www.it-torca.com  
Il-Ħadd 25 ta' Lulju 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Wara tilwima ma’ Green Investments Ltd:
Floriana FC kellhom ifittxu post alternattiv għat-taħriġ.....

Muturi – GP tal-Istati Uniti:
Stoner jittama li jwaqqaf is-sensiela negattiva.....

Formula Wieħed – Grand Prix tal-Ġermanja:
Vettel iċaħħad lill-Ferrari mill-ewwel Pole Position sa mill-2008.....

Żgħażagħ Maltin se jattendu avveniment prestiġġjuż tal-baseball f’Tokjo.....

Kampjonat BoV tal-Waterpolo tas-Sajf:
Neptunes jilħqu lil Sliema fil-quċċata.....

My Red Force jirbaħ it-tiġrija storika kontra żwiemel Taljani.....

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
FEATURES

L-industrja tal-films li qatt ma kienet
minn Lino Cassar

BOOSTING THE FILM INDUSTRY kitbet The Malta Independent fl-editorjal taghha tal-15 ta’ Lulju li ghadda. INCENTIVI GHAL MIN JINVESTI FL-INDUSTRJA TAL-FILMS qaltilna l-gazzetta nazzjonalista fl-14 ta’ Lulju. BID TO DEVELOP A FILM INDUSTRY IN MALTA qaltilna The Times b’ittri kbar fil-15 ta’ Lulju. The Times kienet l-aktar wahda korretta fost it-tliet gazzetti, ghax fil-waqt li t-tnejn l-ohra semmew l-industrja tal-films (the film industry), hi semmiet industrja (a film industry).

Jaghmel differenza bejn the u a ghax the tfisser li digà ghandna industrja tal-films, mentri a tfisser li ghadha se ssir jew qeghdin jittiehdu l-mizuri biex issir. Il-verità hija li f’Malta M’GHANDNIEX industrja tal-films ghax, biex ikollok industrja, irid ikollok ix-xoghol tal-gbid tal-films kontinwu.

Dawn ix-xorta ta’ hedlajns m’humiex godda ghal pajjizna. Sa minn mindu rega’ tela’ l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-1987 ilhom jiftahru b’din l-industrja li qatt ma sehhet. M’ghandix ghalfejn nikkwotalkom hawnhekk il-hedlajns kollha li dehru prominenti matul is-snin. Ghandi quddiemi l-gazzetta Il-Mument tal-Hadd 12 ta’ Mejju, 1991, bil-hedlajn bil-kulur HIDMA KBIRA BIEX F’MALTA TITWAQQAF INDUSTRJA TAL-FILMS, bl-ewwel paragrafu jghid hekk:

“Qed ikunu finalizzati studji serji biex f’Malta titwaqqaf verament industrja tal-films. Ghal dan l-iskop, il-kumpanija parastatali Mediterranean Film Studios (MFS) fir-Rinella, qed tahdem bla waqfien u permezz ta’ kuntatti internazzjonali.”

U r-rapport ikompli:

“Il-hidma ta’ l-MFS f’dawn l-ahhar snin kienet immirata l-aktar biex jitwettaq pjan professjonali li thejja biex l-istudjos tar-Rinella jergghu lura fuq saqajhom wara d-dizastru finanzjarju u organizzattiv li kienu thallew fih fi zmien il-gvern socjalista.” (Dak iz-zmien kienu ghadhom isejhulna socjalisti biex min-ghalihom aktar jghajruna.)

Kliem sabih kieku, 14-il sena ilu, bhal “studji serji”, “verament industrja tal-films”, “bla waqfien” u “kuntatti internazzjonali”. Imma kollha kliem fil-vojt ghax tul is-snin taghhom baqa’ ma sar xejn. U regghu holmu issa bl-industrja tal-films li qatt ma kienet, ghax gie jigbed fostna d-di-rettur Steven Spielberg u regghu bdew jaraw kbir. U l-ministru Austin Gatt introduca xi inizjattivi jew incentivi fiskali biex ihajjar aktar prodjusers jigu jiffilmjaw f’pajjizna.

Wara Mejju 1987, meta regghu telghu huma fil-gvern, il-kumpanija Mediterranean Film Studios (li kienet proprjetà tal-Malta Development Corporation, illum il-Malta Enterprise) giet f’idejn is-seg-retarju parlamentari John Dalli. L-ewwel mizura li ha kienet li kecca lili minn direttur mani-gerjali u tghidux kemm irsista biex ihammigni u bilkemm ma qalx li kont qieghed nisraq il-flus. Storja twila li nittama li xidarba nikkoncentra fuqha biss. Jiena hallejt hemmhekk mill-inqas tletin haddiem li, wara li telghu huma, ziedu tletin ohra maghhom biex jaqdu lill-bazuzli li ma kellhom ebda idea ta’ x’inhuwa x-xoghol tal-gbid tal-films.

