|
IŻ-ŻJARA tal-mexxej Libjan, Mu’ammar Ghaddafi, fl-Italja ħalliet bosta kontroversji. Għall-Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi, dan ftit kien jinteressah, ġaladarba l-ħsieb tiegħu li jsaħħaħ il-pożizzjoni kummerċjali Taljana fil-Libja jidher li rnexxa. Il-qofol tal-kontroversja maħluqa minn Ghaddafi jinsab fil-fatt li għal darb’oħra l-Libja qiegħda twebbes rasha milli tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha.
|