jitghallem u jnehhi l-ghamad tad-dlamijiet u jimxi ’l quddiem. Kien dan il-patrijott Malti li quddiem kulhadd, bla biza’ ta’ xejn wera xewqtu li l-ligijiet kollha jsiru bil-Malti u li t-taghlim lit-tfal jinghata b’xejn. Kien hu li heggeg lill-amministrazzjoni ta’ zmienu biex jibnu skejjel fejn it-tfal ikunu jistghu jitghallmu.

Il-hakma Ingliza

Waqt l-imblokk tal-Francizi, missirijietna talbu l-ghajnuna ta’ l-Inglizi biex jghinuna nkeccuhom minn fuq artna. Izda gara, li ftit tas-snin wara, l-Inglizi saru s-sidien godda ta’ pajjizna. Ghall-ewwel weghduna li kienu se jharsuna militarment u sakemm jibqghu f’pajjizna huma kienu ser jharsu d-drittijiet kollha taghna. Izda meta rrealizzaw x’importanza kbira kienet toffri Malta bhala bazi Ngliza fic-centru tal-Bahar Mediterran, biddlu fehemthom, insew il-weghdiet li taw lill-mexxejja taghna u bdew jamministraw dawn il-gzejjer kolonjalment.

Fl-ahhar snin tas-seklu 19 u matul is-seklu 20 kien hemm bosta Maltin li batew it-tmaqdir u z-zeblieh tas-sidien godda, ghax dawn ippruvaw jghollu lehinhom u jheggu lil huthom Maltin biex iqumu u jiggieldu ghad-drittijiet taghhom. Fuq quddiemnett insibu lil Manwel Dimech! Dwar dan il-patrijott Malti li bata hafna ghall-ideal tieghu nsibu hekk miktub dwaru fil-Bandiera tal-Maltin tas-7 ta’ Jannar l899: “Manwel Dimech gie eziljat talli kellu kuragg jgholli lehnu u jiddikjara bi kliem sod daqs l-gheruq ta’ ruhu li... Xebghet Malta mill-Inglizi, u ma tarax is-siegha li minnhom tehles darba ghal dejjem, halli tiehu dik il-hajja, ili tista’ le, sakemm tibqa’ taht il-madmad imfami taghhom! Manwel Dimech li kien eziljat lejn Lixandra u miet hemmhekk kien wiehed mill-pijunieri fil-glieda ghall-Helsien ta’ pajjizna, hass ukoll li dal-jum ghad jasal, tant, li f’wahda mill-poeziji tieghu nsibu stanza li turi tabilhaqq ix-xewqa kbira li kienet theggeg f’qalbu, li xi darba gensna ghad jikseb il-helsien u jehles darba ghal dejjem mill-hakma tal-barrani u jghix fis-sliem u paci ...

Frak il-ktajjen tal-hlusija,

Fegg il-jum;Fegg jum it-tmiem,

ta’ kull jasar, kull mohqrija,

l-isbah Jum fost il-Jiem...

