www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
AħBARIJIET LOKALI

Erba’ xhur wara li kellu jitlesta rapport dwar il-bidla fil-klima:
Il-Ministeru jikkonferma d-dewmien


Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kkonferma li r-rapport li kellu jlesti l-kumitat imwaqqaf apposta f’Awwissu tas-sena li għaddiet biex jindirizza l-bidla fil-klima għadu mhuwiex lest, u dan minkejja li kellu jitlesta sa Marzu li għadda.

Dan id-dewmien tqajjem mill-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Bidla fil-Klima Leo Brincat meta lbieraħ fakkar kif kien il-Ministru George Pullicino stess li f’Awwissu li għadda waqqaf dan il-kumitat.

Iżda minkejja l-importanza nazzjonali ta’ rapport bħal dan, li permezz tiegħu pajjiżna jkun jista’ jkollu strateġija dwar kif għandu jadatta għall-effetti kollha tal-bidla fil-klima f’għadd ta’ oqsma, sal-lum, erba’ xhur wara, dan ir-rapport għadu ma tlestiex.

Waqt li kkonferma dan id-dewmien, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qal li r-rapport jinsab fl-aħħar tat-tlestija tiegħu.

B’reazzjoni għat-tħassib tal-Membru Parlamentari Leo Brincat, il-Ministeru qal li wieħed irid jifhem li dokument ta’ natura teknika bħal ma huwa dan, jista’ jdum ftit aktar milli mistenni biex jitlesta. Il-Ministeru qal fi stqarrija li dan ma sarx b’kapriċċ, iżda għax il-kumitat daħal fis-suġġetti varji b’mod aktar profond.

Huwa mistenni li meta jitlesta, id-dokument jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika qabel ma jitressaq ukoll għad-diskussjoni fil-Parlament.

Madankollu, ma ta ebda data indikattiva meta se jkun ippubblikat ir-rapport. Wisq inqas ma ntqal meta se ssir id-diskussjoni dwaru fil-Parlament.

Il-Ministeru fl-istqarrija tiegħu, fl-ebda ħin ma rreaġixxa għas-suġġeriment ta’ Leo Brincat li ġaladarba jkun approvat ir-rapport, għandu jiddaħħal mekkaniżmu ta’ benchmarking biex ikunu jistgħu jitkejlu u jsir monitoraġġ tal-miżuri tal-implimentazzjoni tiegħu.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet Lokali
·  RAZZIŻMU A’LA CARTE
·  Spiża soċjali: Malta fost l-agħar fl-Ewropa
·  It-talba ta’ Gaddaffi:
€1.3 miljun minn Malta għal-Libja... imma jaf ikun jaqblilna
·  Il-kabinett jiltaqa’ fid-dell tal-Kardinal
·  L-immigranti kattoliċi fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa:
Ma jaqdux il-bżonn spiritwali għax mhedda
·  Sewwieq ta’ mutur iweġġa gravi
·  L-għeluq tal-iskola Johan Strauss:
Ħadma biex jinqeda konsulent ta’ Cristina?
·  Għajnuna umanitarja minn Malta għall-Palestina
·  Kmiec mistenni joħroġ mill-isptar din il-ġimgħa
·  Jinstab iż-żagħżugħ li kien nieqes
·  Regolamenti mhux infurzati dwar saħħa u sigurtà fuq siti ta’ kostruzzjoni
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  Ħarsien għall-ħaddiema immigranti fit-turiżmu
·  Pjani għal protesti kbar mill-unions Ewropej fil-Belġju:
L-ewro... ‘saħħa ta’ xejn’... fiduċja mhedda
·  Il-Pulizija tal-morali, mhux fl-Iran biss!
·  Jiżviluppaw art li mhix tagħhom
·  Il-Profs Anthony Zammit ma jinstabx ħati...
·  Ħtieġa ta’ investiment biex l-istudenti jkunu mgħarrfa aħjar


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.