|
Minn esperjenza personali d-Direttur tas-Servizzi Soċjali hu obbligat li ma jagħti ebda tagħrif lil ħadd dwar min jieħu s-servizzi soċjali. Hu marbut bis-sigriet. Id-Direttur għandu kull setgħa li jiġbor informazzjoni ta’ kul tip meta wieħed japplika biex jingħata l-għajnuna soċjali. Anke kontijiet bin-numru meta kien hemm, iżda le jgħid li xi ħadd qed jirċievi l-għajnuna soċjali National Assistance, Medical Assistance OLD Age Pension. Il-Qorti biss tista’ tiddeċiedi li tingħata l-informazzjoni, taħt ir-responsabbiltà tal-Ġudikant, Imħallef jew Maġistrat.
Niftakar każ meta d-direttur ittella’ biex jgħid jekk ċerta persuna kinetx tieħu l-pensjoni OAP. Ir-rappreżentant tad-Direttur tenna li ma jistax jgħid. L-imħallef (dak iż-żmien Caruana Curran) intalab jiddeċiedi jekk għandhiex tingħata dik l-informazzjoni għax id-Direttur ma setax jgħid. L-Imħallef iddeċieda li ma tingħatax l-informazzjoni wkoll jekk kienet negattiva. Dak kien sigriet professjonali. L-avukat li kien talab l-infomazzjoni ma kien ħadd ħlief Eddie Fenech Adami li għamel din ir-rimarka: “Mela tal-gvern kollox sigriet”.
Dan biex nuri li ma tista’ tingħata l-ebda informazzjoni uffiċjalment.
Fil-każ imsemmi ta’ Agius min tah l-informazzjoni ab-buża u għandu jingħata l-piena billi kiser il-ġurament, u għalhekk għandu jinsab min kien u jingħata l-kastig. Din tapplika ukoll għal David
Agius għax xerred informaz-zjoni li hi sigrieta aktar u aktar għax hu deputat parlamentari. Il-Pulizija għandha tidħol fil-każ biex issib min ħareġ l-informazzjoni kif ukoll kontra David Agius li xandarha.
Is-serjetà hekk titlob.
Eks impjegat, Ta’ Xbiex
|