L-Ewwel Kostituzzjoni

Kien zmien meta l-poplu taghna beda jiddejjaq bl-attitudni tal-gvern Ingliz. Kien gvern li pprova johnoq il-libertà tal-poplu taghna u jzommu mjassar tahtu. Mhux l-ewwel darba li l-poplu taghna permezz tal-mexxejja tieghu talabhom jaghtuna kostituzzjoni xierqa, fejn ahna jinghatalna d-dritt li mmexxu l-affarijiet interni taghna, izda l-Gvern Ingliz dejjem zamm iebes fuq dan il-punt, tant li f’kull forma ta’ kostituzzjoni li ta lil pajjizna, huwa dejjem zamm id-dritt li l-ahhar kelma tkun tieghu. Kien hemm diversi politikanti Maltin li hambqu u stinkaw kemm felhu biex il-gvern Ingliz jaghti kas it-talba taghhom, sahansitra nsibu li saru diversi petizzjonijiet mill-Maltin biex forsi l-Gvern Kolonjali jbaxxi rasu u jaghtina kostituzzjoni li tkun tixraq lill-poplu taghna.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija ta’ 1914-1918, il-glieda tal-Maltin ghal kostituzzjoni ahjar aktar hraxet, specjalment bit-twaqqif ta’ l-Assemblea Nazzjonali fuq l-inizjattiva tat-tabib Filippo Sciberras. Kien proprju waqt laqgha ta’ din l-Assemblea, fis-7 ta’ Gunju ta’ l-1919, meta l-Maltin qamu u dahlu l-Belt biex jipprotestaw kontra l-gvern Ingliz. Dak in-nhar fil-belt qam storbju kbir, u biex razznu lid-dimostranti, ghajtu t-truppi Inglizi u f’hin minnhom fethu in-nar fuq il-folla li ma kinitx armata. Dak inhar Manwel Attard, :uzè Bajada, Wenzu Dyer u Karmenu Abela nqatlu bit-tiri sparati mis-suldati Inglizi waqt li ohrajn sfaw midrubin. Ghalina l-Maltin, il-Jum tas-7 ta’ :unju ta’ l-1919 (illum Jum Nazzjonali) jibqa’ mfakkar bhala l-Jum li fih xtered l-ewwel demm Malti ghall-kawza gusta ta’ art twelidna.

Dawn l-incidenti koroh u l-qaghda politika ta’ Malta, kif ukoll id-dizgwid fost il-poplu hasseb hafna lill-gvern Kolonjali, tant li dan l-inkwiet kellu effett kbir fuq l-amministrazzjoni Ingliza f’pajjizna. Fit-12 ta’ Gunju 1920, il-Gvernatur Plumer habbar lill-Kunsill tal-Gvern bil-Kostituzzjoni gdida, li permess taghha l-poplu Malti kien se jinghata libertà shiha fil-kontroll ta’ l-affarijiet tal-pajjiz, barra dak fejn jidhlu materji li jolqtu s-servizzi militari u navali.

Il-Kostituzzjoni ta’ l-1921 bil-limitazzjonijiet kollha taghha kienet l-ewwel kostituzzjoni li permezz taghha l-Maltin setghu jamministraw hwejjighom kif xtaqu huma. Din il-kostituzzjoni kienet il-bidu ta’ sensiela ta’ kostituzzjonijiet ohrajn li gew wara u li finalment wasslu biex fl-ahhar Malta ssir Nazzjon Hieles.

Il-glieda ghall-helsien

Xi storici jsostnu li l-glieda ghall-helsien ta’ pajjizna bdiet fl-l955, meta l-Partit Laburista mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff fil-programm elettorali tieghu wieghed lill-poplu Malti: ’Jew integration jew indipendenza ghax Malta ma tistax tibqa’ kolonja’ waqt li l-Partit Nazzjonalista li kien immexxi min-nutar :org Borg Olivier fil-programm Elettorali ghall-istess elezzjoni kien wieghed Dominion Status.

Meta l-pjan ta’ l-integration falla, il-Gvern Laburista ta’ dak iz-zmien iddecieda li jmur ghall-alternattiva l-ohra u jibda l-glieda tieghu ghall-Indipendenza. Wara Mass meeting kbir li sar fuq il-Fosos tal-Furjana, l-eluf kbar ta’ nies li attendew ghall-meeting, approvaw b’akklamazzjoni l-‘Break with Britian Resolution ’

Meta fit-30 ta’ Dicembru 1957 din ir-rizoluzzjoni tressqet fil-parlament ghal voti, iz-zewg nahat tal-kamra vvotaw unimament favuriha. Wara diversi tahdidiet mal-Gvern Ingliz fuq it-theddida ta’ l-gheluq tat-Tarzna fallew, fil-21 ta’ April 1958, il-Gvern Laburista rrezenja u minn dak il-hin bdiet l-ahhar fazi ghall-Helsien ta’ Malta.

