|
Bil-mewt bikrija ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ bla dubju waqfet hesrem l-isbah ghanja. Waqt li jsellem lil Frans, Charles Flores jaf li m’hemmx kejl kif tista’ tqis il-vojt li halla warajh ‘Il-Budaj’, kif m’hemmx kliem bizzejjed biex tfisser il-fondoq li halla fil-qlub ta’ dawk li kienu jafuh kemm bhala ghannej, kif ukoll bhala habib...
Il-mewt bikrija ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ hasdet lil hafna li kienu jafuh u jghozzuh bhala habib. Ghax l-ewwel u qabel kollox, Frans kien bniedem b’qalb tad-deheb, dejjem lest jisma’ u moghni b’modestja li tghaggbek meta tqis il-hiliet artistici kbar li kellu u l-popolarità li kien igawdi fost gensu.
Meta nhasad minn fostna Frans Baldacchino, waqfet hesrem l-isbah ghanja Maltija. Kien hu l-ghannej li rega’ ta identità lill-ghana tradizzjonali Malti billi ma ddejjaq xejn jibdel u jesperimenta, billi jsostni l-htiega ta’ versi tajbin, ta’ daqq serju tal-kitarra u ta’ l-uzu u t-thaddim ta’ lehen li jiftiehem mill-kotra li regghet bil-hrara tisma’ fil-hwienet, fl-imsierah u sahansitra f’fortizzi ta’ pregudizzju kontra t-tradizzjoni popolari bhalma huma l-Università u l-Palazz tal-President.
Ma’ Frans Baldacchino ma kienx ilni wisq li qattajt ftit hin tal-mistrieh. L-imhabba taghna ghall-poezija minn dejjem gibditna ghal xulxin. It-tnejn li ahna kellna lil Karmenu Vassallo bhala wiehed mill-poeti favoriti taghna, u t-tnejn li ahna ndommu l-versi, anki jekk fi stili ghal kollox kontrastanti. Iltqajna fil-kumpanija ta’ habib taghna t-tnejn – Manuel Casha, kittieb, kompozitur u studjuz tal-ghana li kien ghadu gej mill-Awstralja – biex morna kilna bukkun flimkien u billejna grizmejna b’daqsxejn inbid.
Frans kien fil-burdata li jiccajta... maghna u ma’ dawk li servewna. Meta konna kwazi lesti biex nitilqu, skuza ruhu u warrab ftit. “Biex inpejjep sigarru barra,” qalilna. Ma qalilniex, izda, li fi triqtu ’l barra kien se jieqaf ihallas ta’ kollox. Kien kollu ghalxejn li ppruvajna talanqas inhallsu sehemna. Frans hekk kien. U meta ghidtlu li allura “kontra qalbna” kien se jkollna nergghu niltaqghu ghal ikla ohra ma ndumux sabiex din id-darba naghmlu tajjeb ahna, tbissem wahda. Mhux b’xufftejh biss, izda anki b’ghajnejh li kienu jafu jghannu daqsu.
F’dik l-istess laqgha taghna, izda, Frans bhal donnu kellu tehbir-il qalb. F’waqt minnhom dar fuq Manuel u qallu: “U jien, mhux dalwaqt immut?” L-attakki li kien digà kellu ma nsiehom qatt. Nistqarr li t-tnejn li ahna hadna dak il-kumment bhala xejn aktar mill-karba dejjiema ta’ l-artist, dak l-artist etern li, soghbien, jaf li l-hajja mhix hlief glieda u l-glieda mhix hlief hajja.
Meta dan l-ahhar iddahhal l-isptar, bhal donna hadnieha b’fazi qasira ohra li tigi u tmur. Kemm morna mqarrqin. Ma konna nobsru qatt li se jisirqulna lill-Budaj. Ma konna nifhmu qatt li kienet se tieqaf, daqshekk bla kliem u bla sliem, l-isbah ghanja. Kont sirt naf li meta Manuel zaru bis-serqa fl-isptar, il-Budaj mhux dwar x’kellu hu ried jitkellem, izda dwar il-mewt ta’ missieri li kien ghadu kemm halliena u li dwarha kien sar jaf xi jiem qabel. Hekk kien Frans mal-hbieb u l-mahbubin tieghu.
Inutli tikteb dwar il-vojt li l-Budaj se jhalli fil-qasam tal-ghana Malti, ghax fil-qlub ta’ kull min kien jafu u kellu x-xorti jaqsam xi waqtiet mieghu, se jhalli fondoq ta’ bla tarf. L-ebda kejl sentimentali ma jista’ jaghti hjiel tal-fond. L-ebda vokabularju m’hu bizzejjed biex jaghti stampa shiha ta’ Frans. L-ebda tislima m’hi se tolqot l-aspetti kollha ta’ hajtu, kemm bhala bniedem, bin il-haddiema bhalna, kif ukoll bhala artist-ghannej.
Cert, izda, li jinsab kuntent li kompla bit-tieni parti tal-vjagg tieghu bina midjunin mieghu, u mhux il-kontra. Issa fejn se naqbdu npattulek u nhallsu ahna ta’ l-ikel u l-inbid, Frans?
Ta’ l-ahhar...
Komplejna nixximottjaw bil-bandieri zghar barranin imwahhlin mal-karozzi. It-Tazza tad-Dinja minn dejjem kienet ghajn ta’ misthija ghal dawk il-Maltin li, waqt li jhobbu jsegwu l-futbol ta’ pajjizi ohra, ma jibdlu qatt il-bandiera taghhom...
Mela fuq kwistjoni bhalma hu s-serq ta’ festi pubblici li jaqghu fi tmiem il-gimgha, l-ILO m’ghandhiex ghalxiex tinghata widen. Izda xi hadd jiftakar kemm issemmiet dik l-istess organizzazzjoni dinjija meta fis-snin 70 kien hemm xi nofs tuzzana li sabuha bi tqila jibdew jippancjaw biex jidhlu ghax-xoghol?
Jekk biex tghaddi mit-test tas-sewqan tal-karozza kien jehtieglek thallas u xxahham minn taht… jista’ jkun hemm xi haga simili ghaddejja dwar it-testijiet tal-karozzi infushom? Jista’ jkun li daqstant karrakki li tara fit-triqat kollha ghaddew genwinament mit-test tal-VRT…?
Tiddejjaqx taqra ktieb bil-Malti. Suggeriment ghal min qieghed ifittex wiehed tajjeb: ‘La Jibbnazza Nigi Lura’ ta’ Oliver Friggieri…
|