www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
SPORTS

Ghawm:
Rekords nazzjonali minn Mark Sammut u tliet rekords fl-Age Group f’Lyon


L-għawwiem Mark Sammut kiser żewġ rekords nazzjonali fuq distanzi qosra meta kien qiegħed jieħu sehem fid-Devon County Short-Course Championships fl-Ingilterra. Sammut, żagħżugħ promettenti ta’ 16-il sena, bħalissa qiegħed jitħarreġ mat-tim magħruf ta’ Kelly College, Tavistock, Devon UK taħt il-ħarsien ta’ Robin Brew li kien ċampjin Olimpiku Ingliż.

L-għawwiem Malti tejjeb il-ħin fil-50m backstroke u l-100m butterfly b’0.37 u 0.82 rispettivament meta waqqaf il-ħin fuq 28.86 u 59.48 fiż-żewġt itlielaq u b’hekk ħassar ir-rekord li għamel Neil Agius f’Ottubru li għadda. Sammut ġie t-tieni fil-100m fly u rebaħ fidda ukoll fil-100m individual medley b’ħin ta’1:05.06 u bronż fil-100m free b’ħin ta’ 55.18.

Sammut diġà kellu suċċessi oħrajn fir-Renju Unit f’Diċembru li għadda meta ħa sehem fil-Bernie Nicol Open Meet f’Bath u rebaħ żewġ midalji tal-fidda fil-50m fly u 200m free u bronż fil-50m back u 200m back, kollha tlielaq fuq distanzi twal.

Sadanittant l-iskwadra nazzjonali tal-għawm tal-ASA qegħda tieħu sehem fit-13-il edizzjoni tal-laqgħa internazzjonali tal-għawm f’Lyon fi Franza fejn qegħdin jieħdu sehem għawwiema wkoll mill-Italja, Franza, l-Ingilterra, l-Isvizzera, ir-Rumanija, il-Lussemburgu, l-Islanda, New Zealand u t-Tuneżija.

L-iskwadra nazzjonali hija komposta mill-għawwiema maskili Andrea Agius, Neil Agius, Jonathan Boffa, Daniel Galea u Robert Micallef u l-għawwiema femminili Rhea Cutajar, Davina Mangion, Melinda Sue Micallef, Nikki Muscat u Talisa Pace. Mark Sammut se jiltaqa’ ma’dawn l-għawwiema f’Lyon. Huma se jkunu taħt il-ħarsien tal-kowċ Andy Colbourn.

L-ewwel ġurnata f’Lyon kienet pożittiva għax inkisru tliet rekords f’Age Group D minn Nikki Muscat li għamlet il-50m butterfly f’ħin ta’ 29.93, Mark Sammut fil-50m backstroke b’ħin ta’ 29.82 u Daniel Galea fil-50m breaststroke f’ħin ta’ 31.74.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo
·  Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja
·  22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi
·  Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw
·  Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni
·  Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech
·  Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U.


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.