www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

Logħob bil-bżallu!
minn leo brincat

DAN il-gvern jew ma tiġihx waħda sew jew inkella, agħar minn hekk, mhuwiex kapaċi jagħmel xi ħaġa li tista’ tid-her pożittiva mingħajr ma jfattarha.

Kull privatizzazzjoni li sa-ret tul is-snin dejjem ħalliet warajha riħa qawwija ta’ dubji u suspetti.

Dan l-aħħar kellna ħafna skemi marbutin mal-enerġija alternattiva.

Min jista’ ma jaqbilx fil-prin-ċipju?

Iżda jekk kellna s-sistema tal-fotovoltajiċi, speċjalment f’Għawdex, malajr rajna kif minħabba allegat tbażwir il-każ kellu jispiċċa f’idejn il-Pulizija. Jekk min hemm involut idejh nodfa għaliex qegħdin jaslulna tant sinjali biex jiltaqgħu magħna?

La l-każ qiegħed f’idejn il-Pulizija sta għalihom li jfit-

txu jikkonkludu l-investigaz-zjonijiet tagħhom mingħajr ma jħarsu lejn uċuħ.

Dwar il-cable interconnector għal Sqallija jidher li ġara l-istess kif ġara fil-każ tas-smart meters. Għat-tender spiċċat tefgħet applikazzjoni kumpanija waħda. F’dan l-istadju miniex nallega korruzzjoni għalkemm il-kumpanija nvoluta tidher li għandi track record b’ċerti rwejjaħ bħalll-każ tal-BWSC. Kif ukoll li kienet allegatament involuta f’xi sub contracts fil-proġett ta’ Delimara nnifsu bħala estensjoni. Anki li kieku ma qamitx din il-kwistjoni, meta l-gvern ikun kostrett li jinnegozja ma’ ditta jew konsorzju wieħed, tajbin kemm jistgħu jkunu l-inten-zjonijiet tiegħu, is-sens komun jagħmilha ċara li anqas ikollu fejn jimmanuvra fin-negozjati nfushom.

Fuq il-kwistjoni tas-solar water heaters ma nafx kif kien hemm bloggers f’ġurnal lokali bl-Ingliż jfaħħru lill-gvern dwar kemm qegħdin jinbiegħu solar water heaters bħalissa. Is-sena li għaddiet għalkemm ma kinux użati l-fondi kollha allokati għalihom, almenu l-bejgħ kien żdied mhux ħażin. Din is-sena minħabba l-miżura li hemm fil-baġit, tneħħi għal Għawdex – fejn l-Għawdxin milli qaluli xorta waħda ma tantx kienu interessati fihom iżda li għalihom seta’ japplika kulħadd – f’pajjiżna wieħed seta’ japplika biss a bażi ta’ means testing skont id-dħul tal-familja bir-riżultat li l-aktar nies u familji li kienu interessati japplikaw ma set-għux jagħmlu dan.

Il-Ministru qalli fil-Parla-ment li dawn kienu regoli imposti mill-UE. Jekk hu hekk il-Ministru jmissu spjega dan mill-bidu nett. U t tieni, nistaqsi jien, jekk hemm dawn ir-regoli tal-UE għaliex ma kinux applikati sena ilu qabel l-aħħar baġit ġie fis-seħħ.

Dan minkejja li l-Ministru Pullicino għajjarni li qgħadt nin-ħela u nfettaq dwar id-dati tar-rapport, jew aħjar pjan ta’ azzjoni, li għadu kif għadda lill-UE.

Jibqa’ misteru għalija kif dan il-gvern li jorganizza konferenza stampa anki meta lanqas ikollu għalxiex, did-darba mhux biss m’għamel ebda konferenza stampa dwar dan il-pjan ta’ azzjoni iżda lanqas indenja ruħu joħroġ stqarrija permezz tad-DOI.

Billi kont Londra fuq xogħol tal-parlament, li kieku ma ċempillix ġurnalista indi-

pendenti biex jiġbidli l-atten-zjoni li r-rapport kien jinsab fuq is-sit tal-UE, kieku ħadd ma kien ikun jaf b’dan ir-rapport. Lanqas jien. Mort minnufih fuq l-internet. u sibt li apparti l-ġurnal in kwistjoni l-ebda ġurnalista lokali ma kien jaf b’dan kollu.

Meta nżidu ma’ dan il-fatt li l-Ministru fil-Parlament qalli li kien għad baqa’ ftit jiem u ġimgħat sakemm ikun ippubblikat ir-rapport tal-pjan ta’ azzjoni biex wara ftit sirna nafu li ntbagħat Brussell b’data li tiġi qabel dik tad-dibattitu parlamentari li kellna, wieħed ma jistax ma jistaqsix għaliex dal-ħabi kollu.

Jidher ċar minn dan kollu li n-nuqqas ta’ trasparenza saret parti mill-istil ta’ ħajja ta’ din l-amministrazzjoni.





brincat.leo@gmail.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għarfien aħjar
·  Intollerabbli
·  Il-cake
·  Fehmti
·  Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
·  Ġustizzja riparatriċi
·  Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
·  Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.