Fil-21 ta’ Settembru 1964, pajjizna nghata l-Indipendenza mill-Inglizi flimkien ma’ ftehim finanzjarju u militari. Waqt li l-Gvern Malti nghata 50 miljun lira Maltin bhala ghajnuna finanzjarja biex tghin l-ekonomija ta’ pajjizna, sar trattat biex il-Gvern Ingliz jibqa’ juza bazi militari fuq artna ghall-htigijiet tieghu u tal-pajjizi allejati tan-N.A.T.O.

Fis-26 ta’ Marzu l972, il-Gvern Laburista hassar dan it-trattat u ffirma ftehim gdid mas-Segretarju Ingliz Lord Carrington li f’isem il-gvern Ingliz u n-N.A.T.O. intrabat li ghal seba’ snin jaghti lill-gvern Malti 14-il miljun lira Sterlina bhala kera tal-bazi, u li l-forzi militari barranin kellhom jitilqu minn Malta fil-31 ta’ Marzu 1979. B’hekk b’dan il-ftehim il-Gvern Ingliz intrabat li fil-31 ta’ Marzu 1979 jintemm it-trattat il-gdid u mieghu tintemm ukoll r-rabta kolonjali li kellha Malta ma’ l-Ingilterra.

Fit-l3 ta’ Dicembru ta’ l-1974, il-Parlament Malti b’49 vot favur u b’6 kontra, biddel il-Kostituzzjoni li kellna qabel u ghamel lil Malta Repubblika. Dan kien pass iehor ’il quddiem biex pajjizna jikseb darba ghal dejjem il-Helsien u jinqata’ minn kull irbit ma’ kull nazzjon iehor.

Il-31 ta’ Marzu 1979


Jum Il-Helsien ta’ Malta Repubblika


M’hemmx l-icken dubju li l-generazzjonijiet kollha li ghad jigu warajna ghad isibu miktub b’ittri tad-deheb li l-31 ta’ Marzu ta’ l-1979 huwa l-akbar jum storiku fl-istorja glorjuza ta’ pajjizna ghaliex fih il-poplu Malti kiseb il-Helsien tieghu. Ghal hafna minna li kellna x-xorti li nassistu ghal din il-grajja storika u nkunu xhieda tat-twettiq taghha ma nistghu ninsewha qatt!

F’dan il-jum storiku tal-31 ta’ Marzu 1979 kienu saru festi kbar fil-belt u fit-tlett ibliet tal-Kottonera. Niftakar li c-cerimonja li kellha ssir fuq il-Monument tal-Helsien fil-Birgu, ghal ftit ma thassritx minhabba t-temp xitwi li hakem lil Malta f’dak il-jum storiku. Izda haga ta’ l-ghageb, dawn l-elementi naturali ma qatghux il-hegga u l-entuzjazmu tal-folol kbar tal-Maltin u l-Ghawdxin, li bi hgarhom ingabru taht l-Gholja ta’ Helsien fil-Birgu u b’sabar kbir fuqhom stennew li tibda c-cerimonja simbolika ta’ l-inzul tal-Bandiera.

Wara l-istakkamenti tal-pulizija u tas-suldati Maltin u l-wasla tad-delegazzjonijiet barranin immexxjin mill- ambaxxaturi akkreditati f’Malta nghaqdu mal-mexxejja Maltin f’ras il-Monument biex f’isem pajjizhom ikunu xhieda u jaghtu gieh lit-twelid ta’ nazzjon gdid. Il-wasla tal-Prim Ministru Duminku Mintoff u tal-President Anton Buttigieg li tat bidu ghal din ic-cerimonja storika kompliet zdiedet l-entuzjazmu tal-folol kbar ta’ nies li b’harsithom imghollija lejn il-monument ta’ Malta Hielsa, li sa dak il-hin, tperper ma’ l-arblu fil-quccata tieghu kien ghad hemm il-bandiera Ngliza

