www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
AħBARIJIET LOKALI

Injorata proposta biex jitjieb id-disinn fil-bini
minn aleander balzan

Proposta tal-Kamra tal-Periti biex jitwaqqfu dawk li jissejħu Design Review Panels, biex jevalwaw id-disinji proposti għal ċerti proġetti u binjiet, ma ntlaqgħux mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

Informazzjoni li għandha t-TORĊA tgħid li dawn id-Design Review Panels ma kinux inklużi bħala parti mir-riforma tal-MEPA għax kienet biss il-Kamra tal-Periti (KTP) li għamlet din il-proposta.

Dan il-fatt kien interpretat mill-ogħla uffiċjali fil-MEPA, li m’hemmx ħtieġa għalihom.

Fis-snin sebgħin kien jeżisti Bord tal-Estetika, iżda l-Perit Vince Cassar, li jmexxi l-KTP jispjega li dak li qed ikun propost illum huwa xi ħaġa totalment differenti.

“Il-Kamra tal-Periti mhix favur li jerġa’ jitwaqqaf il-Bord tal-Estetika għas-sempliċi raġuni li l-arkitettura ma tistax taġġudikaha fuq l-estetika biss. Meta nitkellmu fuq l-estetika inkunu qegħdin nifmu kif tidher il-faċċata jew faċċati ta’ bini partikolari - jekk it-twieqi humiex kwadri jew rettangolari, jekk il-gallarija għandiex ikollha balavostri jew ħadid. Dan huwa dak li kien jara l-Bord tal-Estetika,” jgħid Cassar filwaqt li jispjega dak li qed ikun propost.

“Aħna qegħdin immorru pass ieħor ’il quddiem għax jidhrilna li biex ikollna arki-tettura ta’ kwalità irid ikollna viżjoni aktar ħolistika, li tħares u tara kif bini jintegra jew le fl-ambjent ta’ madwaru. Kif l-istess bini se jeffettwa tajjeb jew ħażin l-ambjent ta’ madwaru. Kif se jaffettwa s-sistema ta’ trasport tal-in-ħawi; kif se jibdel il-ħajja tar-residenti ta’ madwar.

“Aħna għamilna proposta li għandu jkun hemm Design Review Panels magħmula minn membri mill-Kamra tal-Periti, minn membri minn NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam u minn membri fil-qasam tan-negozju,” jargumenta Cassar.

Huwa jgħid li dawn il-Pa-

nels għandhom ikunu indipen-denti u barra mill-istruttura tal-MEPA.

“Proġetti ta’ ċerta entità u ta’ natura pubblika jew privata, inklużi proġetti tal-gvern, għandhom ikunu sottomessi għand dawn il-Panels qabel ma jitressqu quddiem il-MEPA biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni u diskussjoni pubblika dwarhom.

“Wara din id-diskussjoni pubblika il-membri tal-Panels jkunu jistgħu jagħmlu rapport fuq il-proġett, liema rapport għandu jkollu suġġerimenti u kritika biex l-iżviluppatur jkun jista’ jtejjeb id-disinn tiegħu. Tali diskussjoni għandha wkoll tidħol fid-disinn u l-ambjent tal-bini minn ġewwa u mhux biss minn barra. Aħna nħossu li hekk biss jista’ jkollna titjib fil-kwalità tal-arkitettura u tal-ambjent li ngħixu fih,” żied jgħid Cassar.

Dwar dan kiteb ukoll il-Perit Conrad Thake, li jgħallem fil-fakultà tal-arkitettura fl-Università ta’ Malta.

“Il-bżonn urġenti li jkun hemm design review board kompost minn persuni kwali-fikati u speċjalisti waqa’ fuq widnejn torox. Bħalma ġara fil-passat jistà jkollok proġetti li jissodisfaw dak kollu mitlub mill-proċess tal-ippjanar imbagħad ifallu fejn jidħol disinn u ma jikkontribwixxu xejn lejn il-kwalità tal-ħajja tal-komunità,” kiteb Thake, fil-magazine ‘The Architect’.

aleander@unionprint.com.mt




Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet Lokali
·  RAZZIŻMU A’LA CARTE
·  Spiża soċjali: Malta fost l-agħar fl-Ewropa
·  It-talba ta’ Gaddaffi:
€1.3 miljun minn Malta għal-Libja... imma jaf ikun jaqblilna
·  Il-kabinett jiltaqa’ fid-dell tal-Kardinal
·  L-immigranti kattoliċi fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa:
Ma jaqdux il-bżonn spiritwali għax mhedda
·  Sewwieq ta’ mutur iweġġa gravi
·  L-għeluq tal-iskola Johan Strauss:
Ħadma biex jinqeda konsulent ta’ Cristina?
·  Għajnuna umanitarja minn Malta għall-Palestina
·  Kmiec mistenni joħroġ mill-isptar din il-ġimgħa
·  Jinstab iż-żagħżugħ li kien nieqes
·  Regolamenti mhux infurzati dwar saħħa u sigurtà fuq siti ta’ kostruzzjoni
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  Ħarsien għall-ħaddiema immigranti fit-turiżmu
·  Pjani għal protesti kbar mill-unions Ewropej fil-Belġju:
L-ewro... ‘saħħa ta’ xejn’... fiduċja mhedda
·  Il-Pulizija tal-morali, mhux fl-Iran biss!
·  Jiżviluppaw art li mhix tagħhom
·  Il-Profs Anthony Zammit ma jinstabx ħati...
·  Ħtieġa ta’ investiment biex l-istudenti jkunu mgħarrfa aħjar


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.