www.it-torca.com  
Il-Ħadd 25 ta' Lulju 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Wara tilwima ma’ Green Investments Ltd:
Floriana FC kellhom ifittxu post alternattiv għat-taħriġ.....

Muturi – GP tal-Istati Uniti:
Stoner jittama li jwaqqaf is-sensiela negattiva.....

Formula Wieħed – Grand Prix tal-Ġermanja:
Vettel iċaħħad lill-Ferrari mill-ewwel Pole Position sa mill-2008.....

Żgħażagħ Maltin se jattendu avveniment prestiġġjuż tal-baseball f’Tokjo.....

Kampjonat BoV tal-Waterpolo tas-Sajf:
Neptunes jilħqu lil Sliema fil-quċċata.....

My Red Force jirbaħ it-tiġrija storika kontra żwiemel Taljani.....

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
ARTIKLI/KONTRIBUZZJONI

Glieda dejjiema sa mit-twelid
minn Charles Flores

KULL min xi darba jew ohra habbel rasu jaqra ftit dwar l-istorja politika u industrijali ta’ pajjizna jaf li sa mill-bidunett taghha, il-General Workers’ Union kellha tirrassenja ruhha ghal glieda dejjiema. Din mhix il-glieda ghall-ezistenza jew ghall-principju ta’ shubija, ghalkemm it-tnejn li huma tul din l-istess storja ntasbu bil-mini splussivi ta’ taht l-art, izda glieda msejsa fuq il-harsien tal-klassi tal-haddiema minn dawk l-elementi fis-socjetà Maltija li dejjem kienu, ghadhom u jibqghu kontra l-progress tan-nies tax-xoghol.

Meta l-GWU riedet tigbor lill-haddiem Malti mit-trab ta’ l-art li fih hallietu l-ahhar gwerra dinjija, ghajruha li kienet maghmula mill-hooligans. Meta qabzet ghan-nies tas-servizzi Inglizi, akkuzawha li riedet timmina l-hidma militari u navali ta’ l-Imperu li Malta kienet taghmel minnu bhala kolonja gwejda. Meta bdiet taqbel ma’ ideat u fehmiet politici godda u friski, kollha kemm huma wara kollox mahsubin biex itejbu l-qaghda tal-klassi tal-haddiema, pingewha bhala Marxista u estremista, u sahansitra raw kif hammguha anki b’metodi faxxisti u ekklesjastici (mhux necessarjament dejjem f’din l-ordni).

Kampanja ta’ sabutagg

Din il-glieda dejjiema la qatt waqfet minn meta bdiet u lanqas kellha xi pawsa karitattiva. Meta l-kanuni ma kinux qeghdin jinstemghu jisparaw, xorta wahda kien ikun hemm ghaddejja kampanja qalila ta’ sabutagg minn taht. Kien hemm ministri li saru presidenti li riedu jnehhu l-arma legali ta’ l-istrajk. Kien hemm ministri li poggew fil-mira taghhom lil min kien jidhol membru fil-GWU. U kien hemm membri parlamentari, fosthom min illum inqata’ jew qatghuh mill-politika u qed jaghmel hafna gid fil-kamp tal-volontarjat, li kienu jaghmlu minn kollox biex ifixklu lil din l-ghaqda tal-haddiema permezz ta’ mpjiegi li kienu joffru lil xi nies bil-kundizzjoni (u bi ftehim mas-sidien, naturalment) li ma jidhlux membri fil-GWU.

Illum qed inkomplu nghixu din ir-realtà. Il-GWU sabet ruhha f’pozizzjoni fejn minhabba l-qaghda ekonomika tal-pajjiz, hawn min qed jippretendi li dak li kisbet permezz ta’ din l-istess glieda dejjiema, ccedih b’kapricc. Hawn min qed jahseb li bl-arroganza u t-theddid jista’ jgibha zewg. B’danakollu, l-istess storja turina li f’cirkustanzi bhal dawn il-GWU aktar issahhet milli hag’ohra. Dak l-annimal li thallih fis-selvagg jiggieled ghal rasu, aktar ikun kapaci jibqa’ jezisti u jissielet mal-hajja minn dak l-annimal domestikat li qatt ma jithalla johrog mid-dar u mitmugh tajjeb l-ikel mimli vitamini. Hekk ukoll il-GWU fil-glieda dejjiema taghha meta mqabbla ma’ unions ohra li dan l-ahhar jidhru li bdew icedu u jbaxxu rashom ghad-daqqa kiefra tal-poter u l-arroganza.

