www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

It-taħwid tal-Gonz e bella (?) compagnia
minn petronius melitensis

MALLI Ċiru En-gerer, kunsillier tal-PN bies lil ħabibu waqt il-marċ tal-Gay Pride, fil-beraħ u quddiem il-kamera, tliet kwarti minn GonziPN riedu jħabbtu rashom mal-ħajt. Hekk kif fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ tperreċ billboard daqs dinja biex iħabbar li Alla kontra d-divorzju, 47% tal-partitarji ta’ GonziPN riedu jfarrku rashom, jekk mhux mal-ħajt għall-inqas mal-balavostri taz-zuntier li baqgħu f’posthom wara li kienu waqgħu fuqhom il-balavostri tal-każin tal-PN fil-Pjazza ta’ San Filippu. Il-mistoqsija li feġġet fuq fomm kulħadd: x’qed jiġri fil-partit tar-Religio et Patria?

F’daqqa waħda, il-kriżi fi ħdan GonziPN li Peppi Azzopardi, Portaloo Bondì u dik is-Saħħara għakkara u mdejqa biha nnifisha tal-Bidnija ilhom jagħmlu ħilithom kollha biex jgħattuha minn għajnejn l-elettorat ħarġet beraħ iddamdam lil kull min baqa’ jittama li l-Gonz kien se jsib tarf il-kobba mħabbla li jinsab fiha l-partit li fl-1881 twaqqaf biex iħares ir-reliġjon kattolika u jgħaqqad lil Malta mal-patrija Taljana.

Issa li l-Gonz jittama li jlaħ-ħaq ma’ JPO minn naħa u ma’ Jason Azzopardi mill-oħra mhix xi ħaġa tal-għaġeb. Imma li jazzarda jaħseb li jlaħħaq m’Alla u max-Xitan, daqsxejn kbira. Dejjem jekk veru li Alla kontra d-divorzju. Għax jekk din mhix ħlief invenzjoni Żebbuġija, li lanqas Jason Grech li sponsorjaha ma jaqbel magħha, allura xogħol il-Gonz mhuwiex daqshekk diffiċli. Kulma jrid jagħmel jagħti daqqtejn lil JPO fuq il-warrani u barra bid-daqq.

Il-ħmerija li aktar u aktar nies, fosthom partitarji tal-PN stess, qegħdin jabbandunaw l-idea li Alla kontra d-divorzju u qegħdin jistaqsu min tella’ l-billboard jiħux il-kolazzjon ma’ Alla kull filgħodu u joqogħdux jitkellmu u jiddiskutu x’l-aħjar li jsir fl-aħħar fortizza (barra minn dik tal-Filippini, mhux Żebbuġin imma tax-Xlokk Ażjatiku) li jridu jżommu d-divorzju mbiegħed minnhom.



EFA u l-Gonz



Mindu kienet saret il-koalizzjoni bejn il-PN u l-Istricklandjani sinjuri, is-saħħa tal-PN kienet tinsab fil-ħila li kellu biex iżomm magħqudin miegħu nies b’ideat diverġenti u jħaddan saħansitra lill-av-versarji tiegħu b’sistema ta’ patrunaġġ (ħokkli dahri u nħokklok dahrek, ħu ħsiebi u ma nibgħatlekx lil tal-VAT, eċċ) f’xibka ta’ ideoloġija u interessi kummerċjali. B’din

is-sistema qarrieqa, il-PN ir-

nexxielu jaħkem il-maġġo-ranza tal-voti għal tletin sena jekk tneħħi s-sentejn 1996-1998.

Dan il-fenomenu politiku kien inħoloq bis-saħħa ta’ Fe-

nech Adami li billi kien Kar-

kariż (fi kliem psewdo-ġurna-

lista minn Tas-Sliema, “avu-katin tar-raħal”) u mhux Slimiż bħal GBO, kien irnexxielu jnessi l-imgħoddi elitista tal-PN (tiftakruh l-altu ċetu?) u jdawru f’wieħed li jaċċetta wkoll lill-popolin u b’hekk nies bħas-Saħħara ta’ Milner Street, in-Nemusa ta’ Bormla, Żeppi l-Ħafi u personaġġi soavi oħrajn ma ddejqux jissieħbu fl-istess każin.

