www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
SPORTS

Rebħiet faċli għal Sliema u Exiles, Neptunes miżmuma


San Giljan SC...7

Sliema McDonalds...16

(2-4, 3-4, 2-5, 0-3)

Fl-ewwel logħba tal-Kampjonat tax-Xitwa, kienet mistennija logħba akkanita bejn Sliema u San Ġiljan b’diversi plejers ġodda fuq kull naħa. Sliema kellhom l-eks plejer ta’ Sirens Paul Privitera filwaqt li San Giljan kellhom lill eks Sliema Edward Aquilina ‘Ċoċċi’ u l-eks Neptunes Karl Galea.

Sliema bdew tajjeb u marru mill-ewwel 4-0 minn fuq fl-ewwel sessjoni b’gowls ta’ Brownrigg (2), Rizzo u Privitera wara li San Giljan naqqsu d-distakk għal 4-2. It-tieni sessjoni kienet kumbattuta wkoll bi Sliema jamministraw il-vantaġġ tagħhom fejn gawdew vantaġġ ta’ 6-3 permezz ta’ Soler u Meli qabel Fava u Gialanze naqqsu id-distakk għal San Giljan. Fl-aħħarnett Privitera għamilhom 8-5 għal Sliema.

It-tielet sessjoni bdiet kwieta għall-ewwel iżda Sliema iddominaw fl-aħħar fejn din rebħuha 5-2 permezz ta’ diversi gowls minn Paolella, Rizzo u Soler. Fl-aħħar sessjoni Sliema komplew iżidu d-distakk bi tliet gowls oħra ta’ Brownrigg u Debono għal skor finali ta’ 16-7.

San Giljan: Camilleri D, Spiteri Debarro C (1), Pace M, Galea K (2), Gialanze C (1), Zammit M (2), Scerri R, Bianchi A, Aquilina E, Borda A, Fava P (1), Dowling K, Schembri K

Sliema ASC: Bianchi A, Spiteri Staines M, Spiteri Staines J, Privitera P (2), Meli M (2), Soler J (3), Paolella D (1), Brownrigg J (4), Debono C (1), Lubrano N, Rizzo M (3), Cordina M, Coleiro R

Referis: Spiteri R, Ancilleri



Neptunes Emirates...9

Sirens Ritter Sports...9

(2-0, 2-3, 1-3, 4-3)

B’tim pjuttost mibdul mill-istaġun l-ieħor, Neptunes niżlu kontra Sirens b’fiduċja li jerġgħu jistgħu ikunu kontendenti għall-Kampjonat tax-Xitwa din is-sena.

L-ewwel sessjoni rathom jirbħu 2-0 iżda fit-tieni sessjoni kienu Sirens li rnexxielhom jagħmluhom 3-2 favur tagħhom b’gowls minn Zammit u Mercieca għalkemm Neptunes baqgħu iżommu gowl vantaġġ.

It-tielet sessjoni bdiet b’gowl ta’ Neptunes iżda rimonta tajba ta’ Sirens permezz ta’ Mercieca u Borg rathom imorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba.

L-aħħar sessjoni kienet waħda ferm movimentata b’Neptunes jirnexxielhom iġibu d-dro fl-aħħar sekondi permezz ta’ Camilleri wara li Sirens ħasbu li rebħu b’gowl ta’ Mercieca li kien għamilhom temporanjament 9-8.

Neptunes Emirates: Gouder N, Lanzon N, Agius T, Stellini M (1), Cachia E (1), Lanzon B, Camilleri J (3), Debattista K, Buhagiar B (1), Gravina S (3), Mizzi Z, Micallef K, Pisani M

Sirens ASC: Sammut J, Attard A (1), Micallef P, Borg P, Sammut A, Mock R, Borg J (1), Cutajar D (1), Zammit O, Zammit C (3), Mercieca C (3), Zammit D, Cremona J

Referis: Dalli Mario, Licari Stefan



Exiles Jet Services...13

Marsascala...3

(4-1, 4-1, 3-1, 2-0)

F’logħba li kienet prattikament mingħajr storja mill-bidu, Exiles ma sabu l-ebda diffikultà jegħlbu lill Marsaskala, bl-ewwel żewġ sessjonijiet ikunu determinanti u fejn l-iskor kien identiku 4-1 favur Exiles.

Il-gowls f’dawn is-sessjonijiet waslu mill-aħwa Rizzo Naudi u l-veterani John u Michael Paris filwaqt li għal Marsaskala irrispondew Borg Spiteri u Manara.

It-tielet sessjoni kompliet bid-dominju ta’ Exiles li rebħuha 3-1 permezz ta’ Lanzon u Paris, biż-żagħżugħ Gabriel Borg inaqqas id-distakk għal Marsaskala. Exiles komplew iżidu l-iskor fl-aħħar sessjoni biex akkwistaw rebħa faċli li qatt ma kienet f’dubju.

Exiles Jet Services: Cachia A, Rizzo Naudi J (3), Rizzo Naudi K (2), Fenech J, Sullivan T (1), Calleja M, Paris J (2), Paris M (1), Zarb Cousin A, Cini S, Arrigo A, Borg D (1), Lanzon K (3)

Marsaskala SC: Bugeja I, Cutajar JC, Bonnici J, Pace G (1), Borg Spiteri M (1), Grixti L, Attard R, Cremona J, Micallef S, Bonello E, Cassar D, Abela D, Manara M (1)

Referis: Giordano P, Sciriha I

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo
·  Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja
·  22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi
·  Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw
·  Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni
·  Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech
·  Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U.


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.