www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
SPORTS

My Red Force jirbaħ it-tiġrija storika kontra żwiemel Taljani
minn sacrobate

In-Norveġiż ta’ disa’ snin, My Red Force misjuq miż-żgħażugħ, Rodney Gatt, il-Ġimgħa filgħaxija kiseb rebħa storika fl-ewwel tiġrija tat-trott li qatt saret f’pajjiżna, meta pparteċipaw żwiemel li ġew apposta mill-Italja jikkompetu f’inkontru kontra żwiemel propjetà tal-Maltin.

Dan ħa sehem fl-aktar finali mistennija wara li l-finalisti kienu kkwalifikaw minn heat mill-aktar qawwija, b’din tintrebaħ minn Kain Poifond, propjetà tas-Sur Ġorġ Grech u kien misjuq minn Clifforty Calleja.

Fil-finali ta’ konsolazzjoni, ukoll kien hemm trijonf lokali, bir-rebbieħ ikun Arnie Sensation misjuq minn sidu stess, Carmelo Farrugia.

Il-programm tal-Ġimgħa li kien l-aħħar wieħed qabel il-waqfa fis-sajf, kien mill-aktar imżewwaq, fejn spikkaw ukoll, tiġrija li fiha ħadu sehem sewwieqa femminili, bir-rebbieħa tkun, Isabelle Mizzi, kif ukoll tiġrija għal sewwieqa ta’ taħt it-18-il sena, f’dan il-każ l-unur jirbħu, Daniel Cassar.

It-tħejjija għal-laqgħa bejn żwiemel Taljani u lokali f’pajjiżna, kienet ilha ssir għal dawn l-aħħar xhur, bis-sehem kbir tal-uffiċjali tal-MRC, immexxija minn Dr Brincat.

Nistgħu ngħidu li din il-ħidma tat il-frott mixtieq fejn kollox mexa tajjeb. Iż-żwiemel Taljani waslu fostna nhar il-Ħamis, dawn inqasmu f’żewġ stalel, u kienu ppreparati sewwa għat-tiġrija.

Fl-ewwel heat ħadu sehem żwiemel lokali, fejn kif għidna kien hemm trijonf kbir ta’ Kain Poifond, żiemel Franċiż mijsuq minn Clifforty Calleja. Dan kiseb medja tajba ferm ta’ 1’13”9, u spiċċa qabel James de l’Iton u Race Ball rispettivament.

Il-heat l-oħra kienet ikkontestata minn żwiemel Taljani, bir-rebbieħ f’din ikun il-favorit, Iovanin misjuq minn Giuseppe Piorzio. Il-ħin miksub f’din kien ferm inferjuri mill-oħra, b’dan ikun ta’ 1’16”4. Naturalment forsi din kienet tattika min-naħa tas-sewwieqa, biex għall-finali, isibu ż-żwiemel tagħhom f’kundizzjoni aħjar.

Aktar tard fil-programm saru b’hekk iż-żewġ finali bl-aktar waħda mportanti tintrebaħ minn My Red Force, li fil-heat taż-żwiemel lokali, kien spiċċa r-raba’.

Misjuq tant tajjeb minn Rodney Gatt, huwa għeleb bi ftit lil Kain Poifond filwaqt li t-Taljan, Iovanin daħal it-tielet. Il-ħin tar-rebbieħ f’din il-finali kien dak ta’ 1’14”3.

Saret ukoll il-finali ta’ konsolazzjoni, fejn għal darb’oħra kienet hemm trijonf lokali, f’dan il-każ is-suċċess jinkiseb minn Arnie Sensation misjuq minn Carmelo Farrugia, quddiem tnejn oħra Maltin, Kakisis u Lucky Marceaux. Ir-rebbieħ kiseb medja tajba wkoll, dik ta’ 1’15”4.

L-appuntament li jmiss issa huwa fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, bil-parteċipanti Maltin telgħin Siracusa, sabiex jiġru f’żewġ heats oħra kontra oppożizzjoni Taljana. Nawgura kull suċċess kemm lill-propjetarji kif ukoll lis-sewwieqa Maltin, li se jkunu involuti f’din l-avventura.

Minbarra dawn it-tiġrijiet, il-Ġimgħa kien hemm novità oħra fejn f’tiġrija partikolari ħadu sehem sewwieqa femminili fuq żwiemel tat-trott.

Dawn kienu: Bankir Zon (Sandra Lundgren), Rocky Briljant (Jane Lundin), Verdi Broline (Lorraine Cunningham), Kendo du Chene (Isabelle Mizzi), Preem MS (Isabelle Borg) u Royal Crafts K (Slyvienne Cardona).

Kienet tiġrija missielta bir-rebbieħa tkun Isabelle Mizzi permezz ta’ Kendo du Chene.

Tiġrija oħra li spikkat rat din id-darba, sewwieqa taħt it-18-il sena, fejn f’din ipparteċipaw 10. Dawn kienu: Reedemer Vella, Daniel Cassar, Silvan Schembri, Dylan Baldacchino, Eman Attard, Anton Cassar, Jonathan Spiteri, Reedemer Farrugia, Sebastian Schembri u Kurt Grech.

Ir-rebbieħ f’din it-tiġrija kien Daniel Cassar, fejn iddomina tiġrija mill-bidu sal-aħħar, permezz tad-debba pjuttost ġdida, Belbroughton Road.

Rebbieħa oħra fil-programm tal-bieraħ kienu: Geo Hovmand (Copper), Noble Spirit (Silver) u Lazume Simoni (Bronze).

It-tiġrijiet fil-Marsa issa huma previsti li jerġgħu jibdew għal nofs Settembru li ġej.










Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo
·  Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja
·  22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi
·  Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw
·  Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni
·  Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech
·  Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U.


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.