Dik li sas-sena l-oħra kienet l-Awtorità Dwar it-Trasport injorat għadd ta’ inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sigurtà fit-toroq, li llum qegħdin ikunu mbutatti ‘il quddiem mill-UE.
Fl-aħħar jiem il-Kummissjoni Ewropea nediet “Il-Programm għas-Sikurezza tat-Triq 2011-2020”, biċ-ċifri ppublikati fil-jum tat-tnedija jikxfu l-falli-ment tal-politika f’dan il-qa-sam tul l-aħħar snin.
Iċ-ċifri ppubblikati juru li Malta kienet l-iktar pajjiż li fih żdiedu l-aċċidenti fatali. Fl-2009 dawn żdiedu b’31%.
L-uniku pajjiż ieħor li rreġis-tra żieda kien ir-Rumanija b’żieda ta’ 14 %. Il-bqija tal-paj-jiżi kollha rreġistraw tnaqqis, bil-medja tal-Unjoni Ewropea tkun tnaqqis ta’ 36%.
Bil-għan li sas-sena 2020 jonqsu bin-nofs l-aċċidenti tat-traffiku, il-Kummissjoni Ewropea nediet kampanja ibbażata fuq seba’ għanijiet.
Fost il-miżuri biex dawn l-għanijiet jintlaħqu hemm it-tisħiħ tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ dawk li jużaw it-triq.
“L-edukazzjoni, it-taħriġ u l-informazzjoni huma essen-zjali,” saħqet il-Kummissjoni Ewropea.
Iżda dik li kienet l-ADT, illum Transport Malta, kellha ħsibijiet oħra u fl-2009 injorat għal kollox kampanja li kienet tnediet mill-Ministru Jesmond Mugliett fis-sena 2006.
Fil-fatt l-inizjattiva Safety First li tnediet mill-ADT fis-sena 2006 ingħatat il-ġenb taħt it-tmexxija ta’ Austin Gatt u Simon Vella, li llum imexxi wieħed mid-direttorati ta’ Transport Malta.
Fost oħrajn il-kampanja Safety First kienet tinkludi sensiela ta’ kampanji pubbli-ċitarji fosthom dik dwar ic-cycle lanes. Kien tħabbar ukoll li l-persentaġġ li kienet tieħu l-ADT mill-multi tal-ispeed cameras kellhom jintefqu fuq l-inizjattiva Safety First. Iżda jidher li l-ebda fondi minn dawn ma’ kienu dedikati għal dan il-għan.
Filwaqt li l-UE titkellem ukoll fuq l-importanza li għandhom jingħataw iċ-ċik-listi, Transport Malta baqgħet ma ħadet l-ebda inizjattiva f’dan is-sens.
Wara l-mewt taċ-ċiklist Cliff Micallef, is-sena li għaddiet, kienet qamet diskussjoni twila dwar dan. Minkejja dan, kollox kien għall-mument u hekk kif gerbu xhur l-awtoritajiet insew id-dmugħ li xerrdu fil-jiem ta’ wara l-inċident fatali fit-triq ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
Saħansitra l-awtoritajiet għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom diversi proposti, li ħarġu minn rapport li kien
ħejja t-tabib George Debono fis-sena 2008, bl-isem “To-wards a Low Carbon Society.”
Intant it-TORĊA talbet lil Transport Malta tgħid x’inizjattivi edukattivi tin-
sab għaddeja bihom u kemm
investit fondi fuq l-edukaz-zjoni minn dawk li daħlet mill-ispeed cameras. Sakemm morna għall-istampa konna għadna bla tweġibiet.
L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea se tkun ibbażata fuq miżuri ta’ sikurezza mtejba għall-vetturi, bini ta’ infrastruttura tat-toroq iktar sikuri, iktar teknoloġija hekk imsejjħa intelliġenti, l-edukazzjoni, l-infurzar, u attenzjoni speċifika għas-sewwieqa tal-muturi.
Fl-2009, fl-Unjoni Ewropea, iktar minn 35,000 persuna mietu kawża ta’ inċidenti fatali tat-traffiku. Għal kull mewt kawża tat-traffiku fit-toroq Ewropej, huwa stmat li jseħħu erba’ korrimenti li jwassly għal diżabbiltà permanenti bħal danu għall-moħħ jew għax-xewka tad-dahar; għaxar korrimenti serji u 40 korriment ħafif.
Huwa stmat li dawn l-in-ċidenti għandhom impatt ekonomiku għas-soċjetà li jlaħħaq il-€130 biljun fis-sena.
aleander@unionprint.com.mt
|