www.it-torca.com  
Il-Ħadd 7 ta' Frar 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Marsaxlokk FC jiċċelebraw is-60 sena mit-twaqqif tagħhom
Nibqa’ nirsisti biex dak li huwa ġust għall-klabb iseħħ – Robert Micallef, President, Marsaxlokk FC.....

Valletta jikkundannaw lil Ħamrun S. .....

Penalty deċiżiv għal Tarxien R......

 

 

AħBARIJIET LOKALI

It-TORĊA llum tagħlaq 50 sena...:
Il-gazzetta twaqqfet b’missjoni
– Victor, Carachi, President tal-GWU
minn john pisani

Waqt serata letterarja li saret nhar il-Ġimgħa fil-Workers’ Memorial Building fil-Belt, ġie mfakkar il-50 Anniversarju mill-ewwel ħarġa tal-gazzetta it-TORĊA. Il-President tal-GWU, Victor Carachi qal li t-TORĊA għandha storja li fil-milja tagħha titwaħħad ma’ dik tal-GWU u li bħall-GWU, it-TORĊA twaq-qfet b’missjoni. Waqt l-istess serata kienu ppremjati dawk li rebħu l-kon-kors letterarju li tnieda minn din il-gazzetta f’Awwissu li għadda.

Fid-diskors tiegħu Victor Carachi qal li l-gazzetta it-TORĊA hija l-prodott ta’ żmienha, ta’ kuntest fejn l-isfida tal-ħaddiem għall-kisba ta’ drittijietu kie-net bdiet tieħu l-milja tagħha immedjatament wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet mixja twila dik mibdija mill-GWU, fil-5 ta’ Ottubru 1943 u li tkompliet minn The Torch fis-sena ta’ wara. Kienet propju l-ħtieġa ta’ din il-mixja li wasslet biex fil-25 ta’ Ottubru 1959 The Torch ħadet il-libsa l-ġdida ta’ it-TORĊA, qal Carachi.

Huwa qal li it-TORĊA kienet l-ew-wel Sunday paper f’kull sens tal-kelma li kienet Maltija. Ma kienx hawn biss li t-TORĊA saret parti mill-istorja ta’ pajjiżna. It-TORĊA kienet għal żmien twil l-unika vuċi konsistenti tal-movi-ment trejdunjonistiku f’Malta, imma kienet ukoll, u għadha, vuċi kulturali ta’ pajjiżna.

Il-President tal-GWU qal li: “bħala GWU nagħtu bosta importanza lill-qasam kulturali. Bħala union ġenerali tal-ħaddiema, huwa dmir tagħna li nħarsu lejn il-ħaddiem bħala persuna, b’mod ħolistiku.” Carachi qal li: ma nistgħux, jekk tassew irridu nirrappreżentaw tajjeb lill-ħaddiema membri tagħna, nifirdu lill-ħaddiem mill-ħajja tiegħu barra mid-dinja tax-xogħol. Il-ħaddiema huma ukoll aġenti kulturali. Dan l-impenn kulturali tal-ħaddiema mhux biss jgħollihom ‘il fuq fost is-soċjetà Maltija, imma ukoll jagħti valur akbar lill-klassi li ġejjin minnha. Huwa xiehda li l-klassi ħaddemija hija tassew ix-xewka ta’ dahar dan il-pajjiż.”

Fl-aħħarnett Victor Carachi feraħ lil dawk kollha li ħadu sehem u lil dawk li organizzaw dan il-konkors fosthom lill-eks-President tal-GWU, Salv Sammut.

