www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
AħBARIJIET LOKALI

Ikomplu jgelglu glalen tad-drenaġġ:
L-Għadira mintna sħiħa


Minkejja li għaddiet ġimgħa minn meta żvelajna li mijiet ta’ glalen tad-drenaġġ, mill-impjant tad-drenaġġ f’Taċ-Ċumnija, limiti tal-Mellieħa, kienu qegħdin jispiċċaw fil-baħar, il-problema baqgħet ma ssolvietx.

Dan wassal biex dawk li fi tmiem il-ġimgħa marru jgħumu fil-bajja tal-Għadira reġgħu kellhom jissaportu rwejjaħ xejn sbieħ, filwaqt li kienu ħafna li esprimew il-biża’ li kien hemm xi ħaġa fil-baħar tal-Għadira.

Il-baħar, li qiegħed ftit mijiet ta’ metri l-bogħod, ma’ waħda mill-isbaħ kosti f’pajjiżna, huwa mifqugħ bid-drenaġġ.

U din mhix l-ewwel darba!

L-impjant li sewa €9 miljuni falla mill-għan tiegħu, li jsaffi l-ilma qabel jispiċċa fil-baħar, diversi drabi.

Ikkuntatjat minn din il-gazzetta, is-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar qal li għandu l-kelma li din il-problema se tissolva fil-jiem li ġejjin.

“Li ġara, almenu kif qalu lili mill-Water Services, kien hemm ħsara simili fuq l-istess biċċa apparat u ovvjament riedu jġibu l-ispare parts peress li għal kull biċċa apparat li kien hemm kellhom spare parts waħda. Marru tnejn u nqabdu fuq sieq waħda,” qal Cutajar.

Dwar it-tħassib tan-nies Cutajar sostna li l-ilma tal-Għadira huwa ta’ kwalità tajba. Spjega li dan qed ikun ittestjat minħabba l-applikazzjoni tal-’blue flag’.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet Lokali
·  RAZZIŻMU A’LA CARTE
·  Spiża soċjali: Malta fost l-agħar fl-Ewropa
·  It-talba ta’ Gaddaffi:
€1.3 miljun minn Malta għal-Libja... imma jaf ikun jaqblilna
·  Il-kabinett jiltaqa’ fid-dell tal-Kardinal
·  L-immigranti kattoliċi fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa:
Ma jaqdux il-bżonn spiritwali għax mhedda
·  Sewwieq ta’ mutur iweġġa gravi
·  L-għeluq tal-iskola Johan Strauss:
Ħadma biex jinqeda konsulent ta’ Cristina?
·  Għajnuna umanitarja minn Malta għall-Palestina
·  Kmiec mistenni joħroġ mill-isptar din il-ġimgħa
·  Jinstab iż-żagħżugħ li kien nieqes
·  Regolamenti mhux infurzati dwar saħħa u sigurtà fuq siti ta’ kostruzzjoni
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  Ħarsien għall-ħaddiema immigranti fit-turiżmu
·  Pjani għal protesti kbar mill-unions Ewropej fil-Belġju:
L-ewro... ‘saħħa ta’ xejn’... fiduċja mhedda
·  Il-Pulizija tal-morali, mhux fl-Iran biss!
·  Jiżviluppaw art li mhix tagħhom
·  Il-Profs Anthony Zammit ma jinstabx ħati...
·  Ħtieġa ta’ investiment biex l-istudenti jkunu mgħarrfa aħjar


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.