www.it-torca.com  
Il-Ħadd 29 ta' Awissu 2010
  It-Torċa  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati ta' l-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Valletta jiffirmaw lil Ian Azzopardi.....

Kampjonat BoV tal-Waterpolo tas-Sajf:
Neptunes jirbħu logħba eċċitanti.....

Amministratur li jservi lil Valletta u lill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA:
Kburi li ilni nservi dan il-klabb ghal dawn l-ahhar tletin sena
– Paul Spiteri (Vici-President ta Valletta).....

 

 

Segwina fuq:
 
 
Facebook
 
YouTube
 
OPINJONI

Rebha Laburista
minn Alfred Sant

Gimgha ilu, sa mill-bidu nett li bdew johorgu, ir-rizultati ta’ l-elezzjonijiet lokali wrew li se jkollna rebha Laburista… minkejja li tal-PN qaxxru lill-Marsa u liz-Zejtun mill-elezzjoni. Aktar ma hargu rizultati, aktar deher li x-xaqliba lejn il-Labour, is-“swing”, kienet mifruxa mal-lokalitajiet kollha u kienet qawwija sew. Fil-konferenza stampa televiziva li tajna — Stefan Zrinzo Azzopardi, Jason Micallef, Chris Cardona, Michael Falzon u Charles Mangion u jien — f’nofsinhar tal-Hadd, ghedt li l-vot jirrapprezenta vot ta’ sfiducja fil-PN u vot ta’ fiducja fil-Partit Laburista.

Ma hemmx mod iehor kif thares lejh. Gibna 53 fil-mija tal-voti. Kieku vvotaw il-Marsa u z-Zejtun, il-vot kien jitla’ ghal 57 fil-mija (u aktar) favur il-Labour. Dawn ic-cifri jitqabblu ma’ l-48.5 fil-mija li gibna minghajr iz-Zejtun u l-Marsa tliet snin ilu, fis-sena 2002, u mat-52.2 fil-mija li gibna b’dawn iz-zewg lokalitajiet inkluzi. Progress tajjeb. Jidhol b’konsistenza mar-rizultati li ksibna bhala partit is-sena li ghaddiet, fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej. Biex irbahna did-darba, bqajna nzidu fuq is-sena li ghaddiet.

Celebrazzjoni

Fic-cirkostanzi, kienet haga xierqa li naghtu cans lil-Laburisti li jiccelebraw ftit, b’ferh u bla esagerazzjoni. Stedinnihom jigu jiehdu kafè c-Centru Nazzjonali Laburista. Tant kellna folla kbira, li spiccajna kwazi mass meeting. L-ghada bdew icempluli nies biex jipprotestaw li kienu fin-naha ta’ wara u ma setghux jisimghu x’kien ghaddej. Il-folla kienet entuzjasta u attenta. Ma kellniex ghalfejn intawlu. Michael, Charles u jien esprimejna l-hajr taghna ghall-appogg miksub u ghall-ghajnuna li taw hafna nies biex ir-rizultat isehh. Ma stajtx ma nsemmix punt li laqatni tul il-kampanja: l-importanza li dejjem qed tiehu l-edukazzjoni fil-mod kif se nkunu nistghu jew ma nistghux, inlahhqu ma’ l-isfidi tax-xoghol ghaz-zghazagh taghna.

Mellieha

Wiehed mir-rizultati li l-aktar tawni sodisfazzjon kien tal-Mellieha. Tliet snin ilu, meta tal-Labour rebhu l-maggoranza fil-kunsill ta’ hemm, ma ridtx nemmen. Fil-fatt il-maggoranza kienet zghira. Did-darba, il-mistoqsija kienet jekk kienx se jirnexxielna nzommu l-maggoranza taghna. Il-kunsill Laburista ghamel xoghol kbir. Wettaq tista’ tghid il-weghdi kollha tieghu. Fl-ahhar mill-ahhar, il-maggoranza Laburista fil-Mellieha giet konfermata u b’qabza kbira sostanzjali ’l fuq ta’ kwazi 5 fil-mija. Bil-kemm stajt nemmen… ghat-tieni darba. Ic-cittadini tal-Mellieha fehmu u apprezzaw. Qamet ukoll il-kwistjoni tal-pompa tal-petrol, li ghalija kienet skandaluza. Kont ghedt li din se tinbena wara l-elezzjoni lokali. Tal-PN hargu jghidu li qed nigdeb (x’hemm gdid?) ghamlu kampanja shiha biex jghidu kif lill-kumpless sportiv tal-Mellieha “tawh” l-art kollha li ried biex jibni facilitajiet godda… bhallikieku din kienet il-kwistjoni. L-ghada ta’ l-elezzjoni — ghax tal-PN lanqas jisthu ma jafu — resqu l-gafef lejn Triq Wettinger, biex jibdew ihaffru halli jibnu pompla tal-petrol.

