|
“Imsieken dawn il-Maltin!” Hekk żgur jgħid Ralf Dahrendorf kieku kellu jaqra wħud mill-affarijet li nkitbu dwaru f’dawn il-jiem f’Malta. Jien kont student gradwat tas-soċjoloġija fil-London School of Economics and Political Science (magħrufa aħjar bħala l-LSE) fl-ewwel snin tiegħu bħala direttur ta’ dan iċ-ċentru ewlieni fil-qasam tax-xjenzi soċjali.
Kien in-nofs tas-snin 70 u Dahrendorf kien għadu ‘biss’ ċittadin Ġermaniż. Kiseb iċ-ċittadinanza doppja fl-1988 meta kien onorat bil-KBE, ħames snin qabel ma nħatar membru għal għomru tal-House of Lords. Ma kinitx ħaġa stramba li professur barrani jilħaq Direttur tal-LSE. Dan il-kulleġġ tal-Università ta’ Londra ž illum awtonomu ž kellu fama bħala d-‘dar’ ta’ wħud mill-aħjar imħuħ tal-kontinent Ewropew, fosthom dawk li kienu ħarbu mid-ditta-tura Nażista tal-Ġermanja fis-snin 30 u 40.
Din kienet l-LSE li Herbert Ganado kien identifika bħala ċentru ta’ propaganda soċjalista u komunista li saħansitra, ma nafx kif imma dejjem skont Ganado, kienet għajn ta’ ispi-razzjoni politika għal Mintoff (Rajt Malta Tinbidel, Vol. 3, it-tieni edizzjoni, 1977, p.290). Safejn naf jien, il-Perit Oxford studja u mhux l-LSE. Veru li din twaqqfet fl-1895 permezz ta’ somma flus li l-Fabian So-ciety, għaqda soċjal-riformista qrib il-Partit Laburista, wirtet mingħand donatur. Veru wkoll, iżda, li l-LSE malajr żviluppat f’ċentru ta’ eċċellenza internazzjonali li ġibdet lejha ħassieba brillanti imma frankament konservattivi bħal Karl Popper (1902-1994) u Friederich August Hayek (1899-1992), it-tnejn idoli ta’ Margaret Thatcher (ċertament mhix xellugija).
Dahrendorf laħaq direttur fl-1974, l-istess sena li Hayek rebaħ il-Premju Nobel għall-Ekonomijal, u sena qabel li Thatcher laħqet kap tal-Partit Konservattiv. Il-kredenzjali tiegħu għal din il-kariga kienu eċċellenti: kien studja taħt Popper l-LSE fis-snin 50 u hemm kiseb il-PhD, kien għal-lem is-soċjoloġija f’Amburgu, f’Tubinga u f’Kostanza u ppub-blika l-kapulavur “Klassi u konflitt ta’ klassi fis-soċjetà industrijali”. Kellu wkoll esper-jenza politika u amministrattiva: kien deputat tal-FDP (żgur mhux partit xellugi), segretarju parlamentari u Kummissarju Ewropew (l-ew-wel għall-affarijet barranin u kummerċ, imbagħad għax-xjenza, ir-riċerka u l-edukazzjoni).
Madankollu, f’Malta fior del mondo, Ganado seta’ jikteb hekk: “Il-London School of Economics [...] kellha wkoll filosofija ekonomika Soċjalista. Sa ftit ilu kienet f’idejn Lasky, orjentat lejn il-Komuniżmu. Issa [...] qiegħda f’idejn Dah-rendorf li, waqt li qed nikteb, ippreżenta r-rapport tal-kum-missjoni li ppresieda fuq l-Università ta’ Malta” (op.cit. p.291). L-avukat Ganado kien qed jinsinwa li minn xi ħadd li kien qed imexxi istitut allegatament imnebbaħ mill-Marxiż-mu ateju u anti-klerikali (jaq-leb għal dan is-suġġett immedjatament fl-istess paġna), wie-ħed kellu bilfors jistenna pro-posti li jissovvertu t-tradizzjonijet sagrosanti tal-kultura Maltija.
Il-pandemonju li qam bir-riformi tal-Università ta’ Malta huwa parti mill-istorija ta’ pajjiżna iżda għadu frisk wisq fil-memorja ta’ min għex dak il-perjodu, biex din l-istorja tinkiteb b’mod seren u kemm jista’ jkun oġġettiv. F’dak il-kuntest, l-għażla ta’ Dahrendorf biex imexxi l-Kummissjoni kienet tajba: intellettwali kbir, eks Kummissarju Ewropew għall-edukazzjoni, politi-kament differenti mill-gvern li kkummissjonah.
Il-PL ftit jiem ilu ħareġ stqarrija li wriet maturità poli-tika kbira. Qabel xejn, sellem lil Dahrendorf u fakkar kemm għamel biex kattar il-kultura Ġermaniża f’Malta f’perjodu meta l-komprensjoni reċipro-ka kienet essenzjali biex jitkat-tar l-investiment Ġermaniż f’Malta (il-Ġermanja kienet għajn ewlenija ta’ investiment fis-snin 70). Imbagħad irrefera għar-rwol ‘pożittiv’ li kellu Dahrendorf fil-kwistjoni tar-riformi tal-edukazzjoni għolja, liema rwol jeħtieġ li jkun rival-wat fil-kuntest storiku ta’ dawk iż-żminijiet.
X’jista’ jfisser dak il-‘pożittiv’? Kif fakkruna wħud li ħatfu l-okkażjoni tal-mewt ta’ Dahrendorf il-ġimgħa li għad-diet biex mingħalihom iħammru wiċċ il-PL (imma ma rnexxielhom jagħmlu xejn ħlief li jikkonfermaw kemm huma ‘msieken’), f’ċertu mument tal-proċess ta’ riforma, Dahrendorf kien qal ċar u tond li hu ma kienx jaqbel ma dak kollu li kien qed jagħmel il-gvern laburista. Illum qiegħdin na-raw li kieku dakinhar il-Partit Laburista kellu jinterpreta id-dissens ta’ Dahrendorf korrettament, x’aktarx li numru kbir ta’ persuni li setgħu joqorbu lejna ma kinux ikomplu jit-biegħdu minna, u oħrajn li kienu viċin tagħna ma kinux jitilquna. Mhux iwarrab l-għan li jirriforma l-edukazjoni għolja, imma jfassal il-pjani tiegħu b’mod aktar għaqli u jfittex kunsens akbar biex jwet-taqhom.
F’dan is-sens ir-rwol ta’ Dahrendorf kien pożittiv. Kien sinjal ta’ allarm tal-insostenibbiltà soċjali ta’ guffaġni poli-tika. F’mument fejn l-aktar li kellna bżonn nifirxu l-eġemonija tagħna fl-irkejjen kollha tas-soċjetà ċivili – kundizzjoni essenzjali biex nibnu soċjetà tabilħaqq progressiva – ħraqna eluf ta’ alleati li kellna bżonnhom bħall-ħobż. L-għażla ta’ Joseph Muscat bħala mexxej tindika li qiegħdin nitgħallmu mill-imgħoddi.
X’differenza bejn it-ton tal-istqarrija tal-PL u dak ta’ xi stqarrijiet u kummenti li qrajna fil-gazzetti Maltin f’dawn il-jiem! Hemm min ma jitlifx opportunità biex jipprova jerġa’ jqajjem l-ispirtu ta’ kon-frontazzjoni u ta’ gwerra qad-disa ta’ żminijiet li biex xi darba nifhmuhom neħtieġu kuraġġ u maturità intellettwali kbar.
|