www.it-torca.com  
Il-Ħadd 25 ta' Lulju 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Wara tilwima ma’ Green Investments Ltd:
Floriana FC kellhom ifittxu post alternattiv għat-taħriġ.....

Muturi – GP tal-Istati Uniti:
Stoner jittama li jwaqqaf is-sensiela negattiva.....

Formula Wieħed – Grand Prix tal-Ġermanja:
Vettel iċaħħad lill-Ferrari mill-ewwel Pole Position sa mill-2008.....

Żgħażagħ Maltin se jattendu avveniment prestiġġjuż tal-baseball f’Tokjo.....

Kampjonat BoV tal-Waterpolo tas-Sajf:
Neptunes jilħqu lil Sliema fil-quċċata.....

My Red Force jirbaħ it-tiġrija storika kontra żwiemel Taljani.....

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
FEATURES

Lil Gerry Zammit ma ninsieh qatt!
minn Lino cassar

Nixtieq nifrah minn qalbi lil Robert Micallef li f’l-orizzont ta’ nhar it-Tnejn fakkarna f’Gerry Zammit, wiehed mill-personalitajiet prominenti tal-moviment laburista (MLP u GWU) tas-snin 50. Nghidha minghajr tlaqliq li Robert Micallef – ghalkemm lil Gerry ma jiftakrux ghax wisq probabbli li ma kienx ghadu twieled meta Gerry miet fis-6 ta’ Lulju 1961 – tabilhaqq ghamel ricerka bir-reqqa u lilna li lil Gerry niftakruh gibilna bosta tifkiriet sbieh, ghalkemm koroh ukoll ghax Gerry kien miet qasir il-ghomor ta’ ftit inqas minn 31 sena.

Jiena kont iltqajt l-ewwel darba ma’ Gerry Zammit fl-1957 meta hu kien segretarju tat-taqsima tal-gvern tal-GWU u jiena kont naghti daqqa t’id fil-gazzetta “Is-Sebh“ li kienet tinhadem f’Mayfair House, il-Belt, li kienet il-kwartier tal-GWU u fejn ukoll kien hemm l-istamperija Union Press. Allura konna niltaqghu kuljum u sirna hbieb, ghalkemm Gerry kien iddizappuntat hafna bija ghax jiena ma kontx dhalt membru fil-Labour League of Youth li taghha Gerry kien il-fundatur fl-1950, meta kellu biss 20 sena. Jiena kont ghadni ffissat fuq il-films, u fuq il-films biss, u Gerry kien jghid li jiena “mohh ir-rih“, izda bqajna hbieb xorta wahda!

Ma nafx kemm kien is-salarju ta’ Gerry f’dik l-epoka, izda naf li fil-but jew fil-kartiera ma kienx ikollu aktar minn xi hmistax-il xelin, tghoddhom. Ghamilna habta nohorgu bil-lejl u mmorru niehdu drink (xi Coca jew birra) f’xi bar ta’ sidien laburisti. Darba minnhom konna hamsa, f’karozza wahda, misjuqa minn Louis Calleja, u maghna kien hemm ukoll Lorry Sant u Joe Scerri l-Bocca. Ahna u hergin minn Hal-Lija, f’xi s-2.00 ta’ billejl, Lewis Calleja fettillu jghaddi wrong way meta gejna quddiem il-villa bit-torri go fiha ghax naturalment qatt ma bsarna li f’dawk il-hinijiet se niltaqghu ma’ karozza ohra. Izda pronta tfaccat karozza tal-pulizija u mnalla li Lewis kien qieghed isuq bil-mod. Wiehed miz-zewg pulizija kien jafna u f’dak il-lejl hlisnieha.

Wara l-1958 Gerry kien gej u sejjer fl-Ingilterra ghax kien qieghed jistudja f’Ruskin College Oxford. F’Dicembru 1960 jiena kont f’mawra f’Londra fejn Turu Scerri darba minnhom hadni mieghu biex naraw lil Gerry Zammit li kien fl-isptar ta’ hemmhekk. Gerry ma qal lil hadd li kien marid serjament u kienet taf biss martu Ann Johnson li kienet ghadha kemm izzewgitu, avolja kienet taf li ma kellux hajja twila.