Qabel daqq nofs il-lejl, il-bandiera Ngliza, li ghal 180 sena perpret setghana fuq dawn il-gzejjer bdiet nizla bil-mod il-mod ghall-ahhar darba minn bahri Ngliz David Gilchrist, wara li l-kuntistabbli Malti Richard Cauchi taha s-salut. Hawnhekk il-bahri Ngliz gezwer il-Bandiera Ngliza u ha b’idejn il-haddiem Malti Carmel Boxall. Ghal dan il-gest ta’ hbiberija l-kotra nfexxet f’capcip kbir bhala approvazzjoni ta’ hbiberija dejjiema. Issa kien wasal il-mument li l-kotra tant stenniet b’anzjetà kbira! Ghal ftit sekondi, l-ghagha tal-poplu migbur waqghet f’hemda kbira, izda hekk kif Alfred Xuereb ( haddiem tat-Tarzna) deher itella’ l-Bandiera Maltija flok dik Ingliza, il-kotra nfexxet f’delirju ta’ ghajjat u capcip li jtarrax.

Hekk kif il-bandiera Bajda u Hamra dehret tperper fuq il-Monument ta’ Malta Hielsa gew sparati ghadd ta’ murtali u nharqet kaxxa nfernali, waqt li l-qniepen antiki tal-knisja ta’ San Lawrenz, imsehbin ma’ dawk tal-knejjes ta’ l-Isla u ta’ Bormla taw merhba lil Malta Hielsa u sellmu lil dawk il-patrijotti Maltin li mal-milja tas-snin taw sehemhom biex pajjizna jikseb il-helsien u d-dritt li jiggverna lill-art twelidu. Mad-daqq ferriehi tal-qniepen, il-poplu mill-gdid infexx icapcap u l-entuzjazmu deher jahkem fuq kulhadd! Issa l-kotra migbura fehmet, li quddiem ghajnejha kienet qed titwettaq il-holma li ghal sekli shah tant xtaqu missirijietna - dik li pajjizna jikseb il-Helsien mill-hakkiem barrani. Minn dak il-mument Malta saret stat Sovran u l-poplu taghha sar sid tieghu nnifsu!

Kien mument memorabbli! Mat-tokki ta’ nofs il-lejl u d-dahla tal-31 ta’ Marzu 1979, Malta nhelset mill-hakma Ngliza u spiccat l-ahhar fazi ta’ l-ahhar hakkiem barrani minn fuq artna. Ghal darba’ ohra in-nies nfexxet f’capcip li jtarrax u b’lehen wiehed bdiet tghajjat ghalenija - ‘Viva Malta Hielsa… Viva Malta Hielsa’. Issa fuq dak il-Monument li jissimbolizza l-Helsien ta’ Artna, ghall-ewwel darba wara sekli shah ta’ hakma barranija, il-Bandiera Bajda u Hamra dehret tperper Ferrieha, Hielsa u Setghana…

Issa l-poplu Malti kiseb il-libertà li kienet il-holma ta’ missirijietna! Issa l-Maltin saru sidien ta’ arthom u halfu li dan il-helsien jibqghu jghozzuh ghal dejjem. Kien ukoll mument ta’ riflessjoni kbira! Il-poplu Malti ried jinsa l-jasar u l-faqar kbir li missirijietna tant sofrew matul is-sekli taht diversi hakmiet barranin, u f’qalbu fegget it-tama qawwija li pajjizna b’rajh f’idejh jista’ jkollu futur ahjar ghalih u ghall-generazzjonijiet li ghad jigu warajna.

Fil-lejla tal-31 ta’ Marzu 1979, ma’ l-inzul tal-bandiera Ngliza u l-tlugh tal-Bandiera Maltija, il-poplu taghna halef li:

• Pajjizna jibqa’ stat Sovran u hieles minn kull rbit ma’ pajjizi ohra.

