www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
AħBARIJIET LOKALI

“Vince Farrugia jaġixxi bħal kamaleonte” - John Bencini
minn aleander balzan

Vince Farrugia qed jaġixxi bħal kamaleonte għax filli kien jgħid li fl-MCESD il-GRTU ma tirrappreżentax lil min iħaddem, u issa, għax kien appuntat fl-EESC, qed jgħid li l-GRTU tirrappreżenta lil min iħaddem.

Sostna dan mat-TORĊA, John Bencini, il-President tal-FORUM Unions Maltin.

“Aħna dejjem għedna li fl-MCESD hemm żbilanċ għax hemm ħames għaqdiet ta’ min iħaddem, hemm erbgħa tal-gvern u erbgħa tal-Unions. Meta għedna din, il-GRTU ħatfuna u kitbu fil-gazzetti.

“Saħansitra Vince Farrugia qal li fl-MCESD huma jirrappreżentaw lis-‘self-employed’, infatti meta twaqqaf l-MCESD il-gvern kien poġġihom la l’hemm u lanqas l’hawn. B’hekk lilna qalulna li mhux veru li l-‘employers’ għandhom ħamsa imma erbgħa, għax il-GRTU mhumiex mal-‘employers’. Issa, allajbierek, ġara miraklu u għax Vince Farrugia kien innominat fuq il-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali (EESC) sar ma’ min iħaddem,” qal Bencini.

Iżda issa d-diska inbidlet...

“Mhux hekk biss: issa kiteb fil-gazzetta, u qal li huma union ta’ min iħaddem u li huma bħala GRTU rreġistrati mad-direttur tar-relazzjonijiet industrijali bħala ‘employers’ u qal ukoll li biex int issir membru tal-GRTU ma tistax tkun ħaddiem, imma bilfors trid tkun ‘employer’, għax hekk għandhom fl-istatut,” sostna Bencini.

“Mela dan veru kamaleonte. Biex ma jdaħħalx lilna kien jgħid li mhuwiex employer, issa għax għandu dan il-post sar ‘employer’. Din is-sitwazzjoni tad-daħq jew tal-biki,” saħaq Bencini.



Ammissjoni minn Said



John Bencini jirrimarka kif issa anke s-Segretarju Parlamentari Chris Said qed jammetti li l-GRTU ma tirrappreżentax lill-ħaddiema.

“Dan jikkonferma li dak li konna ngħidu oriġinarjament huwa minnu. Llum anke s-Segretarju Parlamentari Chris Said qed jgħid li dawn jirrappreżentaw lil min iħaddem. Allajbierek ħariġha fl-aħħar, ma kien ħariġha qatt qabel,” qal Bencini.

“Aħna issa ma jidhrilniex li għandna nkomplu niddiskutu mal-Gvern. Il-Gvern lilna qalilna tridu tmorru ġġibu l-konsensus, wara li iktar qabel kien qalilna li ried qbil unanimu. Aħna nafu li mhu veru xejn li n-nies li hemm fl-MCESD huma kontra tagħna. Il-problema huma l-GRTU li kitbu u qaluli ‘no way’ li tidħlu hemm ġew jekk il-GWU ma ttikomx siġġu minn tagħha. Milli jidher il-vuċi tal-GRTU hija l-vuċi sopranaturali f’Malta u milli jidher hija l-GRTU li tiddeċiedi jekk għandniex nidħlu fl-MCESD jew le,” temm jgħid il-President tal-FORUM.

Dwar dan bagħtna mistoqsijiet lil Said u staqsejnieh x’se jagħmel issa li dan l-iżbilanċ fl-MCESD ħareġ b’mod ċar.

Kelliem għal Said qal li peress li liġi tal-MCESD twaqqfet bil-konsensus tal-korpi kostitwiti li huma rappreżentanti tal-unions u tal-għaqdiet ta’ min iħaddem hemm ‘uderstanding’ li t-tibdil ukoll għandu jsir bil-kunsens ta’ dawk kollha fl-MCESD.

