Ozzy Lino huwa esponent familjari ma’ dawk segwaci tal-muzika moderna f’dawn il-gzejjer. Malti-Awstraljan li bena reputazzjoni mill-isbah fix-xena lokali, mit-TV u kuncerti kif ukoll serati ta’ ghajnuna ghall-karità. Filwaqt li joffri biex jghin lill-ohrajn fil-kapacità tieghu.
Lino Busuttil, beda l-karriera tal-kant fi tfulitu fl-inhawi ta’ Sydney fl-Awstralja, izda ddecieda li jissetilja f’Malta. Beda jiehu l-karriera bhala kantant b’serjetà kbira u llum hajtu hija l-kant u l-muzika.
Lino huwa ismu proprju izda kulhadd kien isejjahlu Ozzy gewwa l-Awstralja bhala l-laqam tieghu u ghalhekk beda jissejjah Ozzy Lino. Ozzy Lino b’vuci kunfidenti u mimlija energija, kapaci jzomm l-udjenza ta’ quddiemu tiffoka fuq dak li jkun qed jinterpreta u jipprezenta.
Ghal xi zmien kien il-kantant residenti tal-programm televiziv ‘Red’ u mistieden f’diversi programmi ohra ta’ stazzjonijiet ohra u radju lokali.
L-esperjenza tieghu issa ppreparatu biex jersaq aktar ’il quddiem fid-dinja tal-muzika, f’Malta u barra minn xtutna, billi jintroduci lil Jewls Verse.
Bhala Ozzy Lino kien hareg bl-ewwel album tieghu ‘Am I Ever Gonna See Your Face Again’ li minnu niftakru b’success id-diska ‘She’s My Kinda Woman’, filwaqt li jakkumpanjawh fid-diversi serati, kellu The Knights of Oz, maz-zewg kollegi Eric Saliba bil-bass u Aaron Sammut fuq id-drums.
Issa se jipprezenta t-tieni sett ta’ xoghlijiet u kompozizzjonijiet originali tieghu bhala Jewls Verse, bl-album ‘Taking It Easy’, b’melodiji aktar ghall-gosti tas-semmiegha b’kanzunetti tal-widna, nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju 2007, jew kif imwassla bhala 7.7.7.
‘Fire Fly’ se tkun l-ewwel diska minn dan l-album, marbuta ukoll mad-data 5.6.7. ghaliex se tkun imnedija nhar it-Tlieta 5 ta’ Gunju. Filwaqt li jakkumpanjawh issa se nsibu liz-zewg kollegi bhala The Monitors.
7.7.7. se tkun gurnata ta’ celebrazzjoni ghal Jewls Verse. Jum memorabbli bi skeda shiha ta’ attivitajiet, wahda wara l-ohra, biex kemm jista’ jkun tintlahaq minn udjenza wiesa’. Li tibda mill-Belt Valletta, ftit qabel nofs-in-nhar u tkompli f’Bay Street u wara fil-Mosta, tkompli f’Bugibba u tintemm f’Paradise Bay. Dejjem akkumpanjat minn talent iehor lokali f’kull attività, inkluz radju u programmi televizivi.
7.7.7. se tkun gurnata iebsa ghal Lino, filwaqt li mistennija tkun gurnata importanti ghal Jewls Verse li se tiftahlu triq gdida ghall-karriera tieghu.
Noti muzikali
Trilogy: Lovers on Ice fi Sqallija
Ezatt f’gheluq is-sena minn meta Trilogy kienu r-rebbieha fil-festival Discovery International Song Contest, li jittella’ l-Bulgarija, it-trio gew mistiedna jmorru Sqallija fejn hadu sehem fl-is-pettaklu Lovers on Ice li sar nhar is-Sibt li ghadda 26 ta’ Mejju.
Serata magika ta’ spettaklu ta’ muzika u kanzunetti bi zfin fuq is-silg, li saret f’Palaghiaccio Citta di Catania u pprezentata minn Alessandro de Leonardis u Denny Mendez – Miss Italia 1996.