Progress

F’Sta Venera tal-Labour ghamlu rebha spettakolari. L-eks sindku Nazzjonalist qal li kien sorpriz bir-rizultat: imma veru li nqata’ daqshekk minn x’kien jigri madwaru. Fl-Imqabba, s-sinjali kienu hemm li l-partit tal-gvern mhux isib appogg bizzejjed. Fiz-zewg kunsilli, spiccajna bi tmexxija Laburista li se taghmel gid kbir lil dawn iz-zewg lokalitajiet. Sbieh kienu r-rizultati miksuba f’Hal Kirkop, fl-Isla, f’Pembroke u fix-Xewkija. Ghamlu hafna progress ukoll lokalitajiet fejn tal-Labour ghandhom minoranza, bhall-Belt, San Giljan u San Pawl il-Bahar.

F’Ghawdex

Hadmu bil-qawwi shabna l-Ghawdxin. Ir-rizultati zgur kienu ta’ sodisfazzjon kbir ghalihom. Barra mix-Xewkija, il-Labour mar tajjeb tista’ tghid fil-lokalitajiet l-ohra kollha. Il-ferh deher sew matul il-laqgha li kellna fit-Tokk tar-Rabat Ghawdex it-Tlieta filghaxija, b’attendenza numeruza. Tkellmu Teddy Busuttil, Joe Cordina, Justyne Caruana, Anton Refalo, Stefan Zrinzo u Charles Mangion. Wara xi maniggi, jien irnexxieli nwassal lis-segretarja tal-kumitat distrettwali Karmena Said biex kontra qalbha, taghmel l-ewwel diskors politiku taghha; kien tajjeb. Minhabba f’hekk, insejt insemmi kif Jason Micallef u Michael Falzon ma setghux jattendu minhabba li kellhom xoghol iehor fil-media f’Malta.

Attenti

Issa li ghaddiet il-mewga ta’ l-elezzjonijiet lokali, irridu nibqghu attenti biex inwettqu hidma politika serja u bilancjata. Min jahseb li l-Labour ma baqghalu xejn x’jaghmel hlief joqghod lura u jhalli l-bajtra taqa’ f’halqu, qieghed johlom perikoluz. Irridu nitghallmu mill-esperjenza ta’ l-ahhar snin. Irridu nibqghu dejjem qrib tal-poplu, tal-familji. Irridu nibqghu nuru li ahna nistghu nkunu l-hajt tal-kenn ghal dawk li jhossuhom bir-ragun, imwarrba minn dal-gvern li wieghed hafna u ma jista’ jwettaq xejn minn dak li wieghed. Irridu nibqghu nghidu l-verità, anki jekk ghall-bidu se jkun hemm min ma jifhmix tajjeb bizzejjed. U fuq kollox, irridu naghtu direzzjoni billi dak li nwieghdu, inkunu nafu li nistghu nwettquh. Se jibqghu jsiru sforzi kbar mill-media li ma taqbilx mal-Partit Laburista u minn ohrajn, biex ifixkluna u biex ihawdu l-imhuh. Dan mhux talli m’ghandux jaqtaghlna qalbna, imma ghandu jsahhilna r-rieda biex inkomplu niddefendu l-interessi tan-nies tax-xoghol kollha kemm huma.

Kittieb gentili

Guzè Cassar Pullicino kien kittieb li ma stajtx tifirdu mill-imgiba gentili tieghu tul hajtu. Jien ftit iltqajt mieghu, imma niftakar minn zmien twil ilu, il-kitbiet fejn sirt nafu — essays, studji kritici u ta’ ricerka, novelli — bhala parti mill-edukazzjoni taghna fil-Malti. Ma kellux l-istatura letterarja ta’ Aquilina jew Saydon jew Anton Buttigieg, ghalkemm bhala studjuz fil-qasam tal-folklor Malti ghal zmienu, ghamel ricerka mill-aktar serja u bzonnjuza. Imma forsi bl-eccezzjoni ta’ Buttigieg u Ruzar Briffa, f’kitbietu baqa’ dejjem itektek ir-ritmu ta’ sentiment uman li minnu nnifsu donnu jaghti xiehda ta’ gherf mohbi imma qawwi (se jkun hawn ammiraturi ta’ Gorg Pisani u Karmenu Vassallo li jiddejqu li ma semmejthomx fost l-eccezzjonijiet…) Matul hajtu, b’umiltà u b’dedikazzjoni, Cassar Pullicino kiteb dwar dak li hass, dak li emmen, u dak li studja: kiteb b’lingwagg semplici u konciz. hu u jwettaq dil-hidma, kiseb fama gustifikata bhala protagonist tal-glieda biex il-Malti jitpogga fuq sies nazzjonali — kien wiehed minn generazzjoni li jixiriqilha kull gieh. Il-mewt tieghu ma setghetx ma timliniex b’dieqa. Naghti l-kondoljanzi profondi tieghi lill-familja tieghu.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Toroq
·  Il-Knisja u d-dibattitu miftuħ dwar id-divorzju
·  Min m’għandux x’jaħbi m’għandux minn xiex jibża’
·  Fehmti
·  Artiklu li ma deherx
·  L-ITWAL ĠURNATA


IT-TEMP - 29/8/2010
Xemxi
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-oghla: 30º

Riħ:  Ftit qawwi mill-Majjistral
Baħar:  Hafif ghal qawwi li jsir qawwi
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.