www.it-torca.com  
Il-Ħadd 5 ta' Settembru 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo.....

Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja.....

22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi.....

Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw.....

Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni.....

Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech.....

Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U......

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
SPORTS

Penalty deċiżiv għal Tarxien R.
minn Mario Saliba

Tarxien Rainbows għamlu pass kważi deċiżiv lejn post fiċ-Championship Pool b’rebħa meritata fuq il-ġirien Hibernians, li swiet ukoll biex tpatti għat-telfa li kienu sofrew kontrihom fl-ewwel rawnd.

Penalty pprokurat u skorjat minn Denni Rocha Dos Santos eżatt qabel il-mistrieħ sewa biex it-tim immexxi minn Noel Coleiro jikseb dawn it-tliet punti ferm prezzjużi.

Infatti wara li lbieraħ fit-tieni logħba, Ħamrun tilfu kontra Valletta, jekk illum Floriana jonqsu li jirbħu kontra Sliema Wanderers, allura Tarxien ikunu rashom mistrieħa li se jevitaw ir-Relegation Pool.

Hibernians komplew bis-serje ta’ wirjiet diżappuntanti li kellhom dan l-aħħar tant li din kienet il-ħames logħba konsekuttiva li fiha ma rebħux, u b’aktar riżultati bħal dawn, aktar se titbiegħed it-tama għalihom li jżommu t-titlu li kisbu l-istaġun li għadda.

Hibernians kellhom lil Mario Muscat lura bejn il-lasti imma kellhom nieqes lil Christian Callejas, li kien indispost biex floku beda Chris Camilleri. Min-naħa tagħhom Tarxien bdew bl-istess formazzjoni tal-ġimgħa l-oħra kontra Valletta.

Ċertament li n-nuqqas ta’ Callejas inħass ħafna mit-tim ta’ Mark Miller, imma forsi l-aktar aspett negattiv ġej min-naħa taż-żewġ barranin, Miguel Lopes De Pina u Elton Morelato, li reġa’ kellhom wirja ferm kwieta u ftit li xejn impressjonaw bil-wirja tagħhom.

Infatti ma kinitx sorpriża li Morelato ġie mibdul minn Ben Camilleri fl-aħħar 20 minuta.

L-ewwel taqsima bdiet fuq nota kwieta sakemm bil-mod il-mod Tarxien bdew jidhru aktar effettivi fl-attakki tagħhom, tant li wara li Muscat salva xutt ta’ Grioli, fil-35 minuta kienet il-mimduda li waqqfet xutt b’saħħtu ta’ Denni Rocha Dos Santos li gie mxellef xi ftit minn Muscat.

Ribeiro ttanta xortih bir-ras minn kross ta’ Grioli imma Muscat salva mingħajr diffikultà, waqt li ftit wara l-istess Muscat ħareġ tajjeb jantiċipa lil Ribeiro minn pass fit-tul ta’ Pereira.

Eżatt qabel il-mistrieħ Tarxien marru fil-vantaġġ meta DENNI ROCHA DOS SANTOS twaqqa’ fil-kaxxa minn Chris Camilleri u l-istess plejer ma falliex mill-11-il metru.

Għat-tieni taqsima Hibernians wettqu żewġ sostituzzjonijiet bit-tewmin Yan u Elkien Cauchi jieħdu post Herrera u Chris Camilleri, filwaqt li Tarxien ħadu daqqa ta’ ħarta meta weġġgħalhom Denni ftit minuti wara l-mistrieħ u floku daħal Calabretta.

Kif kien mistenni Hibernians kellhom aktar mil-logħob imma ż-żewġ attakkanti barranin Lopes De Pina u Morelato reġgħu naqsu li jimpressjonaw u ma ħolqu ebda periklu partikolari għal-lasta difiża mill-gowlkiper Curmi.

L-ewwel azzjoni ta’ Hibs ġiet minn frikik ta’ Triston Caruana li Curmi kklerja kif seta’, biex in-naħa l-oħra Muscat salva f’żewġ tentattivi frikik ta’ l-eks David Camilleri.

Curmi ħareġ ħażin għal kross ta’ Yan Cauchi imma d-difiża tar-Rainbows għarfet tbiegħed il-periklu, filwaqt li minn kross ieħor ta’ l-istess Cauchi, Cohen ipprova bir-ras imma l-ballun għadda ftit barra.

L-aħħar azzjoni denja waslet lejn it-tmiem meta minn korner ta’ Triston Caruana, De Pina pprova bir-ras imma Curmi salva.

Inutli kienu l-aħħar sforzi ta’ Hibernians biex isalvaw ir-riżultat fejn saħansitra tela’ l-gowlkiper Muscat jattakka ma’ sħabu għax baqgħu ma rnexxielhomx jiksbu l-gowl tad-dro.





Hibernians 0

Tarxien R. 1

HIBERNIANS: Mario Muscat, Jonathan Caruana, Edward Herrera (Yan Cauchi 46), Adrian Pulis, Jonathan Pearson, Triston Caruana, Elton Morelato (Ben Camilleri 72), Etienne Barbara, Andrew Cohen, Miguel Lopes De Pina, Chris Camilleri (Elkien Cauchi 46)

TARXIEN R.: Anthony Curmi, Steven Sadowski, Manuel Caruana (Kurt Magro 69), David Camilleri, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Luke Vella Critien 80), Andrew Decesare, Denni Rocha Dos Santos (Gianluca Calabretta 51), Ryan Mintoff, Justin Grioli

REFERI: Marco Borg 7

ASS. REFERIS: Ingmar Spiteri, William Debattista

RABA’ UFFIĊJAL: Paul Caruana

SKORJA: D. Rocha Dos Santos 45 pen. (T)

L-AĦJAR PLEJERS

1. David Camilleri (Tarxien)

2. Triston Caruana (Hibs)

3. Denni Dos Santos (Tarxien)

PLEJER TAL-LOGĦBA

David Camilleri (Tarxien R.)

NOTI: M. Lopes De Pina, A. Cohen, E. Barbara, J. Caruana (H), A. Decesare, K. Magro (T) ammoniti






Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Neptunes ċampjins tas-Sajf tal-waterpolo
·  Kajjik ġdid mill-Kalkara għar-Regatta tal-Vitorja
·  22 atleta Malti għal-Logħob tal-Commonwealth fi New Delhi
·  Tennis – US Open:
Il-favoriti jikkwalifikaw
·  Muturi – Grand Prix ta’ San Marino:
Pedrosa l-iktar veloċi fil-kwalifikazzjoni
·  Għal-logħba kontra l-Latvja:
Ivan Woods jieħu post Paul Fenech
·  Swieqi United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda u l-immaġini l-ġdida tal-klabb:
L-għan tagħna li nirbħu iktar punti mill-istaġun li għadda – Roberto Debrincat, kowċ ta’ Swieqi U.


IT-TEMP - 5/9/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 28º

Riħ:  Hafif mil-Lvant li jsir vrjabbli
Baħar:  Hafif
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.