|
Minn meta saret l-imsejjha riforma fix-xandir ta’ l-istat, il-PBS, il-kamra ta’ l-ahbarijiet ghadha minghajr kap. Bhalissa, il-kamra ta’ l-ahbarijiet qieghda tkun amministrata minn zewg “news editors”, Peter Cossai u Ruth Amaira, filwaqt li l-kontenut editorjali jiddecidieh il-Bord Editorjali, mmexxi mill-qassis kontroversjali Joe Borg, minkejja li l-Arcisqof kien oggezzjona ghall-qassis li jkollu dan l-irwol “politiku”. Wara hafna spekulazzjonijiet, dan l-ahhar kienet qieghda tissemma’ il-gurnalista ta’ The Times, Vanessa Macdonald, bhala li dik li se timla’ l-post battal ta’ kap tal-kamra ta’ l-ahbarijiet.
Macdonald hija meqjusa bhala persuna bilancjata, rikonoxxuta ghall-kwalitajiet gurnalistici taghha, u ghandha esperjenza wiesa’. Madankollu, skond sorsi ta’ it-TORCA, jidher illi Vanessa Macdonald qatt ma kienet avvicinata biex timla dan il-post. Tant, illi Macdonald infisha qatt ma rabtet qalbha ma’ din il-possibiltà.
Minflok, rega’ qieghed jissemma’ li jista’ jsir kap tal-kamra ta’ l-ahbarijiet tal-PBS, il-gurnalista tal-medja Nazzjonalista, Nathaniel Attard. Attard kiber fl-istatura tieghu fid-Dar Centrali minn meta appoggja lil Lawrence Gonzi fit-taqtiegha ghat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni generali ta’ l-2003. Attard sahansitra hareg ktieb dwar Lawrence Gonzi f’gheluq is-sena minn meta dan inhatar prim ministru. Il-possibiltà li Nathaniel Attard ikun kap tal-kamra ta’ l-ahbarijiet ilha tissemma’ sa minn meta saret ir-riforma fil-PBS. Ghal xi zmien din il-possibiltà dehret dejjem aktar il-boghod, madankollu issa jidher li regghet tfaccat.
Dan l-ahhar Nathaniel Attard rega’ kiseb prominenza b’sensiela ta’ artikli b’informazzjoni li rnexxielu jikseb minn gewwa l-Partit Laburista. Bis-sahha ta’ dawn l-artikli, Attard qieghed jitqies bhala strumentali fl-attentat tal-Partit Nazzjonalista li jkisser il-kredibiltà tal-Partit Laburista, fi zmien meta l-Partit Laburista kien qieghed jerga’ jissahhah ma’ l-elettorat Malti.
Minn informazzjoni li ghandha din il-gazzetta jidher illi filwaqt li dawk ta’ madwar is-Segetarju Generali Joe Saliba qieghdin jimbuttaw biex Attard ifittex isir il-kap tal-kamra ta’ l-ahbarijiet tal-PBS, kollox qieghed jehel fil-ministeru ta’ Austin Gatt, li tahtu taqa’ r-responsabbiltà ghall-PBS. Jidher illi Gatt xejn ma jixtieq li f’din il-pozizzjoni sensittiva jkollu persuna ikkontrollata minn Saliba.
|