Ittri lill-Editur


It-Torċa - Il-Ġimgħa 3 ta' Ottubru 2003

Hal Gharghur jew Gargur?

minn Anton Cassar, Marsa


Qrajt b’interess il-pagna tal-habib tieghi Lino Cassar f’it-TORCA ta’ nhar il-Hadd, 31 ta’ Awissu, 2003. Bejn wiehed u iehor kwazi qbilt mal-hafna argumenti tieghu dwar l-affarijiet politici ta’ pajjizna. Izda laqtitni ferm dik il-parti taht ir-ras “U lili jkomplu jdardruni wkoll...” li hija dwar il-Malti li juzaw fix-xandir u kultant fil-gurnali, bhal rilaxxjat ecc. Dan il-kliem lili jdardarni hafna bhalma jdardar lill-habib tieghi Lino Cassar. U sakemm domt responsabbli tal-gurnali tal-Union Press dejjem ippruvajt nara li l-gurnali taghna jiktbu Malti tajjeb. Haga li ghadha ssir sal-lum.

Izda fil-kontenut taht ir-ras “Lili jkomplu jdardruni wkoll...” laqatni l-argument ta’ Lino Cassar li l-isem tar-rahal Hal Gharghur m’ghandux jinkiteb Gargur. U Lino Cassar staqsa “fejn hu l-Kunsill Lokali ta’ Hal Gharghur? Miet? Nixef? Immuta? Fejn hu Oliver (tat-tfal tal-vapuri) kuginuh Joe? Fejn hu Mifsud Chircop? Fejn hu Mario Serracino Inglott? Fejn hu Charles Coleiro?

L-ewwelnett wiehed ta’ min jghid li l-polemika ta’ Hal Gharghur jew Gargur issa ilha sejra s-snin fil-gurnali. Rigward il-mistoqsija li ghamel dwar il-Kunsill Lokali ta’ Hal Gharghur, donnu Lino Cassar ma jafx illi fis-sena 2000, is-Surmast Francis Pace hareg il-ktieb tieghu jismu “Il-Gargur - in-nies u l-Knejjes tieghu”.

Issa dan il-ktieb huwa produzzjoni ta’ l-istess Kunsill Lokali ta’ Hal Gharghur, jigifieri ghandu l-barka tieghu. Francis Pace iddedika t-tieni kapitlu tal-ktieb tieghu ghall-isem ta’ Hal Gharghur. Huwa jghid li l-ewwel u l-eqdem darba li nsibu riferenza ghar-rahal hija Lista tal-Militia tal-1419. Hemm insibuh imnizzel bhala Casali Grigori.... Hu jkompli jghid li fid-dokumenti kollha li wiehed isib mis-sekli hmistax sad-dsatax ir-rahal kien maghruf dejjem bhala Casal Gregorio, di Gregori jew Casal Gargur.....”

Jiena bhal Lino Cassar insostni li l-isem ta’ Hal Gharghur ghandu jibqa’ kif dejjem sejhulu n-nies tieghu, Hal Gharghur. U fuq din il-kwistjoni ta’ l-isem ta’ Hal Gharghur, darba wahda cempilt lill-Professur Godfrey Wettinger, mhux biss huwa specjalista fuq is-suggett, izda wkoll imnissel mill-istess rahal.

Jiena ghedtlu li safejn naf jien in-nies Latini ta’ l-Ewropa, specjalment l-Italja, Sqallija u Spanja, fl-imghoddi storiku illatinizzaw jew italjanizzaw il-kliem Semitiku mhux biss ta’ pajjizna, izda wkoll tal-Mediterran. Ezempji: Mahzen sar magazzin; halla saret galla u galleggiare; Wada el hara sar Guadalahara u Malaha saret Malaga. F’Malta Zurrieq sar Zurrico, ir-Rabat sar Rabato, l-Imqabba saret Micabiba.

Il-Professur Wettinger li jemmen li l-isem ta’ Hal Gharghur gej minn Gregorio, qalli imma l-Maltin ukoll, kliem Latin jew Taljan tawh forma Semitika fl-ilsien taghhom u tani l-ezempju ta’ ghonnella li hu jghid gejja mill-kelma Taljana gonnella. U jiena ghedtlu ma jistax ikun li t-Taljani gonnella ghandha xi origini Semitika. Ghalhekk nahseb li l-Professur Wettinger ghandu ragun. Imma taf x’qalli fl-ahhar il-Professur Wettinger, li iva, issa la n-nies gham-luh Hal Gharghur, misshom ihalluh Hal Gharghur. Jiena wkoll naqbel li ghandu jibqa’ Hal Gharghur.