• Pajjizna qatt aktar ma jintuza bhala fortizza tal-barrani.

• Pajjizna jghix fil-paci mal-pajjizi ta’ madwaru u ’l boghod mill-gwerer.

• Pajjizna jservi ta’ pont ta’ paci u sliem bejn l-Ewropa u l-Afrika.

Fl-ahharnett, il-poplu Malti fehem tajjeb li Malta tibqa’ sovrana sakemm ahna nibqghu nghozzu dan il-Helsien li ksibnieh wara eluf ta’ snin ta’ hakma barranija. Jekk dan id-dritt naghtuh lil haddiehor, anki jekk fid-deher dawn il-gzejjer jibqghu mmexxija mill-Maltin, ahna nkunu qeghdin inkissru l-weghda li halef il-poplu taghna fil-31 ta’ Marzu ta’ l-1979. Fil-fatt hafna jemmnu li l-Helsien li Malta kisbet nhar 31 ta’ Marzu jsahhah bil-bosta l-Indipendenza li Malta kienet kisbet fil-21 ta’ Settembru 1964.

U sena wara l-ohra, dan il-jum storiku baqa’ jigi mfakkar b’gieh kbir mill-mexxejja Maltin u fih isiru diskorsi memorabbli li jfakkar il-kisba tal-Helsien u l-kuncett tan-Newtralità ta’ Malta. Matul is-snin, Dr Karmenu Mifsud Bonnici u Dr Alfred Sant, kemm bhala Prim Ministri u kapijiet tal-Partit Laburista dejjem enfasizzaw li l-Maltin kollha, irrispettivament x’kulur politiku jhaddnu, iridu jzommu u jghozzu f’qalbhom l-weghda solenni li missirijietna kienu ghamlu fil-Jum Storiku tal-31 ta’ Marzu 1979.

Meta llum ninsabu ftit jiem ’il boghod minn dicizjoni importanti ghall-futur taghna u ta’ wliedna, il-poplu Malti jrid jiftakar fil-weghda solenni li kienet ittiehdet fil-31 ta’ Marzu 1979, meta l-poplu li dak inhar ingabar taht l-Gholja tal-Helsien u halef li Malta qatt aktar ma tkun bazi tal-barrani u li l-poplu ghandu jibqa’ jiddefendi n-newtralità taghha. U din il-klawsola tan-newtralità fil-kostituzzjoni taghna ma tfissirx biss li pajjizna ghandu jkun nawtrali biss f’konflitti jew gwerer li jinqalghu bejn r-Russja u l-Amerika, izda anki bejn nazzjonijiet ohra u l-alleati taghhom li jkunu jew dehlin f’xi gwerra bejniethom. Biex pajjizna juri li qed isostni u jsegwi t-twemmin tan-newtralità ta’ pajjizna hemm bzonn li fil-portijiet taghna ma jidhlux aktar bastimenti tal-gwerra u wisq aktar li nissiehbu ma’ alleanzi li jistghu b’xi mod ixekklu l-kostituzzjoni taghna.

Malta mhix ghall-bejgh! Malta hija taghna u taghna biss irriduha li tibqa’. Ma rridu li hadd juzana ghall-iskopijiet ta’ gwerra. Ahna poplu Ewropew - poplu hieles u stat Sovran! Biex il-poplu taghna jibqa’ miexi ’l quddiem m’ghandux bzonn jinghaqad ma’ hadd. Ahna rridu nibqghu hielsa, ’il boghod minn kull rabta li tista’ b’xi mod ixxekkel is-sovranità u n-newtralità taghha. Ahna poplu li rridu l-paci, u din il-paci nistghu ngawduha biss jekk nibqghu poplu hieles! Il-poplu Malti jixtieq li rajh jibqa’ f’idejh u lil pajjizna mmexxuh ahna kif jaqbel lilna ghall-gid taghna u ta’ wliedna.