Waqt l-istess serata tkellem ukoll Alfred Massa mill-Għaqda Poeti Maltin li sellem lil dawk li mexxew il-paġni letterarji ta’ din il-gazzetta fosthom il-mibki Karmenu Ellul Galea, lil Mario Bezzina, Charles Flores u Francis Galea li kollha ħadmu u stinkaw biex wasslu lill-qarrejja materjal utli, li ċertament tefa’ dawl leqqien fuq il-mixja letterarja f’pajjiżna matul l-aħħar 50 sena. Pawlu Mizzi, mill-Klabb Kotba Maltin, semma r-rabta bejn it-TORĊA u l-mixja storika ta’ pajjiżna u qabbel kif il-Klabb, il-GWU u t-TORĊA dejjem imxew ’il quddiem b’identità Maltija b’mod speċjali fl-użu tal-ilsien Malti.

Ir-rebbieħa tal-konkors letterarju fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju tat-TOR-ĊA huma: Konkors ta’ Proża - L-ewwel post Emmanuel Psaila bin-novella ‘Ġorġ Kanġi’. Fit-tieni post Charles Casha bin-novella ‘Agħti Mulej, il-Mis-trieħ ta’ Dejjem’ u fit-tielet post Claudine Camilleri bin-novella ‘Lucy’.

Konkors ta’ Poeżija - L-ewwel post Stefano Farrugia bil-poeżija ‘Eliżir ta’ Mħabba Qalbiena’. Fit-tieni post ukoll Stefano Farrugia bil-poeżija ‘Solitarja Moribonda’ u fit-tielet post Charles Casha bil-poeżija ‘Li Kieku Nista’.

Waqt din is-serata saru intervalli mużikali mill-kantant folk Walter Mi-callef fuq il-kitarra tiegħu filwaqt li s-serata tmexxiet minn Charles Magro.

Fost dawk preżenti kien hemm ukoll uffiċjali tal-GWU fosthom il-Viċi President Edmond Cefai, l-Editur tat-TORĊA Aleks Farrugia, diriġenti tal-Union Print u l-Kap tal-Pubblikazzjonijiet tal-Union Print Frans Ghirxi.

Fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla t-TORĊA se tiddedika l-paġni tan-nofs għal ritratti minn din is-serata, filwaqt li x-xogħlijiet rebbieħa se jkunu ppubblikati fuq it-TORĊA fil-ħarġiet li jmiss. Ktejjeb b’edizzjoni limitata, li jiġbor fih diskorsi u x-xogħlijiet rebbieħa se jkun mibjugħ fil-ġimgħat li ġejjin.



pisani.journalist@gmail.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet Lokali
·  Daphne Caruana Galizia msejħa mill-pulizija
Ġimgħa ta’ attakki feroċi fuq maġistrat u sindku tal-PN
·  Bla għajnuna mill-gvern... għax ma kellhiex fejn toqgħod
·  Il-GWU b’taħdidiet fl-interess tal-impjegati tal-Enemalta
·  Id-dħul f’union minn membri ta’ korpi dixxiplinati...
Il-GWU tistenna li l-PN jiddikjara li hu favur
·  Għalliema se jibbojkottjaw sejħa għall-ktieb fuq il-passjoni tat-tagħlim
·  Ħtieġa ta’ diskussjoni għall-Abbozz ta’ Liġi tad-Divorzju
·  15-il sena ilu....
It-traġedja ta’ Um El Faroud
·  Id-delegati tal-PL jagħżlu l-Eżekuttiv Nazzjonali
·  Skont PBO mhux vera li l-PN ma jridx lil Musumeci
Skont sorsi, iridu jtellgħu persuna ‘ta’ fiduċja’
·  43% tal-poplu jixtru mill-internet
·  Tinkiser ir-regola tal-irtirar mal-55 sena
·  Id-distributuri tal-gass ingannati wkoll
·  L-Arċisqof jirringrazzja lill-ommijiet li welldu
·  Ġurnata ta’ divertiment b’risq it-tbatija f’Haiti
·  Kumpaniji fl-inkwiet bit-tariffi tad-dawl u l-ilma
·  Il-fdalijiet ta’ ‘Grace’ jitniżżlu Malta!


IT-TEMP - 7/2/2010
Imsahhab
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 14º

Riħ:  Qawwi ghal qawwi hafna mill-Majjistral
Baħar:  Qawwi
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.