Biz-zmien, dawn is-sittin impjegati bdew dejjem jonqsu, jonqsu, sakemm illum bilkemm issib erbgha fil-Mediterranean Film Studios! Erbgha! U addijo l-haddiema esperti li kellha l-kumpanija li kienu hadmu fuq films ta’ qabel bhal Shout at the Devil, Force Ten from Navarone, The Martian Chronicles (sensiela televiziva), Raise the Titanic, Cris-toforo Colombo (sensiela ohra televiziva) u ohrajn.

John Dalli kien ha aktar mizuri li ma swew ghal xejn. Jiena ma tantx hadtha bi kbira li keccieni. Kienet aktar vili, izda, li minfloki pogga wiehed li digà kien hemmhekk imexxi l-kumpanija izda li kien irri-zenja minn rajh fi tmiem l-1977 wara li l-kumpanija giebha dizastru. Irrid inzid hawnhekk li, qabel, il-kumpanija kienet privata u kien jisimha Malta Film Facilities li kienet infethet fl-1965. Sa l-1977 qatt ma hallset il-kera ta’ l-art li kien krielha l-gvern, qatt ma hallset taxxi u qatt ma wettqet obbligi ohra skond il-kuntratt originali. Ghalhekk, wara li falliet, fl-1978 regghet giet proprjetà tal-Malta Development Corporation.

Izda l-aktar mizura oxxena li kien ha John Dalli kienet li Popeye Village, li wara li nhadem il-film Popeye fl-1980 sar parti mill-kumpanija, qabad u krieh minghajr ma hareg offerti lil wiehed mill-bazuzli tieghu. Popeye Village kien inbena wara li tant kont irsistejt jiena (ghax kieku ma kienx jinbena u l-film ma kienx jigi f’Malta), u ma twaqqax ghax kont irsistejt jiena wkoll, sahansitra kont appellajt lill-prim ministru nnifsu Dom Mintoff ghax id-dipartiment ta’ l-artijiet kien ordna li jitwaqqa’.

John Dalli qabad u krieh lil min ried hu minghajr ma avza lill-bord gdid li kien hatar hu stess biex imexxi l-istudjos. Ic-cermen f’dik l-epoka kien Maurice Mizzi li kellu x-xewqa li Popeye Village jidhol imex-xih hu, izda John Dalli lanqas biss qallu minn qabel. Tant li eventwalment Maurice Mizzi ha l-inizjattiva li waqqaf il-kumpless Splash & Fun f’Bahar ic-Caghaq.

Apparti Popeye Village, jiena kont hallejt warajja wkoll tliet mudelli kbar li kienu rep-lika ezatta tat-tliet karavelli li kien siefer fuqhom Kristofru Kolombu meta telaq biex jaqsam l-Atlantiku (ghall-ewwel darba fl-istorja) f’Ottubru 1492. Dawn il-karavelli kienu nbnew mill-mastrudaxxi ta’ l-MFS (flimkien ma’ mastrudaxxi Taljani) fis-sajf ta’ l-1983 u, meta l-film tlesta, jiena hassejt li ma kellix neqridhom, bhal-ma kienet il-procedura qabel (u wara wkoll) li jeqirdu s-set-tijiet u l-mudelli kollha wara li jintemm il-gbid tal-films.

Dawn il-karavelli nbnew ezatti skond il-pjanti li kienu fasslu d-disinjaturi originali, izda, peress li fil-film kienu se jidhru dejjem f’wicc il-bahar, ma kienx hemm ghalfejn jidhlu fl-ispiza li jaghmlulhom il-qiegh, ghalhekk bnewhom bla qiegh u poggewhom fuq krietel kbar tal-hadid vojta biex jifflowtjaw fuqhom. Meta spicca l-filming, dawk il-kara-velli hrigniehom mit-tank il-kbir ta’ l-istudjos u tellajniehom bil-krejnijiet fuq cnagen apposta biex jibqghu fuqhom. Wahda mill-karavelli kienet nofsha mahruqa, ghax hekk kienet tirrikjedi l-grajja tal-vjaggi, izda jiena zammejtha xorta wahda.

Il-fatt li ghamilt hekk swieli ta’ deni ghax meta lil John Dalli stidnuh biex jarahom, tghidux x’sensazzjoni ghamlu fil-gazzetti taghhom li jiena hallejt warajja kollox herba. Kont hallejt ukoll il-mudell tal-bastiment Titanic (tal-film Raise the Titanic) li, naturalment, fuq quddiem fuq il-lemin kellu ticrita kbira li sehhet wara li l-bastiment kien habat ma’ ajsberg. Meta nhadem il-film fl-1980 kienu ghadhom ma jafux li t-Titanic, hu u niezel fil-qiegh, kien inqasam fi tnejn, allura meta tellghuh fl-ewwel film kellu cumnija wahda meqruda (skond il-grajja) u t-ticrita kbira fatali li minnha dahal l-ilma u eventwalment it-Titanic ghereq.

