www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

L-Omertà fil-Knisja ta’ Għawdex
minn KORRISPONDENT

TLIET snin wara t-tneħħija ta’ Dun Joe Vella Gauci minn Arċipriet tal-Katidral t’Għawdex, u l-biċċa tax-xogħol tidher li għadha friksa. Dak inhar il-Kurja t’Għawdex ħarġet tiftaħar bil-bravura li wettqet. L-istess għamlu xi wħud mill-imsieħba ekkleżjastiċi. Il-pjan kien maħsub tajjeb. Il-parrokkjaliżmu kellu jiġġustifika l-għemil tal-ogħla awtoritajiet ekkleżjastiċi tal-gżira t’Għawdex, filwaqt li Dun Joe Vella Gauci dikment kien sostitut minn ħu l-Ministru għal Għawdex. Ma stajtx għal ftit ma tieqafx taħseb u tammira l-pjan hekk maħdum skont id-disinn tal-bizzilla Għawdxija. Pjan fin u bilgħaqal kien dan. Imbagħad ħafna storbju li kien ikkontrollat b’ħafna wegħdi u wegħdi u wegħdi! Wegħdi personali u wegħdi komunitarji! Ġerrew il-kelma li l-barri kellu jinqabad minn qrunu u li l-emfasi issa se tkun fuq il-ħidma pastorali. Kellu jkun l-addio tat-titli ta’ knejjes protoparrokkjali u arċimatriċi u ommijiet tal-parroċċi tal-gżira t’Għawdex.

Imbagħad is-saga tat-twajjeb saċerdot biex jiddefendi unuru u jikseb ġustizzja. Mexa t-triq

kollha mis-Sinedriju, għal quddiem Pilatu, għal quddiem Erodi, u għamel riskorsi u appelli. Rikorsi u appelli li b’mod orkestrali kienu miċħuda mill-ġustizzja Vati-

kana. “Fuori tempo”, qalulu. “Outside useful time”, bl-Ingliż. “Preskrizzjoni”, bil-

Malti. U allura jekk minħabba raġunijiet ta’ preskrizzjoni, Vella Gauci ma setax jiftaħ

kawża, għalfejn il-Kongregaz-zjoni u s-Segnatura Appos-tolika, fl-ewwel lok talbuh iħallas il-miżati rikjesti u tawh x’jifhem li se tinfetaħ il-kawża? Kif se niddiskrivu għemil ta’ din ix-xorta? Hawnhekk għandna każ ta’ saċerdot li għax jemmen fl-ordni tal-liġi, ipprova jikseb ġustizzja mill-Qrati Vatikani – hi gravi s-sitwazzjoni li ma kisibhiex! Kif stqarr fl-intervista tiegħu mat-TORĊA, l-irregolarità legali kienet iġġustifikata permezz ta’ dokument infami; filwaqt li kull opportunità biex tinkiseb ġustizzja kienet imxekkla min-ħabba l-preskrizzjoni!

Illum, tliet snin wara, jidher li l-istorja qegħda tieħu ritmu ieħor. Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta, l-għajb qed jaqa’ fuq min fassal il-pjan u kien kapaċi jesegwih. Tkellimna ma’ għadd ta’ parruċċani li qalulna li l-programm ta’ restawr imniedi minn Dun Joe jidher li għadu sejjer mill-fondi li b’għaqal u ħila hu stess ħoloq; li r-ritmu pastorali hu ta’ bixra kajmana u sfurzata; naqset il-ħeġġa u naqsu l-flus u naqset l-attendenza tan-nies. U allura dak il-pjan fin li minnu tkellimna, deher fin biss għal ftit taż-żmien. Il-bizzilla ta’ Għawdex qiegħda ddur għaliha l-kamla. Il-wegħdi li kienu saru kull ma jmur qegħdin dejjem jisfumaw fix-xejn. U l-barri li kellu jinqabad minn qrunu għadu jiġri u jirrombla. Din il-gazzetta tista’ tikkonferma li rivista barranija qiegħda turi interess serju biex tkun tista’ twettaq ġurnaliżmu investigattiv dwar dan il-każ.

Tispikka, f’dan il-kuntest l-omertà fi ħdan il-Knisja, il-krudeltà umana u n-nuqqas ta’ responsabbiltà. Mid-diversi kuntatti li għandha din il-gazzetta, jidher li l-poplu qed jagħraf li kien imqarraq bil-kbir. Li l-Katidral u l-ħajja tal-parroċċa sejrin lura. Il-poplu jirrikonoxxi li l-awtoritajiet ekkleżjastiċi mxew ħazin ma’ Dun Joe Vella Gauci. Fil-fond ta’ qalbu, il-poplu jemmen li Dun Joe kien jimmeritah aħjar. Imma fuq kollox, il-poplu jixtieq li tinsab soluzzjoni ġusta għal dan id-diżgwid u l-għelt li ġabuh fih. Jidher li soluzzjoni hi possibbli, però daqstant ieħor jidher li hemm min qed ifixkel u jimbarra b’kull tip ta’ diffikultà l-proċess biex tistab soluzzjoni ġusta u tinkiseb il-vera paċi.

Quddiem l-intervista li Dun Joe kien ta lit-TORĊA intwera skiet kbir, omertà ekkleżjastika. Dak li l-awtori-

tajiet ekkleżjastiċi ma kellhomx il-ħila jikkundannaw u jirri-battu fil-beraħ, jidher li wrew l-għadab tagħhom għalih minn wara l-kwinti. Mhux biss il-mod kif tneħħa, fil-lejl tas-17 ta’ Settembru, 2007, imma anke l-mod kif tħalla għal dan iż-żmien kollu ab-bandunat jirrifletti krudeltà umana. Tassew li l-eżempju ta’ Kristu mhux ikaxkar fil-Kurja t’Għawdex...

Umilment nappellaw lill-Kurja t’Għawdex biex terfa’ r-responsabbiltà u ssewwi l-imgħoddi, tuża l-preżent bla ma jinħela aktar żmien, tagħti aktar xiehda skont l-ispirtu tal-vanġelu u b’hekk tkun aktar kredibbli, filwaqt li tassigura futur aktar ħieni għall-knisja f’Għawdex. Mill-banda l-oħra, nawguraw lil Dun Joe Vella Gauci ħalli jibqa’ jsib il-wens fid-dawl tal-Imgħallem u ma jaqtax qalbu.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għarfien aħjar
·  Intollerabbli
·  Il-cake
·  Fehmti
·  Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
·  Ġustizzja riparatriċi
·  Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
·  Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.