Jiena sirt naf b’kumbinazzjoni f’Marzu 1961 meta Gerry gie jaghmel l-ahhar zjara f’Malta ma’ martu u kien alloggjat fil-villa tal-perit Mintoff f’Hal-Tarxien. Meta l-perit sar jaf bil-marda serja, kien baghat lil Gerry ghand il-professur Pietru Pawl Debono, wara li qallu li “jekk ma jfejqekx dak, ma jfejqek hadd!”

Il-professur, min-naha tieghu, kien tkellem ma’ Gino Muscat Azzopardi, fejn qallu li kien tard wisq ghax Gerry kellu dak li sejjahlu galloping cancer, igifieri jigri jlebbet ma’ gismu kollu. U qal ukoll lil Gino li Gerry bilkemm kien baqaghlu tliet xhur hajja. Gino qalli biex ma nghid lil hadd, u jiena nghid is-sew ma stajtx nemmen li Gerry kien riesaq lejn it-tmiem, daqskemm kien ghadu ferriehi u cajtier, avolja snienu kienu waqghu kollha u wiccu kien mtela bil-ponot. Fil-fatt, fl-ewwel granet ta’ Lulju kienet giet Malta martu Ann fejn gharrfitna li Gerry miet nhar is-6 ta’ Lulju. Anki jiena li kont naf, bqajt ixxukkjat, ahsbu u araw shabu u l-hbieb kollha!

Kienu granet u gimghat imqallbin hafna f’dik is-sena, ghax il-membri kollha ta’ l-ezekuttiv tal-Partit Laburista kienu ddubbaw l-interdett mill-Knisja, xahrejn biss qabel ma miet Gerry.

Xahrejn wara Gerry, f’Settembru 1961 kien miet ukoll ghal gharrieda Guzè Ellul Mercer id-deputat mexxej tal-Partit. Guzè u Gerry kienu zewg personalitajiet mill-aktar intellettwali, hbieb hafna u t-tnejn dejjem b’xi ktieb f’idejhom.

Darba minnhom niftakar li kellna ballu fis-sala ta’ taht il-lukanda Phoenicia, fejn l-aktar wiehed li gawda fid-dehir kien Guzè Ellul Mercer, li beda jizfen bla waqfien mat-tfajliet u n-nisa kollha. Jiena, hin minnhom, inzertajt hdejn Gerry, u ghadni sa llum nisma’ lil Gerry jghidli dawn il-precizi kelmiet: he lives!, bl-accent fuq lives! Sentenza bl-ingliz ta’ zewg kelmiet li ma ninsieha qatt! Mur ghidilhom li kellhom imutu t-tnejn fi spazju ta’ xahrejn, xi sena u nofs wara!

Jiena, meta kont fil-kumitat ta’ l-ismijiet tat-toroq fl-1979, hadt hsieb li nsemmu triq ghal Gerry Zammit fil-Gzira fejn Gerry kien twieled u kien strumentali biex hemmhekk twaqqaf l-ewwel kazin laburista, wiehed mill-aktar f’sahhithom li ghandu l-Partit illum.

Hasra li Gerry Zammit m’ghadux miftakar kif jixraqlu, izda jidher li l-habib tieghi Robert Micallef fi hsiebu jikteb ktieb shih fuqu. Ghalissa, sakemm johrog dan il-ktieb, inheggeg lill-qarrejja tieghi biex jaqraw u jergghu jaqraw dwar il-hajja u l-karriera qasira ta’ Gerry Zammit f’l-orizzont ta’ nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Awissu, meta Gerry, kieku baqa’ haj, kien jaghlaq 75 sena.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Features
·  Il-mekkanik li rrakkonta l-ħajja ta’ Kristu


IT-TEMP - 25/7/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 29º

Riħ:  Qawwi mill-Majistral
Baħar:  Qawwi ghal qawwi hafna
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.