|
IL-WASTESERV ma tafx meta se tissolva l-problema tal-irwejjaħ li ħerġin mill-inċineratur tal-biċċerija tal-Marsa.
Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar jiem il-Wasterserv qalet li qiegħda tħejji masterplan biex tikkonsolida l-proviżjoni għall- ‘cold storage’ fil-biċċerija.
Iżda, minkejja dan, jirriżulta li m’hemm l-ebda data definittiva ta’ meta se jkun implimentat dan il-pjan.
Mistoqsija mit-TORĊA dwar meta se jsir dak li hemm bżonn biex ir-residenti tal-Marsa ma jibqgħux jgħaddu minn irwej-jaħ insopportabbli, kelliema għall-Wasteserv qalet biss li għaddejjin id-diskussjonijiet.
Saħansitra dak li l-Wasteserv qiegħda isejjaħ bħala pjan għadu lanqas biss beda jkun diskuss mal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
“Il-Wasterserv talbet biex il-Master Plan imsemmi jkun diskuss mal-MEPA. Dan ifisser li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin,” qalet kelliema għall-Wasteserv.
L-inċineratur tal-Marsa ilu wieqaf għal madwar 17-il jum. Dan qiegħed iwassal biex mill-biċċerija joħorġu rwejjaħ kbar li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir għar-resi-denti tal-Marsa.
Minħabba li m’hemmx spa-zju fil-freezers, fdalijiet mill-biċċerija qegħdin jinħażnu fuq barra, u dan mhux biss ħoloq irwejjaħ insopportabbli imma huwa wkoll ta’ riskju għas-saħħa pubblika.
Filwaqt li skużat ruħha il-Wasteserv qalet li dan qed isir għax fuq l-inċineratur għaddejja xi manutenzjoni.
Is-Sindku tal-Marsa Frans Debono stqarr mat-TORĊA li din is-sitwazzjoni hija bil-
maqlub ta’ li kien imwiegħed.
“Meta dan l-inċineratur kien approvat mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma ntqalx li se jkun hemm dawn il-problemi. Kien impinġi bħala xi ħaġa sabiħa, ‘state of the art’,” qal is-Sindku.
Fil-fatt, meta f’Diċembru tas-sena 2007 dan l-inċineratur kien inawgurat, il-Ministru George Pullicino kien stqarr li l-ftuħ tal-inċineratur tal-Marsa, mhux biss kellu jġib qabża fil-kredenzjali ta’ pajjiżna imma kellu jwassal biex Malta tkun
konformi ma’ direttivi tal-UE.
Hu qal ukoll li dak li sar hu-wa xhieda tal-għaqal tal-gvern.
|