|
FTIT xhur ilu hadt sehem f’diskussjoni fuq it-televizjoni ma’ zewg gurnalisti ohra u l-kliem waqa’ fuq l-ekonomija tal-pajjiz. Mhux ghax xi hadd minna huwa espert jew kwalifikat fil-qasam, izda ghax certi hwejjeg li sehhew u qeghdin isehhu kif ukoll l-istatistika, kollha jindikaw li l-problemi ekonomici qeghdin joktru minn jum ghal jum.
Hadd minna ma qal li dhalna f’sitwazzjoni “Argentina”, fis-sens li lhaqna livell fejn m’hemmx minn fejn tohrog u tizgicca minghajr ma tnixxi d-demm kif gara f’dak il-pajjiz kbir u suppost sinjur fl-Amerika t’Isfel. Izda meta jien uzajt il-kelma “krizi” sibt lil wiehed minn dawk iz-zewg kollegi jinsisti li anki dik ma kinitx il-vera sitwazzjoni. U ghal xi hin id-diskussjoni zvijjat ghal fuq l-uzu tal-kelma “krizi” u x’jikkonstitwixxi verament krizi ekonomika.
Ma sibtha xejn difficli niddefendi l-ghazla ta’ kliem tieghi. Dan ghax trid tkun qed tghix fuq pjaneta ohra jew ma tixtieqx tghid il-verità kollha biex iddejqek il-kelma “krizi”. U llum, daqstant xhur wara, nhossni iktar konvint li mhux biss dakinhar kelli ragun, izda l-qaghda kompliet marret ghall-aghar. L-indikazzjonijiet ilhom inkwetanti, izda issa l-krizi ekonomika li gabet maghha l-politika tal-laissez-faire u l-hnizrija partiggjana qed tolqot il-laham il-haj fil-fibra tan-nazzjon Malti u min jghid li m’hawnx krizi jkollna mmissulu xi ftit mohhu.
X’jonqos jigri biex ikun hawn krizi? Il-qghad zdied b’rata allarmanti minkejja kemm isir habi u makakkerija ufficjali fl-istatistika. L-investiment barrani nixef. Il-kumpaniji tal-gvern u tal-poplu qed jinghalqu ghal finijiet ideologici li m’ghadx baqa’ lok ghalihom. Il-haddiema taghhom qeghdin intortament jitilfu l-impjieg bla ma jsibu l-opportunità ta’ iehor alternattiv, ghandhom biss il-giljottina tistenniehom. Is-safar intlaqat drastikament. It-turizmu moribond. Il-petrol joghla meta joghla l-prezz dinji, izda ma jinzilx meta jinzel il-prezz dinji. Il-kummerc jinsab stagnat, bl-ahhar dettalji negattivi johorgu ftit jiem ilu mat-tmiem tal-Fiera (hekk imsejha) Internazzjonali ta’ Malta. Id-dinja ta’ l-assigurazzjoni ma tistax tiehu nifs. Ghawdex maqbud f’morsa kiefra.
U m’ghandniex krizi? Il-Maltin u l-Ghawdxin illum qeghdin igawdu l-frott tal-fiducja li taw lil min ghal darba tnejn ghamiehom b’weghdiet u xinxilli ta’ rebbiegha gdida u serhan il-mohh. Il-qaghda llum hija l-kuntrarju ta’ dan kollu. It-taxxi qed jikluna minn gewwa. Anki biex issiefer, ghaziz hija Malti, inti l-aktar bniedem intaxxat fl-Ewropa jekk mhux fid-dinja.
Izda min-naha l-ohra, jien cert li l-Maltin u l-Ghawdxin jafu li dan il-piz fuq spallejhom mhux xi skerz tan-natura li sehh ghal gharrieda llum. Huwa l-akkumulu ta’ bosta snin ta’ tmexxija hazina tal-finanzi u s-servizzi ekonomici taghna. Ic-cajta dwar kif il-“Money No Problem” inbidlet fi “Problem – No Money” issa ndrat, izda xorta wahda ghadha valida u mehtiega biex tghinek tiftakar min hadek bid-dghajsa tal-propaganda fejn ried hu, u min ipprova jiftahlek ghajnejk u ma tajtux widen.
Il-krizi ma tidhirx li tista’ tghaddi qabel jittiehdu l-mizuri serji u gusti li hemm mehtiega. Dawn ma jistax jehodhom min ma jahsibx jew ma jistqarrx li hemm krizi, anzi jsostni li mexjin tajjeb lejn id-direzzjoni mixtieqa. U jghid hekk waqt li jbellaghlna aktar taxxi u johloq aktar tfixkil ghall-klassi tal-haddiema li tiddependi ghal kollox fuq dik il-bicca paga li tircievi, sikwit bit-taqtigh il-qalb, meta l-klikka fil-poter u s-sangisugi taghhom qed jerdghu l-ahhar ftit demm li baqa’ jdur fil-vini ta’ l-ekonomija Maltija.
Krizi? Tridx tmur...!
Ta’ l-ahhar
• “Il-gvern favur it-taxxa tar-registrazzjoni tal-karozzi,” qalulna. Ejj’oqghod. Min irid jitlef id-dhul ta’ Lm20 miljun fis-sena? Izda kemm baqaghlu ghazla l-gvern Malti jekk it-tnehhija taghha tkun mizura li trid tittiehed fuq struzzjonijiet minn Brussels?
• Interessanti l-ordinazzjoni ta’ sacerdoti Kattolici nisa fl-Amerika minkejja l-oppozizzjoni tal-Vatikan. Bhall-kwistjoni tac-celibat, hija biss il-bidu ta’ triq inevitabbli ghall-futur, jekk il-Knisja trid li tibqa’ ssib nies bizzejjed biex twassal is-servizzi taghha...
• Issa billi Roman Abramovic baghtilna s-super-jott tieghu, mhux ahjar johdilna hsieb it-tim nazzjonali tal-futbol ukoll?!
• Ghawdex mhux se jitlef l-istatus ta’ regjun sempliciment ghax jitlef lil Ghajnsielem ghall-iskopijiet kostituzzjonali ta’ elezzjoni. Ghandna tant sinefeteti parrokkjali hawn Malta, izda hadd ma hareg jilmenta meta tilef partijiet mit-territorju tieghu biex jitfasslu distretti ghall-konvenjenza politika tal-mument...
• Gwardjan tat-traffiku li sikwit ikun mohbi f’kantuniera faccata tal-gnien ta’ Sant’Anton ilu jigbed l-attenzjoni tan-nies li jghixu fl-inhawi ta’ H’Attard, Hal Balzan u Birkirkara. Ilsna hziena qalu li jkun hemm sempliciment biex iserrah ras in-nazzjon li l-President tar-Repubblika kull filghodu ma jinsiex jilbes ic-cinturin tas-sigurtà…
|