www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

Saħħet in-nies qabel kollox
minn charles flores

F’SOĊJETÀ moderna saħħet in-nies trid tiġi qabel kollox. Hekk talanqas jifhimha min jemmen f’nazzjon ħanin li jieħu ħsieb iċ-ċittadini tiegħu billi joffri b’xejn l-aħjar servizzi u benefiċċji soċjali li wara kollox hemm jagħmlu tajjeb għalihom it-taxxi li jħallsu dawk l-istess ċittadini matul ħajjithom. U jekk f’Malta neqsin minn kollox – prudenza fis-sewqan u t-triqat, rispett lejn l-ambjent u l-annimali, serjetà u sigurtà fuq ix-xogħol eċċ eċċ – żgur li m’aħniex neqsin mit-taxxi!

Il-“logħba” bl-isptarijiet li qiegħda tintlagħab f’pajjiżna bħalissa għandha l-għan li tilħaq ħafna skopijiet, iżda fosthom żgur m’hemmx il-premessa li saħħet il-Maltin u l-Għawdxin tiġi qabel kollox. Kemm hemm interessi akbar minn dan l-għan nobbli li sup-

post ikollu kull gvern demo-kratiku!

Hemm difrejn l-iżviluppa-turi lesti biex jiggranfaw bin-jiet ta’ sptarijiet li qegħdin f’postijiet mill-isbaħ. Dak li qabel kienu jgawduh il-pazjenti ħosbiena mit-twieqi tagħhom, issa għad irid jibda jitgawda minn turisti li jkunu qegħdin iħallsu tajjeb għalih u hekk, naturalment, iħallu l-profitti mixtieqa.

Hemm min kellu investi-ment kbir fuq żaqqu u issa l-gvern jidher lest li jserrħu waħda sewwa minnu billi jitfa’ l-piż fuq it-tax-payer Malti.

Hemm min bla dubju se jkun qed jagħmel kemxa ġmielha permezz ta’ xi kummissjoni minn fuq il-proġett tal-isptar il-ġdid li se jinbena – wara li ntesa jew twarrab b’ċerta makakkerija – f’Tal-Qroqq, proprju biswit il-Mater Dei.

Intefqu l-flejjes kbar fuq it-titjib ta’ sptarijiet eżistenti biex issa se jitneħħew, qishom l-awtoritajiet qegħdin jilagħbu logħba bi ħwejjiġhom u mhux bi ħwejjeġ il-poplu. Sptar jingħalaq u ieħor jinfetaħ. Sptar jitkabbar u jkun modernizzat, imbagħad jintelaq ħalli jkun jista’ jinxtara wieħed ġdid mingħand xi ħabib tal-klikka fil-poter. Sptarijiet sbieħ u popolari jingħalqu biex minflokhom jagħmlu xalata bihom l-iżviluppaturi.

Dan kollu qed iseħħ fi żmien meta l-problemi f’Mater Dei huma l-istess problemi li kien hemm fl-Isptar San Luqa. U dan minkejja li fl-isptar il-ġdid inbnew xejn inqas minn 6,000 kamra, twaħħlu 7,000 bieb u saru 1.4 kilometri ta’ kuriduri. Ir-riżultat s’issa kien li l-Mater Dei ma solva xejn mill-problemi l-antiki, fosthom nuqqas kbir ta’ sodod – la għall-pazjenti u lanqas għall-istaff. L-union tal-qbiela u l-infermiera bir-raġun kollu tinsab imħassba b’din is-sitwazzjoni. Wara kollox huma l-membri tagħha li jridu jaffaċċjaw lill-pubbliku u l-qraba rrabjati minħabba dawn in-nuqqasijiet serji fi sptar tax-xinxilli state-of-the-art.

Min qatt kien jobsor, meta rajna l-isptar ikun inawgurat bil-pompa kollha qabel l-aħħar elezzjoni, li konna se naraw daqstant pazjenti mixħutin fil-kuriduri minflok f’sala ta’ nies li toffri kenn u privatezza lil min hu batut u muġugħ? Sfortunatament, dawn kienu x-xeni li erġajna qegħdin naraw fil-Mater Dei dan is-sajf. Kif sostniet l-union tal-qbiela u l-infermiera, xi ħadd naqas bil-kbir li jagħmel il-pjani tiegħu bis-serjetà, u l-azzjoni industrijali li ttieħdet hija aktar minn ġustifikata.

Saħħet in-nies tiġi qabel kollox, inklużi l-kuntratti u l-lukandi, il-pjaċiri u l-kummissjonijiet minn taħt. Jekk xi ħadd qed jaħseb li din il-logħba tal-isptarijiet mhix qed tkun osservata minn min hu l-aktar milqut minnha – l-poplu – sejjer imqarraq ferm.



Tal-aħħar...



• L-istorja makabra tal-MCESD kompliet issir aktar imlewna bil-ħatra dittatorjali tad-direttur ġenerali tal-GRTU fuq kumitat Ewropew. Issa saret ġrajja tal-waħx hekk kif il-gvern irnexxielu jkeskes għaqda tas-sidien kontra għaqda oħra tas-sidien waqt li baqa’ jilgħab bil-bżallu dwar is-sehem – bi dritt – tal-unions tal-FORUM. Gvern li tilef il-boxxla u li qed ifittex jaqdi l-aktar lil min qdieh qabel ikun tard wisq...



• Storja oħra makabra hija dik tal-ħlas għas-suġġetti vokaz-zjonali fl-iskejjel sekondarji tal-gvern. Il-Ministru Cristina wkoll ħarġet tilgħab bil-bżallu billi toqgħod iżżeffen l-“assessjar” meta mingħajr dan l-istess “assessjar” l-ebda student ma jista’ jagħmel il-kors...



• Għal darb’oħra din is-sena fil-festa tal-Kalkara ż-żewġ baned tar-raħal ma tħallewx jgħaddu minn quddiem il-każin ta’ xulxin għax xi snin ilu kien inqala’ inċident. Minflok li l-Pulizija u l-awtoritajiet ikattru sens akbar ta’ rispett u maturità, qegħdin itawlu “l-kastig” b’dan il-mod assurd li jkattar l-idea ta’ “żewġ tribujiet” u li jagħti l-impressjoni li l-Kalkariżi huma xi razza mhux ċivilizzata...




Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għarfien aħjar
·  Intollerabbli
·  Il-cake
·  Fehmti
·  Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
·  Ġustizzja riparatriċi
·  Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
·  Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.