|
B’referenza għall-artiklu ‘Easy To Confuse’ li kien ippubblikat fit-TORĊA tal-Ħadd 18 ta’ Lulju 2010, l-ETC titlob apoloġija jekk dak li kien irrapportat fl-artiklu seta’ ħoloq xi inkonvenjent lill-klijenti tagħha.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Korporazzjoni nediet xi tibdiliet u titjib fis-sistema ta’ matching, fejn il-persuni li qegħdin ifittxu xogħol ikunu mqabbla mal-postijiet vakanti ta’ xogħol li huma reġistrati magħha.
Dan għamlitu biex ittejjeb is-servizz li toffri kemm lil min iħaddem, kif ukoll lil min qed ifittex ix-xogħol.
Minkejja l-ittestjar li sar qabel ma kienu implimentati t-tibdiliet, fil-perjodu li fiha ntbagħtet l-ittra msemmija kienu qegħdin isiru xi modifiki oħra fuq din is-sistema biex tkun ipperfezzjonata.
Il-Korporazzjoni qegħda tinforma lill-pubbliku li t-testijiet u l-modifiki kollha fuq din is-sistema issa huma kompluti.
Nirringrazzjaw lill-klijent tagħna li ġibed l-attenzjoni tal-Korporazzjoni u nħeġġu lil kull min għandu suġġerimenti jew ilmenti oħrajn biex jagħ-
milhom permezz tas-servizz
tal-ħarsien tal-klient (cus-tomer care) li għandha l-Kor-porazzjoni.
Persuna tista’ tagħmel dan billi ċċempel fuq 2165 4940 jew billi tibgħat email fuq customercare.etc@gov.mt. Formoli ta’ suġġerimenti jinsabu wkoll fil-job centres li għandha l-ETC.
Jonathan Brimmer,
PR & Marketing Executive
Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ
|