Hu qal li li l-Gvern lest li jiddiskuti bidliet fl-MCESD u jinsab dispost li jerġa’ jipproponi t-twaqqif ta’ working group biex fi kliemu tkun tista’ ssir il-konsultazzjoni meħtieġa u bi qbil ikun deċiż x’bidliet jistgħu jsiru fl-MCESD, f’każ li dawn huma meħtieġa.

Intant il-Malta Employers Association qiegħda targumenta li l-pożizzjoni ta’ Vince Farrugia fuq l-EESC hija waħda “irregolari”u bi protesta issospendiet il-parteċipazzjoni tagħha mill-Malta Enterprise.

Joe Farrugia, mill-MEA, ikkritika bl-aħrax l-għażla li għamel il-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi favur Vince Farrugia.

Huwa saħaq li “l-kumitat Ewropew ma jistax jintuża bħala pjattaforma biex isiru favuri personali”

“Ma nistgħux naċċettaw li nkunu insultati b’dan il-mod. Affarijiet tal-imġienen. Ilna għaxar snin kwieti. B’dak li għamel il-Gvern qisu bagħtiln messaġġ biex ma nattendux iktar fl-MCESD,” qal Joe Farrugia.

Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) qegħdin jappoġġjaw lill-MEA.

Min-naħa tiegħu Vince Farrugia akkuża lill-uffiċċjali tal-MEA b’għira.



Inevitabbli



L-imkejjen tagħna f’Kastilja sostnew li l-għażla ta’ Vince Farrugia kienet inevitabbli.

“Ilha tiġri f’Kastilja li kien ħaqqu xi ħaġa. Tinsiex li l-kandidatura ta’ Farrugia għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kienet meqjusa bħala kisba importanti għall-Partit Nazzjonalista, anke jekk hu personali ma kisibx riżultat sodisfaċenti,” sostna sors infurmat tajjeb.

“Tinsiex li għal xi żmien il-qasba bdiet iċċaqċaq li se jkun appuntat fuq il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, imma hemm kien appuntat Louis Galea, li kien hu li mpona ruħu wara li tilef il-Presidenza,” temm jgħid l-istess sors.

Fuq l-EESC kien appuntat ukoll Stefano Mallia li mexxa l-kampanja elettorali tal-PN għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Mallia għandu l-appoġġ tal-għaqdiet ta’ min iħaddem.



aleander@unionprint.com.mt




Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet Lokali
·  RAZZIŻMU A’LA CARTE
·  Spiża soċjali: Malta fost l-agħar fl-Ewropa
·  It-talba ta’ Gaddaffi:
€1.3 miljun minn Malta għal-Libja... imma jaf ikun jaqblilna
·  Il-kabinett jiltaqa’ fid-dell tal-Kardinal
·  L-immigranti kattoliċi fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa:
Ma jaqdux il-bżonn spiritwali għax mhedda
·  Sewwieq ta’ mutur iweġġa gravi
·  L-għeluq tal-iskola Johan Strauss:
Ħadma biex jinqeda konsulent ta’ Cristina?
·  Għajnuna umanitarja minn Malta għall-Palestina
·  Kmiec mistenni joħroġ mill-isptar din il-ġimgħa
·  Jinstab iż-żagħżugħ li kien nieqes
·  Regolamenti mhux infurzati dwar saħħa u sigurtà fuq siti ta’ kostruzzjoni
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  “Ibni kien ilu jilmenta bl-uġigħ”– missier Benny Muscat jitkellem mat-TORĊA dwar il-mewt ta’ ibnu
·  Ħarsien għall-ħaddiema immigranti fit-turiżmu
·  Pjani għal protesti kbar mill-unions Ewropej fil-Belġju:
L-ewro... ‘saħħa ta’ xejn’... fiduċja mhedda
·  Il-Pulizija tal-morali, mhux fl-Iran biss!
·  Jiżviluppaw art li mhix tagħhom
·  Il-Profs Anthony Zammit ma jinstabx ħati...
·  Ħtieġa ta’ investiment biex l-istudenti jkunu mgħarrfa aħjar


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.