|
Nixtieq nilmenta dwar il-lokalità tagħna ta’ San Ġwann. Triq tal-Balal ħdejn il-Knisja tal-Prepostu għandna skip żgħira ħadra li ma titnaddafx ta’ spiss din l-iskip titnaddaf darba fil-ġimgħa jew ħmistax, u l-ħmieġ li jkun hemm madwarha lanqas tkun tista’ tgħaddi minn ħdejha jew
tarmi ż-żibel għax veru tkun tinten u mimlija sa ruħ ommha.
Jiena mhux l-ewwel darba li ċempilt lill-kunsill lokali ta’
San Ġwann, il-Customer Care
(li jaħasra dejjem qdewni li se jċemplu lill-kuntrattur biex inaddaf u veru għax wara
xi sagħtejn jiġi) imma ddum ħafna fuq it-telefon biex taqbad. Jiena nid-dejjaq inċempel biex inaddfu l-iskip u jbattluha iżda jiena għaliex għandi noqgħod kull darba nċempel jekk din suppost titnaddaf kuljum?
Din in-naħa hemm id-djar u mhux żewġ familji biss noqogħdu hemm u għalhekk is-servizz għandu jasal għal kulħadd mhux fil-qalba tal-bini biss. Konna nfurmati li se jibda jkollna l-ġbir tal-iskart bieb bieb imma aħna qisna minsija.
Resident ddiżapuntat,
San Ġwann
|