Imbagħad saret bidla oħra

fil-PN. Kontra x-xewqa ta’

Agostino Pio Gatto, il-PN beda jilbes l-ilbies Demokristjan (dawk li GBO wkoll kien jgħidilhom “Dimonji Kris-tjani”) u ironikament, il-partit beda jsir inqas dipendenti mill-Knisja msaħħa mill-Ewwel Gonz imma kkalmata minn Ta’ Mewta. F’din l-istruttura, il-PN seta’ jiġbed lejh kemm lit-tradizzjonalisti kemm lill-modernisti. Jekk GBO, li kien jiftaħar li lest ibus l-id li jixtieqha maqtugħa u baqa’ jinsisti fuq “that damned clause” li jagħti l-poter lill-Knisja u li l-Ingliżi ma riduhiex, kellu jilgħaq lill-Gonz l-Ewwel u lil sħabu, EFA, kattoliku aktar minnu, seta’ juri ruħu aktar progressiv.

Imma, fuq kollox, EFA kien makakk (jew iffurtunat) biżżejjed biex ma jidħolx fil-kwistjoni tad-divorzju għax hemm kien ikollu jiġġieled ma’ waħda min-naħat tal-kwistjoni kollha. Mid-dehra l-Gonz it-Tieni m’huwiex iffurtanat daqsu. Veru li bħal zijuh baqa’ fuq ta’ Borg Olivier għax bħalissa l-Gonz it-Tieni huwa l-kap u Borg Olivier is-segretarju, imma l-par idejn sodi li jiftaħar bihom huma biss finta.



La kap u la kuda



Ta’ taħtu, l-aktar dawk tal-warrani tal-Parlament jiġu jaqgħu u jqumu minnu. L-aktar wieħed fosthom JPO li kien ħawwad waħda nobis fil-Mistra u għal ftit ma telliflux l-elezzjoni li għaddiet. L-isfida li tefa’ JPO bil-mozzjoni privata tiegħu ma tolqotx biss lill-Gonz imma lill-għaqda ta’ GonziPN kollu kemm hu.

Il-Gonz kien qed jimmira li l-kwistjoni tad-divorzju tkun diskussa wara l-elezzjoni li jmiss. JPO kellu pjani oħrajn. Issa qabadx u fajjarha għal rasu jew ftehemx mal-kap minn wara dahar kulħadd ma nafux. Nafu biss li bil-mozzjoni privata tiegħu donnu tefa’ qattusa f’nofs qatta’ ħamiem. U tant ħawwad lin-nazzjonalisti, kollha kemm huma, li l-kappillan ta’ Ħaż-Żebbuġ deherlu li kellu joħroġ għalih bla ma jitlob il-permess ta’ ħadd, la tas-superjuri tiegħu, la tal-MEPA u lanqas ta’ ħadd. Lanqas ta’ Jason Grech li jagħtih daqs dawk flus għall-parroċċa u forsi għenu xi ftit fil-bini tan-Naxxar.

(Issa, miskin, dan Jason Grech, qed ikollu jistqarr fil-pubbliku li m’għandu l-ebda fehma dwar id-divorzju, la favur u la kontra, li ma jmurx jitlef il-parruċċani li għandhom xi fehma jew oħra!)

Sadattant, il-Gonz kien qed imexxi l-liġi tal-koabitazzjoni flok dik tad-divorzju. B’dil-liġi kellu f’rasu jissodisfa lil-liberali tal-PN bla ma jiksirha mal-Knisja. Fi kliem ieħor, kien qiegħed jippjana li jgħaddi l-erba’ snin li ġejjin jiddiskuti l-koabitazzjoni u jżomm lid-dimonju tad-divorzju barra fil-kesħa. Imbagħad wara l-erba’ snin li ġejjin jieħu ħsieb id-divorzju ħaddieħor.



Il-Gonz-Ponz



Gonzi Ponzju Pilatu, jew il-Gonz-Ponz, kien beħsiebu jibqa’ jaħsel idejh mill-inkwiet kollu u jgħaddi ’l kulħadd biż-żmien, jiġifieri koppji mifrudin, qassisin, sħaħar, lil kulħadd. L-aqwa li ma jinżilx fl-annali nazzjonali bħala l-Prim Ministru li daħħal id-divorzju hawn Malta wara li kien imexxi l-Azzjoni Kattolika u EFA laħħqu floku (u mhux lil Johnny Cash jew lill-part-time farmer mill-Imqabba) minħabba f’din l-istess kwa-lifika.

