|
LI KIEKU f’Malta m’ghadx ghandna l-mibeghda tal-klassi li tkattar il-kor tal-kastrati li, jaghmel x’jaghmel il-gvern Nazzjonalista, dejjem qieghed hemm biex jikkalma l-halel, ifissed lid-dubjuzi u jnaqqas mill-impatt tal-hsara li qed issir ta’ kuljum, kieku l-poplu taghna ilu li tilef il-boxxla u beda jaghti bis-sieq.
Minflok, ghadu jgemgem minn taht, jittama fix-xaqq dawl fit-tarf tal-mina twila twila li ma tispicca qatt u jhalli nies imhallsin u mixtrijin jaghmuh bil-holqien ta’ kontroversji vojta li ma jissarrfu fl-ebda soluzzjoni ghall-krizi li dan il-pajjiz jinsab fiha u, wisq anqas, f’xi tama li l-bomba tal-hin li ghandha mdendla madwar ghonqha Malta tibqa’ ttektek u mhux tisplodi.
Meta ghandek pajjiz li l-Midja tieghu qieghda hemm biex thares l-interessi ta’ dik l-istess klassi li ma trid lil ebda klassi ohra tilhaqha, difficli ferm li tpoggi quddiem in-nies ir-realtà tas-sitwazzjoni li jinsabu fiha. Id-deficit demokratiku kbir li jezisti f’dan il-qasam huwa xi haga li jwahhxek, u tifhem mill-ewwel il-ghala meta jkun hemm gvern Laburista jmexxi l-pajjiz qisu kollox isir bi kbir u jintefhu u jigu multiplikati r-reazzjonijiet (bhal fil-kazi tal-50 centezmu fuq il-prodotti farmatewci mill-isptar u l-aggornament ta’ l-istipendji lill-istudenti), waqt li meta jkun hemm gvern Nazzjonalista, kif issa ilna mwikkin bih, allajbierek ma jimpurtax li jsiru t-taxxi, jittiehdu l-mizuri horox u taggrava l-krizi ekonomika, ghax il-Midja u l-kor tal-kastrati jkollhom mill-ewwel gustifikazzjoni fil-but ghal-lest. Hekk hemm bzonn, jghidulek biex Malta tfieq. Izda min marradha u tefaghha f’agunija?
Mhix loghba gusta daqs kemm mhix ta’ gid ghat-titjib tal-klima socjali. Gurnali u stazzjonijiet li jsejhu lilhom infushom indipendenti jiehdu sehem f’din il-parodija tad-demokrazija u jiehdu maghhom fuq id-dghajsa lil dawk l-angli tal-festa li huma dejjem lesti biex jemmnuhom, basta t-ton tal-melodija jkun kontra l-klassi tal-haddiema u dawk l-istituzzjonijiet wahdanin li jharsuhom, bhal ma huma l-Partit Laburista u l-General Workers’ Union.
L-angli tal-festa ssibhom fuq kull naha politika meta l-partit taghhom ikun fil-poter. Ma jiddejqu xejn mill-musmar li jkollhom imkahhal f’gisimhom u jibqghu jcarrtu t-tbissim minkejja li kulhadd madwarhom ikun qed jaqta’ nifsu, jitlef kull tama u jiddispra jara l-qaghda socjali u ekonomika mhux sejra lura, izda qed tilhaq livelli allarmanti. Tiltaqa’ maghhom kullimkien: waqt okkazjonijiet familjari bhal tigijiet u funerali, fuq ix-xoghol, fil-karozza tal-linja, ghand tal-hanut, fi programmi tar-radju u t-televizjoni... lesti u mhejjija biex imeru l-verità u jinjoraw is-sewwa.
Fortunatament, l-angli tal-festa, jkunu fuq liema naha jkunu tal-politika Maltija, qajla jistghu jzommu l-mewga ta’ bidla li finalment il-pajjiz ikollu jghaddi minnha. Hekk turina l-istorja u hekk jigri kullimkien fid-dinja. Forsi tista’ titqies bhala gustizzja naturali dik li maggoranza f’pajjiz ma tkunx tiflah izjed u, minkejja l-Midja u l-kor tal-kastrati, minkejja l-angli tal-festa mugugha jitbissmu, taghzel li tibdel bit-tama li l-affarijiet jiehdu xejra ghall-ahjar.
Malta ma baqghalhiex triq ohra. Il-bomba tal-hin mhix xi slogan politika, izda terminu li digà wzaw kemm-il darba certi ekonomisti u analisti denji ta’ isimhom f’pajjizna. Meta kollox qieghed jikkrolla madwarna, meta qeghdin naraw pilastri kbar ta’ l-ekonomija, bhat-turizmu u l-industrija tal-manifattura jizvinaw, meta l-familji Maltin u Ghawdxin qeghdin jaqtghu nifishom jippruvaw ilahhqu mal-hajja u jgebbdu kemm jistghu bhal-lastiku d-dhul finanzjarju taghhom, l-ahhar haga li n-nies minghajr musmar imdeffes tkun trid tisma’ hija b’aktar taxxi u daqqiet, kif qed jipproponi dan il-gvern ta’ Gonzi.
B’danakollu, skond il-Pjan tal-Girgenti, jiena cert li l-Midja u l-angli tal-festa se jkunu jistghu, fis-sena u nofs/sentejn li gejjin, jinsew u jnessu l-burraxka ta’ bhalissa biex jitkellmu u jrewhu dwar “nuqqas ta’ taxxi godda”, “titjib ekonomiku” u “trankwillità socjali”. Is-swat li ghandu jsir ha jsir issa, izda mbaghad tkun qed toqrob l-elezzjoni u ghalhekk il-mizuri jmorru lura fuq l-ixkaffa.
Sakemm ma tilhaqx tfaqqa’ l-ispluzjoni.
Ta’ l-ahhar
• Liema kienet tkun l-ahjar tislima lil Dun Karm – ic-cerimonja li qed issir dalghodu hdejn il-monument tieghu fil-Furjana, jew billi jsir ix-xoghol urgenti mehtieg ta’ manutenzjoni fuq id-dar li kellu l-belt il-Poeta Nazzjonali? Kif turi l-akbar rispett – bil-banda u d-diskorsi, jew bil-hidma konkreta?
• Proposta ta‘ editorjal lit-Times minflok joqoghdu jinhlew fuq Saddam Hussein: il-qerq bil-figuri, kif ipprova jaghmel il-korrispondent taghhom fi Brussel dwar il-prezz tal-fuel meta qalilna li l-prezzijiet hawn Malta huma l-irhas fl-Ewropa waqt li nesa, izda, jghid li ghandna wkoll l-iktar pagi baxxi...
• Zghazagh faxxisti, esponenti razzisti, tallaba fil-Belt, habs imballat, pulizija kriminali jtebbghu l-immagini tal-Korp, koppji jaghmlu bhall-gvern u jiddejnu bl-addocc, drogi barra u gewwa l-habs... tghid ghadu jahsibha l-istess l-eks-Prim Ministru, llum President, meta kien ihobb iwahhal kollox fis-Snin Sittin u l-mewga ta’ bidla – bla dubju ghall-ahjar – li kienet hakmet lid-dinja?
• Habib li jiddiletta bil-loghob bil-kliem, baghtli messagg elettroniku li kien jaqra: “Naghtu lehen lil min m’ghandux... u ahna naghmlu kemmxa gmielha.” Tghid ghal min kien qed jghid?
|