Features


It-Torċa - Il-Ġimgħa 5 ta' Marzu 2004

L-Isla

minn Joseph C. Camilleri


Dan il-post hu wkoll maghruf fost il-Maltin bhala Senglea. Jekk wiehed jaghti daqqa t’ghajn hafifa lejn il-mappa ta’ din il-belt issib li t-toroq taghha huma dritti. Din il-belt rat l-ewwel raggi tax-xemx fi zmien il-Gran Mastru De La Sengle.

Jekk wiehed irid idur dawra ma’ l-Isla, l-ahjar haga hu li jimxi l-ewwel mas-swar ta’ din il-belt qadima u storika. L-ahjar haga li nibdew hu mit-Triq San Pawl f’Bormla. Hawn wiehed jista’ jammira l-kobor tas-swar ta’ din il-belt majestuza. L-ahjar haga hi li nduru lejn il-bahar u nimxu matul ix-xatt. Nigu lejn il-Macina. Naraw li wara l-Macina ma hemmx swar aktar. Dan jaqbel mal-Birgu. Din iz-zona matul l-Assedju l-Kbir kienet protetta minn katina li kienet tghaqqad il-Birgu ma’ l-Isla u pont ta’ l-injam. Wiehed jinnota kemm dawn iz-zewgt ibliet huma qrib xulxin.

Imxi ftit max-xatt u meta tasal qisu f’nofsu, idhol proprju permezz ta’ Triq San Guzepp. Imxi ftit din it-triq fid-direzzjoni tal-Macina. Issib li Triq San Guzepp ghandha numru ta’ toroq turgien li jaghtu ghal fuqha. Din turik li l-Isla mhix catta. Dawn is-sensiela ta’ tarag jinsabu f’kull parti ta’ din il-belt. Hu tarag u mur fi Triq iz-Zewg Mini u imxi sakemm tispicca din it-triq. Issib ruhek fil-Bieb proprju ta’ l-Isla.

Hawn kienet il-posta ta’ l-Italja jew il-post fejn kien f’idejn il-kavallieri Taljani. Imxi u aqsam ghan-naha l-ohra tas-swar. Hawn kien jinsab il-Fortizza ta’ San Mikiel. Illum il-firxa art ta’ din il-fortizza, wahda mill-aktar importanti ta’ matul l-Assedju l-Kbir, hija okkupata mill-iskola primarja ta’ din il-belt. Dur lura u sib il-knisja f’Misrah Papa Benedittu. Dur mal-knisja u ssib parti ohra tas-swar. Taht dawn is-swar hemm zewg barrieri. Imxi matul din it-triq (Triq is-Sur) u tara l-bini gholi fuq naha u t-tarzna fuq in-naha l-ohra. Hawn wiehed jista’ jifhem il-problemi li ghandhom dawn in-nies – hsejjes, duhhan u mitt haga ohra marbuta mad-dinja tax-xoghol li qisu fl-Isla jinsabu bieb ma’ bieb ma’ dawn il-familji. Tant li l-ewwel barriera tinsab minn tul is-swar ta’ l-Isla. Fil-ponta tat-triq hemm il-Gardjola. Din tinsab fuq il-maghrufa Ponta ta’ l-Isla.

Hawn ghandek wahda mill-isbah veduti tal-Belt Valletta u tal-Birgu. Wiehed jista’ jifhem ghaliex l-Ordni riedet tibni l-Belt Valletta bhala mezz ta’ difiza ghall-Port il-Kbir. Ftit passi lejn il-Birgu issib triq li tinsab taht sensiela ta’ bini. Hawn il-Birgu u l-Isla qishom xi parti minn Venezja. Mur lura lejn il-Gardjola. Il-Gardjola huwa gnien mibni fuq sensiela ta’ hitan qishom swar. L-isem ta’ dan il-gnien gej mill-gardjola li hemm fuq dawn is-swar. Fuq il-bini tal-gardjola hemm bcejjec umani skulturati fuqha. Hemm l-ghajn, il-widna u ghasfur. Hemm ukoll kitba bl-ilsien Latin. Halli dan il-gnien u imxi ghal Triq il-Ponta. Titla’ mill-ewwel tarag u ssib ruhek qrib il-Knisja ta’ San Filippu Neri. Din il-knisja telghet fis-sena 1662. Meta l-knisja parrokkjali ta’ l-Isla kienet herba, din il-knisja serviet bhala knisja parrokkjali.

Triq il-Vittorja

Ohrog mill-knisja u dur fuq il-lemin ghal Triq il-Vittorja. Din hija l-aqwa triq ta’ din il-belt. Djar kbar u qodma jimlew partijiet minnha. Fil-qalba ta’ din it-triq hemm qisu fetha. Fin-nofs ta’ din il-fetha hemm statwa tal-Madonna. Hawn issib ruhek f’Misrah Papa Benedittu fejn tinsab il-knisja parrokkjali u l-Monument tal-Gwerra. Dan il-monument ifakkar it-tbatija u l-kalvarju li ghadda minna l-poplu ta’ din il-belt matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hafna mill-familji kellhom ihallu d-djar taghhom u jsibu kenn fil-kampanja Maltija jew fid-djar tan-nies barranin jew f’xi kappella. Hafna minn dawn in-nies ma dahlux lura. Fil-qalba ta’ din il-pjazza hemm il-Knisja parrokkjali ta’ l-Isla – il-bazilika ta’ Marija Bambina.

L-ewwel knisja kienet il-monument ta’ l-Assedju l-Kbir – inbniet ukoll bhala ringrazzjament tar-rebha ta’ l-Assedju l-Kbir. Il-bini telgha wara l-Assedju tas-sena 1565. Izda l-istorja ta’ din il-knisja kellha tispicca ghal ftit minhabba li l-knisja kienet attakkata diversi drabi matul it-Tieni Gwerra Dinjija. L-ghar attakki kienet meta HMS Illustrations dahhal fil-Port il-Kbir u rmonka matul il-‘French Creek’. Wara l-gwerra bil-mod il-mod il-knisja regghet telghet iu kienet lesta fis-sena 1957.

Il-knisja ghandha l-eqdem statwa titulari ta’ Malta. Il-knisja hija miksija irham u xorta baqghalha hafna mit-tezori artistici li kellha. Barra mill-B#ambina, hemm ukoll il-vari tal-Gimgha l-Kbira. Ma’ genb il-knisja hemm l-Oratorju tal-Kurcifiss. Dan ghandu artal tal-Kurcifiss u l-maghrufa vara tar-Redentur. Din il-vara hija devota mhux biss man-nies ta’ l-Isla izda man-nies ta’ Malta u Ghawdex. Din il-vara tohrog fi tliet purcissjonijiet u kull darna jkun hemm in-nies warajha. Din hija vara li tista’ tghid influwenzat il-vari kollha tar-Redentur. Quddiem din il-vara fl-oratorju hemm artal u dejjem tarah mimli xemghat u fjuri. Bir-Redentur naghlqu l-mixja taghna f’din il-belt. Hemm hafna affarijiet xi nghidu fuq l-Isla, ghalhekk din il-belt tilfet hafna mit-tezori taghha, izda ahna hadna biss skond l-opinjoni tieghi, dawk li huma l-aktar importanti.