www.it-torca.com  
Il-Ħadd 25 ta' Lulju 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Wara tilwima ma’ Green Investments Ltd:
Floriana FC kellhom ifittxu post alternattiv għat-taħriġ.....

Muturi – GP tal-Istati Uniti:
Stoner jittama li jwaqqaf is-sensiela negattiva.....

Formula Wieħed – Grand Prix tal-Ġermanja:
Vettel iċaħħad lill-Ferrari mill-ewwel Pole Position sa mill-2008.....

Żgħażagħ Maltin se jattendu avveniment prestiġġjuż tal-baseball f’Tokjo.....

Kampjonat BoV tal-Waterpolo tas-Sajf:
Neptunes jilħqu lil Sliema fil-quċċata.....

My Red Force jirbaħ it-tiġrija storika kontra żwiemel Taljani.....

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
AħBARIJIET LOKALI

David Agius: Iva, hemm il-korruzjoni fil-PN


David Agius kien id-deputat nazzjonalista li tkellem ma’ Jo Said u li ammetta li fil-Partit Nazzjonalista hemm “prattiċi korrotti”. David Agius qal dan f’laqgħa li kellu ma’ Said fil-cafè ‘Serracino’ ta’ Ħ’Attard. Il-laqgħa saret fil-ġimgħa li fiha kien ixxandar il-programm Realtà li fih Said kien attakka l-korruzzjoni tal-gvern. F’dan il-programm kien ħa sehem ukoll David Agius.

Id-deputat nazzjonalista, li fl-aħħar xhur kien imbuttat ħafna ‘l quddiem mid-Dar Ċentrali, kien hu li fittex lil Jo Said. Dan wara li Jo Said, fil-programm imsemmi, kien wissa lil Agius li anke fuqu personali kien jaf affarijiet. F’din il-laqgħa, Said tkellem ma’ Agius fuq l-istess linji li kien tkellem fil-programm Realtà u David Agius wasal biex ammetta li “fil-Partit Nazzjonalista hemm prattiċi korrotti.” Kien hawn li, kif irrappurtat it-torċa tal-Ħadd li għadda, Jo Said wissa lil David Agius biex “jekk ma jridx ikun huwa ukoll kompliċi f’din il-korruzzjoni, kellu jmur fil-parlament u jagħmel aġġornament li fih jikxef il-korruzzjoni li hemm fil-gvern u jitkellem kontriha.” David Agius mill-ewwel kien esprima d-diffikultà biex jagħmel dan. Ħaġa li wieħed jifhimha. Jo Said qal lit-torċa li Agius kien qallu li jekk jagħmel dak li Said kien qed jitlob minnu, mill-partit stess kienu se ‘jkissruh’.

Jo Said ta ġimgħa żmien lil David Agius biex jaħsibha. F’telefonata li saret il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2008 fil-għaxija, (u li t-torċa għandha rekording tagħha), l-istess Agius tkellem ma’ Said u reġa’ alluda għal dwar kemm kien diffiċli għalih li jagħmel kif kien qed jintalab minn Said. Dik it-telefonata nqatgħet ħesrem u minn dakinhar sal-lum, Jo Said ma rnexxielux jerġa’ jagħmel kuntatt ma’ David Agius. Id-deputat nazzjonalista lanqas ma wieġeb għal żewġ emails li bagħtlu Jo Said u li fihom fakkru bl-eżatt x’intqal bejniethom.

it-torċa ukoll ipprovat taqbad lil David Agius għall-verżjoni jew kummenti tiegħu, iżda bqajna mingħajr tweġiba. Dak kollu li Jo Said tkellem mat-torċa huwa ġuramentat u jekk jintalab lest jixhed dwar dan u aktar anke fil-qorti.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet Lokali
·  Kif il-kriżi fil-Golf tal-Messiku tista’ tolqot lil Malta
·  Periti jgergru li x-xogħol il-kbir jingħata lill-barranin
·  Funeral bla kadavru fit-toroq tal-Belt
·  Alan Camilleri bidel il-ħsieb?
·  “Vince Farrugia jaġixxi bħal kamaleonte” - John Bencini
·  Ikomplu jgelglu glalen tad-drenaġġ:
L-Għadira mintna sħiħa
·  It-tariffi tal-MEPA għolew bla konsultazzjoni...
“Se joħolqu impatt fuqin-negozju tal-kostruzzjoni”
·  Injorata proposta biex jitjieb id-disinn fil-bini
·  Il-problema tal-irwejjaħ mill-inċineratur tal-Marsa...
Il-Wasteserv ma tafx meta se tissolva
·  L-UE timbotta dak li injorat l-ADT
·  Il-kunċert ta’ Joseph Calleja se jsir nhar il-Ħamis li ġej
·  Erba’ xhur wara li kellu jitlesta rapport dwar il-bidla fil-klima:
Il-Ministeru jikkonferma d-dewmien
·  Ir-Riforma tal-Pensjonijiet...
In-nuqqasijiet tal-Gvern se jwasslu biex il-ħaddiema jirtiraw tard
·  Jirbaħ il-Ħaddiem tas-Sena tal-Isptar Monte Carmeli
·  Annus Horribilis fil-Liċeo Ninu Cremona f’Għawdex:
Diskors inkredibbli mill-kap tal-iskola
·  Il-banek jilqgħu r-riżultati tat-test tal-istress
·  Vandali jattakkaw ir-riserva ta’ Wied Għollieqa
·  Klieb stmati ta’ oġġett:
Mitfugħin mall-bagalji
·  Festival annwali tat-tertuqa
·  X’livell qed joffru l-klabbs Maltin?
It-TORĊA tinvestiga
·  Biex jiżdiedu t-turisti...
Malta għandha tħares lejn swieq differenti


IT-TEMP - 25/7/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 29º

Riħ:  Qawwi mill-Majistral
Baħar:  Qawwi ghal qawwi hafna
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.