www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

Fehmti
minn joe micallef stafrace

MELA issa nafu fejn aħna. Dak il-kartellun li ftit tal-jiem ilu laqgħa lil kull min rah bil-kliem “Id-divorzju: Alla ma jridux”, kartellun sponsorjat minn Vision Tech kien QASTNA.

Naraw. Sirna nafu li din kienet inizjattiva tal-Arċipriet Daniel Cardona u tal-parroċċa. Sirna nafu li l-Kurja ma kienet taf b’xejn u allura la ġiet kon-sultata u wisq inqas intalab xi permess.

Sirna nafu, u din sabieħa wkoll, li l-isem tal-kumpanija Vision Tech fuq il-kartellun deher bla ma din kienet avżata minn qabel. Din il-kumpanija tgħin finanzjarjament lill-par-

roċċa iżda, f’każ hekk sensit-tiv, dawk responsabbli ma kellhomx id-deċenza li qabel xejn jitolbu l-permess ta’ Vision Tech fuq il-kartellun. Spiċċaw biex l-Arċipriet wera s-sogħba tiegħu għall-inkonvenjent kaġunat lil Vision Tech.



Tneħħija



Dan l-isem issa tneħħa minn fuq il-kartellun. L-inprudenza kienet tgħammixlek għajnejk meta tqis li l-kartellun tela’

hekk kif id-deputat parlamen-tari nazzjonalista Jeffrey Pul-

licino Orlando ressaq fil-Par-lament mozzjoni b’abbozz ta’ liġi dwar id-divorzju f’pajjiżna. Min hu dan l-MP? Dan joqgħod Ħaż-Żebbuġ, jitla’ fil-Parlament minn dak id-distrett u jiffrekwenta l-knisja arċipretali ta’ San Filep f’dak ir-raħal. Mela l-kwistjoni kienet bilfors “taħraq” u wieħed jifhem li n-negoazjant imsemmi ma riedx jiżżeffen fin-nofs – huma x’inhuma l-ħsibijiet tiegħu dwar id-divorzju. Ħaġa personali li dwarha jitkellem jekk u meta jrid.

Din li dak il-kartellun ma kienx awtorizzat mill-ogħla awtorità ekklażjastika Maltija ġiegħlitni nieħu nifs kbir għax jien niftakar, għexthom u kelli ħidma qawwija waqt il-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-Sittinijiet. Niftakar fil-pulċinellati u l-għarukażijiet ta’ dak iż-żmien. Niftakar fil-kartelluni mdendla mal-ħitan tal-knejjes (jien anqas tħallejt barra!) u mal-każini laburisti. Niftakar fil-ġgajtiet ta’ membri tal-Mużew (baħar ta’ għenienen inklużi) jiġu jsaffru fil-meetings tal-Labour. Niftakar fid-daqq ta’ qniepen biex ikunu sfrattati l-meetings laburisti. Niftakar kif xi qassis ikun għaddej għall-affari tiegħu u tgħaddi xi karozza li minnha toħroġ, kiesaħ u biered, l-għajta ah wirdiena! Fuq kollox niftakar fil-ħsara spiritwali li saret bla ma kien meħtieġ.

Għalhekk ma rridx nara l-fanatiżmu jirrenja u biex dan ma jsirx wieħed irid jieqaflu mill-ewwel qabel ma n-nix-xiegħa ssir xmara.

Kienet, infakkar, ħaġa xok-kanti meta lil Mons Charles Vella, fundatur tal-Moviment ta’ Kana, għax ħares lejn il-kwistjoni tad-divorzju b’ċerta kalma, mill-kamp ekkleżjastiku kien hemm min iżżattat u qallu ħelu ħelu li kien kiber fl-età, speċi speċi li żmaga! X’karità kristjana!



’L quddiem



Ejjew inħarsu ’l quddiem u l-affarijiet nagħmluhom bis-serjetà kif jixraq lil poplu matur, poplu integrat fl-Ewropa. Ejjew ma ndaħħqux nies bina.

Fl-ewwel lok irridu nippre-ċiżaw x’qed ikun suġġerit, la iżjed u lanqas inqas. Ma nżeffnux fin-nofs affarijiet li m’għandhomx x’jaqsmu iżda li jservu biss biex idellu u jikkomplikaw il-punt ċen-trali. Iħawwad min, ngħidu aħna, ideffes fin-nofs l-abort. Dan mhux l-issue li għandu quddiemu l-pajjiż u nista’ ngħid li l-abort hu ħaġa mis-tmerra f’Malta.

Dak li qed ikun imressaq quddiem il-poplu hu, ċar u

tond iż-żwiġijiet irrimedjabil-ment imkissra u x’se nagħmlu quddiem dawn. Ejjew inpoġ-ġu rasna hemm biex, bil-ko-perazzjoni ta’ kulħadd, issir leġiżlazzjoni tajba bla ebda estremiżmu.