Trilogy interpretaw il-kanzunetta ‘Starlight’ ta’ Paul Abela u Joe Julian Farrugia, filwaqt li hadu sehem uhud mill-aqwa atleti tal-pajjiz, u ohrajn minn Franza, Germanja, Rumanija u Repubblika Ceka.
Dance Destiny: zewg zeffiena ohra
Wara li t-truppa ta’ zeffiena xbejbiet Dance Destiny intlaqghu tajjeb waqt attivitajiet fejn ippartecipaw bhall-Fireworks Festival, ShowTime u aktar ricenti l-Food & Drink Festival, issa ddecidew li jzidu zewg zeffiena ohra.
Dance Destiny huma mharrga minn Kristina Schanz u dawk kollha bejn it-13 u 15-il sena li jixtiequ jkunu parti minn din it-truppa jistghu japplikaw ghall-provi sa nhar it-Tlieta 5 ta’ Gunju 2007. Ghal aktar informazzjoni tistghu ccemplu fuq 79804811 jew 90494526.
Festival Folkloristiku Mediterranju
Nhar l-Erbgha 6 ta’ Gunju jibda l-Festival Folkloristiku Mediterranju mill-Gharghur u jkompli nhar is-Sibt 9 u l-Hadd 10 ta’ Gunju fil-Gonna ta’ l-Argotti, Furjana fejn se jkun hemm ghana, kant folkloristiku kif ukoll esebizzjonijiet ta’ tradizzjonijiet Maltin. Ghal din is-sena se jattendu gruppi folkloristici barranin minn Sqallija, Germanja u Spanja.
Diski Maltin fil-klassifika
F’harsa lejn il-klassifika, ippublikata ricenti mill-istabbilimenti tad-diski Exotique, naraw li fl-ewwel postijiet tat-Top 30 hemm erba’ albums Maltin.
1. Chasing Pandora – ‘Mocking the Mocking Bird’;
2. Winter Moods – ‘Ordinary Man’;
3. Etnika – ‘Zifna’;
4. Ira Losco – ‘Unmasked’.
Filwaqt li fin-nru.16 insibu l-album bil-kanzunetti mill-festival Malta Song for Europe 2007.
Junior Eurovision 2008 f’Cipru
Din is-sena l-Junior Eurovision Song Contest 2007 se jsir fl-Ahoy Arena ta’ Rotterdam l-Olanda fit-8 ta’ Dicembru, fejn se jippartecipaw 18-il pajjiz, inkluz Malta. Filwaqt li sar maghruf li ghall-edizzjoni tas-sena 2008 il-festival se jsir f’Cipru. Filwaqt li digà gew mistiedna biex pajjizi fl-EBU jghaddu l-offerti taghhom ghall-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest 2009.
Tristan-B: diska gdida
Tristan B ghadu kemm nieda d-diska gdida ‘Fallen Angel’, kompozizzjoni ta’ Paul Abela u lirika ta’ Georgina Abela, fuq tema pop-rock, li nstemghet ghall-ewwel darba ukoll fuq diversi stazzjonijiet tar-radju ma’ l-Italja. Il-video ta’ din il-kanzunetta se jinhadem f’Sardinja.
Tristan B ghandu jniedi l-album gdid li rrekordja fl-Italja bl-ghajnuna ta’ Ron, fil-21 ta’ Gunju. Filwaqt li se jibda sensiela ta’ zjarat, marbuta ma’ dan l-album fejn se jiehu sehem f’serati u kuncerti fir-Rumanija, Russja, Svezja, Danimarka, Grecja, Cipru u pajjzi ohra.
Sadanittant Icona Music & Universal ghadhom kemm geddew il-kuntratt ghal Tristan B ghall-hames snin li gejjin.
Daniel Testa: jirraprezenta lil Franza
Ghat-tieni darba, it-tfajjel Daniel Testa se jkun qed jippartecipa f’isem Franza fil-festival tar-Rumanija TiAmo. Daniel huwa r-rebbieh tal-festival Ilhna Maltin li sar aktar ricenti ghall-ewwel darba waqt il-programm televiziv ShowTime. Huwa nterpreta l-kanzunetta ‘Shabi’ miktuba mill-kantanta Claudia Faniello u Trevor Fenech.
|