Malli l-aħbar ta’ JPO u d-divorzju faqqgħet bħal sajjetta, il-Gonz-Ponz laqqa’ l-kbarat tal-Partit biex jiddiskutu dil-mozzjoni privata. Imma JPO reġa’ saħaq fuq id-dritt tiegħu li jressaq il-mozzjoni u ma riedx jilgħaq li kien qal. Qam iwieġbu Toni l-Fenek li fakkar lil sħabu li l-PN ma kellux mandat idaħħal id-divorzju. Miskin il-Fenek nesa l-gvern tiegħu kemm daħħal xorti li ma kellu l-mandat ta’ ħadd biex idaħħalhom!

Il-Fenek ma kienx waħdu. Kien hemm membri parlamen-tari tal-PN oħrajn li ħajru lil JPO jirtira l-mozzjoni, fosthom Charlo Bonnici li sar kampjun ta’ kontra d-divorzju. Tant għamlu ħilithom iwebbluh jirtiraha li kien hemm saħansitra wieħed minnhom li qal li l-mozzjoni ma setgħetx tintlaqa’ għax JPO kien kitibha bl-Ingliż!

Kien hemm uħud li qalu li kellu jsir referendum dwarha, imma kien hemm oħrajn li qalu li din kwistjoni ta’ minoranza u għalhekk ma tistax tkun riżolta b’referendum. X’jaqbad jagħmel il-Gonz Ponz qud-diem din id-dilemma? Ordna friskatur ġdid bl-ilma u xuga-man twil u qal li se jaħtar kumitat biex jiddiskuti l-kwis-tjoni kollha. Issa aħna lkoll nafu kif jaħdmu l-kumitati. Jiddiskutu u jiddiskutu u mbagħad jerġgħu jiddiskutu... in aeternum.



JPO u l-voti



It-tama tal-Gonz-Ponz hi li tant idumu jiddiskutu li dawk li għandhom bżonn id-divorzju jilħqu jmutu u allura GonziPN ma jkollux is-sogru li jitlef il-vot tagħhom matul is-seklu XXI kollu. Min-naħa l-oħra, JPO qiegħed ifakkar lil kulħadd li sa sentejn u nofs oħra l-kwistjoni trid tkun maqtugħa għax inkella l-partit se jitlef il-qaleb u l-ġbejna. Se jitlef ukoll il-vot ta’ dawk li stennew tant mill-UE u ma ħadu xejn, il-vot tal-kaċċaturi u n-nassaba li kienu belgħu l-lixka ta’ EFA u ta’ min ġie warajh, il-vot ta’ dawk li qed ikollhom iħallsu l-VAT minn imneħirhom, il-vot ta’ dawk li se jiġġennu bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-vot ta’ dawk li tilfu l-part-time job li kellhom, il-vot taż-żgħażagħ li ma jistgħux isibu fejn jaħdmu... insomma, il-lista twila wisq biex tidħol kollha f’din il-paġna.

Mid-dehra dil-kantaliena JPO qiegħed isemmagħha ta’ sikwit lis-Saħħara li tivvotalu minn qiegħ il-Bidnija għax mhix ħlief tbeżża’ lill-erbat iċwieċ li jiktbulha taħt ħafna psewdonimi fil-blog pastaż, baxx u ħamallu li għandha, li sentejn u nofs oħra se jkollna Gvern Laburista.

Issa, aħna nafu għalfejn din ir-ras imdewda minn ġewwa qiegħda tbeżża’ lin-nazzi li jsegwuha. Waqt li tipprova ġġiegħel lill-Partit Laburista joħroġ il-munizzjon kollu li għandu dwar ħbiebha u dwar dawk li ħxienu minn fuq dahar il-Maltin, qiegħda tipprova twebbel lin-nazzi jobogħdu, minn issa, li għadu daqstant kmieni, lill-Gvern Laburista li jmiss.

Imma li rnexxielha s’issa kien li tiftaħ għajnejn id-de-

legati laburisti jduru dawra madwarhom u jaraw x’għan-du jsir għall-ġid tal-Partit li minkejja kollox għadu magħqud ħafna aktar minn GonziPN li flok jirranġa daru qiegħed itawwal kemm jista’ u jħalli t-taqtigħa għal ruħ il-partit għal wara l-elezzjoni li jmiss, jiġifieri meta jkun poġġut fl-Oppożizzjoni.




Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għarfien aħjar
·  Intollerabbli
·  Il-cake
·  Fehmti
·  Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
·  Ġustizzja riparatriċi
·  Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
·  Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.