Il-GWU ovvjament m’hi xejn minghajr il-haddiema li jsostnuha. Hekk kien fl-imghoddi u hekk irid jibqa’ llum. Iridu jkunu l-ghaqda u l-kuragg taghhom li jzommu din il-glieda ghaddejja kif ilha ghaddejja sa mis-Snin Erbghin. Hadd m’ghandu jahseb li c-cirkustanzi tallum huma differenti jew iktar difficli minn dawk ta’ perjodi ohra mqallba fl-istorja ta’ Malta u Ghawdex. Jinbidlu t-tattici u jinbidlu c-cirkustanzi socjo-politici, izda l-kawza tal-klassi tal-haddiema ma tinbidel qatt.

Ghalhekk hi DEJJIEMA.

Ta’ l-ahhar

• Qarrej regolari ta’ din il-pagna baghat messagg biex jilmenta dwar l-istat tal-biki u l-inkonvenjenza ta’ l-ufficcju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali fiz-Zejtun. Waqt li jemmen li d-dar tista’ tinbidel fi gmiel ta’ dar ta’ karattru ghall-familja, jhoss li mhix adattata ghall-hidma fuq is-servizzi socjali. Dan ghax hemm wisq turgien gholja biex dawk l-aktar dghajfa, jigifieri nisa u rgiel xjuh u handikappati, jkunu jistghu jinqdew bla tbatija. Lanqas m’hemm kamra fejn in-nies tista‘ tistenna, kif m’hemmx access ghal persuni b’dizabilità. Tassew dehra ta’ hasra tarahom telghin dawk it-turgien meta b’investiment serju d-dipartiment jista’ jkollu post ferm ahjar u aktar komdu ghan-nies ta’ dawk l-inhawi...

• Hawn Malta ghandna habta nigglorifikaw lin-nies wara mewthom, meta f’hajjithom forsi qajla nkunu wisq tajniehom il-gieh misthoqq. Figura fil-qasam politiku u industrijali li minn dejjem affaxxinat liz-zghazagh socjalisti ta’ kull generazzjoni bla dubju hija dik ta’ Gerry Zammit. Hadem u stinka bla stenna xi glorja. Bata l-habs u l-ingustizzja. Miet mewta kiefra f’zghozitu. Issa sar maghruf li, bil-haqq kollu, Robert Micallef qed jigbor it-taghrif kollu mehtieg biex iwasslilna l-istorja ta’ Gerry Zammit fi ktieb. Tislima xierqa u ferm mistennija...

• Matul il-jiem li ghaddew inqatlu aktar minn 20 morin Amerikan iehor fl-Iraq. Mela Bush ma kienx qal li l-gwerra ntemmet u l-iskop kien intlahaq? Jew ghad irid jghaddi zmien daqs kemm kien ghadda zmien fil-Vjet Nam biex il-gwerra veru tkun intemmet…?

• Bil-miljuni minfuqa u mohlija fuq il-port ta’ Brindisi, Dar Malta fi Brussels u progetti falluti ohra, il-gvern kien ikollu ferm izjed minn bizzejjed biex ihallas lit-tobba u l-ispecjalisti ahjar u hekk forsi ma jdabbrux rashom lejn l-Ingilterra...

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Artikli/Kontribuzzjoni
·  Inti tista’ tqatta’ ġurnata f’razzett tipiku Għawdxi...
·  Aktar ma nħaffer, aktar insib!
·  Annullament: proċess, spejjeż u... x’iktar?


IT-TEMP - 25/7/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 29º

Riħ:  Qawwi mill-Majistral
Baħar:  Qawwi ghal qawwi hafna
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.