|
Toroq maħmuġin madwar ir-raħal kollu.
Raġel anzjan jiġri barra fl-inħawi tal-pjazza, il-ġurnata kollha saħansitra fil-ħinijiet jaħarqu ta’ wara nofsinhar kmieni, iġebbed kelb marid marbut b’ħabel minn
għonqu.
Fl-akkwati tal-kunsill lokali xi sidien ta’ garaxxijiet jarmu l-pipì barra t-triq u ħalli għan-nemus biex jagħmel festa!
Ħdejn iċ-ċmiterju tal-Qalb ta’ Ġesù hemm ħafna qtates jiġġerrew u bil-lejl jidħlu ġo dar mitluqa li ma joqgħod ħadd fiha, inewħu u jħallu warajhom l-irwejjaħ tal-ħmieġ li jagħmlu; ħadd ma jista’ jifhem kif did-dar, proprjetà tal-gvern, li tmiss mal-kunsill lokali għadha ma ġietx devo-luta lill-kunsill lokali biex jieħdu ħsiebha u jagħmlu użu minnha; użu li jidher li hemm bżonn kbir għalih.
Fl-inħawi tal-ground tal-futbol hemm kelb jinbaħ il-lejl kollu; qisu mhux biżżejjed li dawk li jilagħbu l-futbol idumu sa wara l-ħdax ta’ billejl jilagħbu u jagħmlu storbju sħiħ fil-ground daqslikieku ħadd ma jrid iqum kmieni għax-xogħol l-għada filgħodu!
Inħossuna frustrati bit-telqa li qegħdin juru l-awtoritajiet.
John Calleja et,
Żebbuġ
|