www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

L-Air Malta
minn joseph muscat

L-AIR MALTA hija kumpanija ta’ impor-tanza strateġika għal pajjiżna u hija l-unika kumpanija tal-ajru li nistgħu nserrħu fuqha bħala pajjiż. Bħala Partit Laburista u bħala poplu Malti u Għawdxi, l-Air Malta kienet u għandha tibqa’ marbuta ma’ qalbna. Dan kien proġett imwelled minn gvern laburista fi żmien meta ħafna ma kinux jemmnu li pajjiżna seta ’jkollu linja tal-ajru nazzjonali tiegħu. Ġara, iżda, bil-kontra ta’ dak li kienu qegħdin ibassru dawk li ppruvaw jaqtgħu qalb il-Maltin u l-Għawdxin u sena ilu fakkarna l-35 sena anni-versarju mit-twaqqif tal-Air Malta.

Il-Partit Laburista jifraħ lill-ħaddiema li matul dawn is-snin, emmnu fid-deċiżjoni għaqlija u kuraġġuża ta’ gvern laburista fl-1974. Il-ħaddiema tal-Air Malta matul dawn is-snin sostnew b’xogħolhom din id-deċiżjoni ta’ gvern laburista, biex kien assigurat it-tkabbir tal-industrija turistika f’pajjiżna.

L-Air Malta dejjem ikkontribwiet lejn l-ekonomija tagħna. L-Air Malta hija ass strateġiku nazzjonali u għalhekk irridu nħarsu lejha bħala ass importanti għall-ekonomija u għal pajjiżna. Irridu nkunu ċerti li meta niġu fi żmien ta’ bżonn insibu lill-Air Malta. Għalhekk l-Air Malta m’għandhiex tinbiegħ u għandha tibqa’ sservi bħala pilastru fl-ekonomija tal-pajjiż. Għalhekk mhux aċċettabbli li jittieħdu azzjonijiet li b’xi mod jistgħu jimminaw lill-Air Malta jew li jistgħu jwasslu biex tkun mibjugħa. Għamiltha ċara bħal-lum ġimgħa u nerġa’ nirrepeti l-istess kliem illum – gvern laburista mhu se jħossu marbut mal-ebda ftehim li jista’ jagħmel dan il-gvern li permezz tiegħu jikkommetti xi gvern futur b’xi sitwazzjoni li twassal għall-bejgħ tal-Air Malta. Għandna nassiguraw li fil-politika ekonomika tagħna, l-Air Malta tinkwadra bħala kumpanija essenzjali u bħala kumpanija li mingħajrha pajjiżna ma jistax jikber ekonomikament.

Hekk kif kien il-Partit Laburista li mill-gvern, welled lill-Air Malta, illum l-uniku għan tal-Partit Laburista huwa li jara li l-Air Malta timxi ’l quddiem u tkompli tikber. Fi żmien ta’ tmexxija għaqlija u tajba l-kumpanija nazzjonali tal-ajru kellha viżjoni. Il-problemi fl-Air Malta oriġi-naw minn żbalji strateġiċi li ttieħdu minn gvernijiet naz-zjonalisti, fosthom ix-xiri tal-

RJ 70s u l-Azzurair – deċiżjo-nijiet li xorbu l-miljuni lill-Air Malta.

Dan kollu jgħaqqad mal-importanza li pajjiżna għandu jagħti lit-turiżmu bħala settur li joħloq ix-xogħol u jkattar il-ġid. Sfortunatament il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għażel li wara l-elezzjoni ġenerali, jirrelega lit-turiżmu għal Segretarjat Parlamentari li miegħu tefa’ wkoll il-MEPA. Dan meta għaliex huwa settur li b’mod konservattiv jammonta għal 35% tal-eko-

nomija Maltija, huwa mill-iktar loġiku li s-settur tat-turiżmu għandu bżonn Ministeru b’Ministru li jħabrek biex ibiegħ lil pajjiżna bħala des-tinazzjoni turistika mill-aqwa. Żgur, iżda, li dan ma jistax isir minn gvern maħkum minn telqa u bla viżjoni fit-turiżmu li jibqa’ ma jitgħallimx u li jagħti bidu għal xogħolijiet infrastrutturali f’żoni turistiċi fl-aqwa tas-sajf.

Il-miri li għalihom twaqqfet l-Air Malta, 35 sena ilu minn gvern laburista, għadhom validi sal-lum u għaldaqstant gvern nazzjonalista għandu jħossu responsabbli u fid-dmir lejn il-pajjiż kollu, biex din il-kumpanija kruċjali għal pajjiżna tissaħħaħ, waqt li taħdem kif dejjem għamlet bl-iktar mod professjonali u effiċjenti.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għarfien aħjar
·  Intollerabbli
·  Il-cake
·  Fehmti
·  Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
·  Ġustizzja riparatriċi
·  Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
·  Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.