Giebu fil-gazzetti taghhom din il-“herba” li hallejt warajja jiena. Iffilmjaw ukoll fi kmamar fin-naha abbandunata ta’ fuq ta’ l-istudjo li qatt ma kienu jintuzaw, semplicement bi skop wiehed, biex ihammgu lili u naturalment ihammgu wkoll lill-gvern laburista li, dejjem skond huma, kien halla warajh herba shiha kullimkien.

U tghidux kemm pjani kienu habbru biex l-industrja tal-films jergghu jpogguha fuq saqajha. Fl-1994 kellhom film b’nefqa gmielha, Cutthroat Island. Damu kwazi xahrejn jigbduh f’pajjizna, fit-tank il-kbir ta’ l-istudjos u f’lokazzjonijiet ohra. Kienu stmaw li f’Malta ntefqu madwar $20 miljun, imma hafna bazuzli barra u gewwa kienu billew subghajhom, biex, fl-ahhar mill-ahhar, il-kumpanija ghamlet qligh ta’ Lm3,000 biss. Tlett elef lira Maltin minn nefqa ta’ $20 miljun. U ebda inkjesta, jekk joghgobkom!

Sadattant, fl-4 ta’ Ottubru 1995, il-kumpanija MFS kienet inbieghet lil wiehed Malti Kanadiz li kellu l-kum-panija tieghu jisimha Catalyst Entertainment Inc, bi shab ma’ kumpanija ohra Ingliza, l-Allcroft Group Limited. In-naha ta’ fuq ta’ l-istudjo (li ma kinitx tintuza) dawruha f’cen-tru ta’ divertiment, imsejjah Rinella Movie Park. Apparti li dan ma rnexxiex, u ghalaq wara ftit aktar minn sena, ma ngiebx film wiehed, imqar wiehed, minn dawk li suppost kienu qeghdin jingibdu fil-Kanada. Eventwalment, il-Malti Kanadiz biegh kollox lil kumpanija ohra ta’ wiehed Germaniz jopera f’Malta. Baq-ghet sejra lura, lura lura lura, u llum jghidu li fuqha, ma’ wiehed mill-banek Maltin, hemm overdraft ta’ xi Lm2 miljuni. Mill-inqas!

Fis-sena 2000, l-“industrja” tal-films f’Malta giet taht idejn is-segretarju parlamentari George Hyzler li, apparti li hatar Film Commission, kien hatar ukoll kumitat, bic-cermen tieghu Lou Bondì, biex jaghmillu rapport mimli suggerimenti ta’ kif l-industrja terga’ tqum fuq saqajha. Ir-rapport, jekk niftakar tajjeb, suppost li kellu jitlesta sa l-ahhar ta’ Ottubru 2000 (wahda mill-membri kienet Daphne Caruana Galizia) u Lou Bondì kellu jithallas Lm3,000 tar-rapport. Dak ir-rapport qatt ma ra d-dawl tax-xemx, il-kumitat kien iltaqa’ darba biss, u wara, m’hemmx ghalfejn nghidilkom, baqa’ kollox kif kien!

F’dawn il-granet, kif nafu lkoll, ghandna fostna lil Steven Spielberg li qieghed jigbed il-film li proprju din il-gimgha thabbar li se jsemmuh Munich. Suggett jahraq, ghax ghandu x’jaqsam mal-massakru li kien twettaq fuq l-atleti ta’ Israel li kienu qeghdin jiehdu sehem fil-Loghob Olimpiku f’dik il-belt f’Settembru 1972, u jkompli bil-vendetta li kienet twettqet mill-Mossad (l-agenzija sigrieta ta’ Israel) fuq il-Palestinjani li kienu wettqu l-mas-sakru.

Suggett tant jahraq li lil Spielberg ma tawhx permess jigbed f’Cipru, f’Ruma u f’Madrid, u GHALHEKK gie hawn Malta, bil-konsegwenzi kollha li setghu jinqalghu.

Issa ghandna Film Commission ohra, mahtura mill-ministru Gatt. Il-gvern wieghed li se jibda jaghti lura lill-prodjusers 25% tan-nefqa li jonfqu kemm idumu hawnhekk. Izda b’din il-mizura biss, u bi ftit cekcik iehor, ma jistax ikollna industrja tal-films jekk almenu ma jibnux sound studio kbir bil-facilitajiet kollha bhalma ghandhom fil-Marokk u fit-Tunezija u kullimkien. Il-gvern qieghed ihajjar lill-privat biex jidhol ghall-ispiza ta’ dawn il-facilitajiet, izda jiena naf per esperjenza li l-privat f’pajjizna mhuwiex se jixtri l-hut fil-bahar.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Features
·  Il-mekkanik li rrakkonta l-ħajja ta’ Kristu


IT-TEMP - 25/7/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 29º

Riħ:  Qawwi mill-Majistral
Baħar:  Qawwi ghal qawwi hafna
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.