www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
EDITORJAL

Problemi tal-bieraħ li għadhom magħna


SMAJNA bi pjaċir kemm studenti marru tajjeb fl-eżamijiet. Din hija ħaġa tajba li ttina sodisfazzjon. Awguri mhux biss lil dawk l-istudenti li għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom, imma anke lil dawk li ħarrġuhom u ħejjewhom għall-isfida li kull eżami jġib miegħu.

Madankollu, bħala soċjetà in ġenerali u l-awtoritajiet b’mod partikolari, nistgħu ngħidu li għaddejna mill-eżami meta naraw kemm studenti ma rnexxielhomx jiksbu s-suċċess akkademiku li kienu qegħdin jittamaw fih? Ngħidu dan għax faċli li ngħollu ’l fuq lil min ġab ir-riżultati, imma l-isfida vera hi dik li ma nitilfux lil dawk li ma laħqux dan l-għan.

Qegħdin nieħdu l-impres-sjoni li l-gvern qed jittama li r-riforma li suppost għandha tibda mis-sena skolastika li ġejja se tkun is-soluzzjo-ni għall-problemi kollha li għandna fil-qasam edukattiv. Nittamaw li din mhijiex għajr impressjoni żbaljata mogħtija mill-komunikati lill-midja b’għan pubbliċitarju li spiss joħorġu mill-ministeri diversi. Jekk il-gvern irid ikun serju jaf li l-problemi veri, l-aktar li għandhom piż fuq l-andament edukattiv tat-tfal, mhumiex se jkunu riżolti bir-riforma proposta.

Parti mis-soluzzjoni diġà tinsab f’idejh, iswed fuq l-abjad, fil-kurrikulu minimu nazzjonali, li issa suppost li dalwaqt imissu li jkun aġġornat. Minkejja li wasalna għal dan l-aġġornament, kulmin imiss mas-settur edukattiv jaf li minn dak li għandna s’issa partijiet sostanzjali għadhom ma twettqux u m’hu qed isir xejn biex jitwettqu.

Is-soluzzjoni għall-problemi edukattivi tat-tfal trid tibda mil-livell ta’ isfel – mill-klassi. Inutli ngħidu li neħ-ħejna l-istreaming u daħħalna l-prinċipju tal-inklużjoni jekk il-klassijiet mhumiex se jkunu iżgħar biex it-tagħlim isir aktar parteċipattiv.

Min-naħa l-oħra, ma jistax ikun li nistennew aktar mill-għalliema mingħajr ma ninvestu fihom bis-serjetà. Bħal kull ħaddiem ieħor, l-għalliem irid ikun motivat, jingħata rikonoxximent għax-xogħol li jagħmel, u fuq kollox ikun stmat ta’ professjonist. S’issa, il-mod kif il-gvern kontinwament qed jaġixxi mal-għalliema – u l-mod konsistenti kif qed jonqos milli jagħtihom dak li wegħdhom – qed jibgħat messaġġ negattiv u konfliġġenti lil dawn il-persuni li għandhom responsabbiltà kbira – mhux biss li jgħallmu s-suġġetti akkademiċi lil uliedna, imma ukoll li jagħtuhom edukazzjoni għall-ħajja.

Hawn ukoll għadu mhux isir biżżejjed. Filwaqt li għadna nitfgħu l-piż kollu fuq is-suċċess akkademiku, għadna ma sibniex mod sodisfaċenti kif nippremjaw, ninċentivaw u nsaħħu l-ħiliet l-oħrajn li l-istudenti tagħna għandhom lil hinn mis-suġġetti akkademiċi. Għadna b’sistema li tippremja lil min jaf jgħodd u jikteb, imma twarrab lil min għandu talenti oħrajn, li anke jekk bil-fomm ngħidu mod ieħor, fir-realtà għadhom mitqiesa bħala ħiliet sekondarji. Dan mhuwiex biss sintomatiku tal-iskola, imma ukoll tal-politika nazzjonali in ġenerali: il-kultura, l-arti, is-sengħa, ma jarawx wisq investiment mill-baġit nazzjonali, filwaqt li nonfqu l-miljuni fi bnadi oħrajn.

Il-gvern lanqas ma jista’ jinsa s-sehem tal-ġenituri fil-qasam edukattiv. Dawn għandhom ikunu nkoraġġiti jieħdu sehem akbar fil-ħajja tal-iskola, jingħataw leħen effettiv, għax nafu li jekk it-tfal ma jkollhomx l-appoġġ tad-dar se tkun aktar diffiċli għalihom it-triq tas-suċċess edukattiv.

Qegħdin niktbu dan illum għax bħalissa huwa ż-żmien tat-tħejjija. Ma rridux inserrħu rasna għax numru ta’ tfal qegħdin jirnexxu. Il-problemi tal-bieraħ għadhom il-problemi tal-lum, u l-prezz qegħdin iħallsuh uliedna.




Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Editorjal
·  Fejn qiegħda tassew il-kontroversja?


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.