Meta żwieġ f’Malta jfalli x’jiġri f’pajjiżna? Ħafna, għalkemm mhux kulħadd, ifittxu u jottjenu dikjaraz-

zjoni ta’ nullità mit-Tribunal Ek-kleżjastiku u jgħaddu

spiss għat-tieni żwieġ. Fejn ikun hemm it-tfal wieħed jara li l-ħsara li ssir tkun mill-

inqas.



Impożizzjoni



Fejn wieħed ma jirnexxilux f’dan it-Tribunal u anqas fil-Qorti Ċivili x’jiġri? Xejn! M’hemmx rimedju. Ma jistax dak li jkun jerġa’ jidħol f’tieni żwieġ. Hawn ta’ min jemfasizza li ħadd mhu qed jissuġġerixxi li xi ħadd jimponi xiħaġa fuq xiħadd. Assolutament, u dan wieħed jgħidu b’emfasi. Minkejja li m’għandniex liġi tad-divorzju, xorta naraw relazzjonijiet jitwaqqfu u hawn għandna diżordni li jeħtieġ tingħata l-possibbiltà lil min irid jirregola ruħu li jagħmel dan. Għax bħalma wieħed iħalli libera l-kuxjenza kattolika ta’ Tizju, irid iħalli libera wkoll il-kuxjenza mod ieħor ta’ Sempronju.

Għedt li l-bidu ta’ kollox, il-bidu tat-tluq hu ż-żwieġ irrimedjabilment imkisser għax min jaf kemm hawn żwiġijiet oġġettivament nulli, ineżistenti, u b’danakollu rnexxew. Ħadd ma jissuġġe-rixxi li neżaminaw kull żwieġ li hawn ħa naraw kienx kollox in order meta ntqal is-Signor si! Nibdew nirriċerkaw biss meta jqum l-inkwiet.



Sbuħija



Sadattant nibqgħu nisħqu biex ikollna żwiġijiet sħaħ u dejjiema bejn raġel u mara fejn l-ulied isibu pa u ma u jitrabbew b’għożża.

Sadattant nibqgħu naraw koppji bla tfal li jfittxu l-adozzjoni fejn adottat jiġi mqiegħed fi ħdan koppja fejn ikun jista’ jgħid pa u ma.

Ħadd ma jrid li jsaffar suffara u jingħata l-possibbiltà li jgħaddi għat-tieni żwieġ! Fil-mozzjoni ta’ Pullicino Orlando hemm prekawzjoni dwar dan għax tirreferi għal żwieġ irrimedjabilment imkisser u għall-passaġġ taż-żmien li jikkonferma dan. Joseph Muscat jinsisti fuq li jinsisti li rridu ninkoraġġixxu u ngħinu biex ikun hawn żwiġijiet dejjiema ħienja u jrid jagħti rimedju lil min ma sabx din ix-xorti. Il-ħin kollu jemfasizza fuq il-protezzjoni tat-tfal, kif għandek tistenna minn missier li jgħożż lil uliedu.

L-Arċisqof Pawl Cremona qalilna li ma jridx kruċjati iżda l-Knisja, kif inhu dmirha, tgħid tagħha u tgħidu bil-libertà kollha. Meta qal hekk Mons Cremona jaf x’kien qed jgħid u la nqabad fuq sieq waħda u lanqas infixel. U hekk għandu jkun. Fl-istess ħin, fi ħdan il-Knisja lanqas għandu jkun hemm sarimi.

Ħadd m’għandu jħares bl-ikrah lejn ħadd. Ħadd m’għandu jżeblaħ lil ħadd. Din mhix kwistjoni ta’ xi pika jew ta’ min hu l-iktar b’saħħtu. Din hi ħaġa li tinteressa lill-Maltin kollha, hu x’inhu t-twemmin reliġjuż ta’ dak li jkun u hi x’inhi l-inklinazzjoni politika tiegħu. Kulħadd ċittadin Malti f’pajjiż li jrid juri li jemmen fid-distinzjoni bejn Knisja u Stat. Distinzjoni iva imma antagoniżmu le. Ħadd m’għandu jħalli li l-estremisti jew il-fanatiċi, f’kull kamp, jieħdu r-riedni f’idejhom.

Dawk li qegħdin ibatu minħabba żwieġ fallut huma individwi u mhux sempliċi biċċa minn statistika.

Ħadd m’għandu dritt li lil dawn itihom għaddsa ’l isfel jew li joffrilhom rimedju paljattiv jekk huma jippreferu rimedju effettiv.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għarfien aħjar
·  Intollerabbli
·  Il-cake
·  Fehmti
·  Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
·  Ġustizzja riparatriċi
·  Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
·  Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.