www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
ITTRI LILL-EDITUR

Il-fuljett tal-festa tal-parroċċa ta’ Ħal Balzan
minn Balzani ieœor, Œal Balzan

Għadu kemm ġie f’idejja l-fuljett tal-parroċċa ta’ Ħal Balzan għall-festa ta’ din is-sena. Apparti l-informazzjoni u l-artikli interessanti li fih, ma jistgħux ma jolqtukx erba’ paġni ta’ ritratti b’materjal ta’ pubbliċità dwar x’sar f’Ħal Balzan f’dawn l-aħħar għaxar snin. Qisha x-xemx telgħet fuq dan ir-raħal malli wasal Dun Kalċ! Bħallikieku l-Balzanin ma jafux li l-opri maġġuri li saru fil-knisja saru fi żmien kappillani oħra, bħalma huma l-qniepen, il-paviment tal-irħam, il-pittura, u ż-żebgħa u l-induratura tal-knisja u tal-artali, u tant opri oħra li jżejnu l-knisja tagħna.

Għalfejn dan id-daqq ta’ trombi? Malli tara dawn il-paġni taħseb li għandek f’idejk xi fuljett pubbliċitarju maħruġ minn xi aġenzija tar-reklami! Hekk isiru l-affarijiet fil-Knisja? Li Dun Kalċ huwa espert fis-sengħa tat-traxxix tal-bżar fl-għajnejn huwa magħruf minn kulħadd. Anki nies minn parroċċi oħra fejn kien kappillan jgħiduh dan.

Miniex qed ngħid li f’Ħal Balzan ma sar xejn f’dawn l-aħħar għaxar snin. Xogħol sar, mertu prinċipalment ta’ ħafna Balzanin li jħobbu l-knisja, u ta’ dan ħaqqhom jieħdu l-kredtu huma wkoll. Iżda rrid ngħid li saru affarijiet li qatt ma messhom saru u li ttajru fix-xejn flejjes kbar. Għal did-darba nsemmi l-monitors fil-knisja, li swew fuq disat elef ewro, proġett bla bżonn li kerrah knisja.

Insemmi wkoll l-air condi-tioners, li swew ’il fuq minn tlettax-il elf ewro, proġett ieħor bla fejda, għax il-knisja tagħna, bħal kull bini ieħor antik, ma tagħmilx daqshekk sħana, u bil-fannijiet biss konna moqdijin tajjeb. Dan biex ma nsemmux il-ħsara li biż-żmien l-air conditioners jistgħu jikkawżaw lill-pittura tal-knisja, u l-għoli tal-kontijiet tad-dawl meta jinxtegħlu tul ix-xhur tas-sajf. Ma noħodhiex bi kbira li l-kappillan kien kostrett li jikri l-bejt tal-knisja lill-kumpaniji tat-telefonija ċellulari biex jagħmlulu tajjeb għall-ħlasijiet tad-dawl, u b’hekk kompla għarraq is-sitwazzjoni għax irrovina d-dehra tal-koppla minn barra.

Iż-żmien jagħtina parir min kienu l-kappillani li verament ġabu ’l quddiem il-knisja par-rokkjali ta’ dan ir-raħal.

Balzani ieħor, Ħal Balzan


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Ittri lill-Editur
·  Leġiżlazzjoni dwar min jinfired
·  Napprezzaw l-involviment taż-żgħażagħ fil-lokalità
·  M’hemmx firda fil-parroċċa tal-Birgu. U ngħidx!
·  Funeral ta’ veru
·  L-opri fil-knisja tan-Naxxar
·  Id-diċenza pubblika f’Malta
·  Mro Julio Tanti A.Mus. L.C.M.
·  Appell lill-awtoritajiet dwar il-konfini
·  Bqajt bla bozoz


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.