|
|
|
Għarfien aħjar
minn mark montebello
|
|
ĦIDMIETI l-ġimgħa li għaddiet kienet prinċi-palment li nagħraf aħjar ir-realtajiet li se nkun parti minnhom fil-ġim-għat li ġejjin. Naturalment, dan kellu jsir filwaqt li nidħol aktar fil-fond fil-kuntest aktar wiesgħa tal-ħajja Messikana.
|
|
|
|
Intollerabbli
minn joseph muscat
|
|
IL-MAĠĠORANZA assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin iridu s-serjetà u mhux lesti jħallu każi serji bħal dak tal-għoti tal-kuntratt tal-power station lill-BWSC jibqa’ għaddej kif qed jagħmel Lawrence Gonzi minkejja t-taħwid u l-maniġġi kollha li saru biex il-ftit iħax-xnu bwiethom. Ilkoll kemm aħna għandna nżommu f’moħħna li f’kuntratt kbir bħal dan tal-power sta-tion, biex kumpanija tiġbor id-dokument u tipprepara l-offerta, jeħtieġ spiża ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro.
|
|
|
|
Il-cake
minn leo brincat
|
|
SERRĦU raskhom. M’għandi ebda ħsieb intikhom xi lezzjoni fit-tisjir. U l-ħelu ma tantx jagħmel bija. Il-cake li qed nirreferi għalih huwa l-ġid li jinħoloq fil-pajjiż. Fi żmien li Fenech Adami kien PM, għalkemm ħafna kienu tal-fehma li kien jiġbed ħafna lejn xawwat nazzjonalisti primi, kienet il-fehma ġenerali li fost dawk li kienu jgawdu kien hemm firxa wiesgħa mhux ħażin minn tagħhom.
|
|
|
|
Fehmti
minn joe micallef stafrace
|
|
SOLTU nqisu s-sajf, l-iktar ix-xahar ta’ Awwissu, bħala żmien meta l-aħbarijiet ta’ nteress jonqsu billi kulħadd; inklużi l-mexxejja tal-pajjiż u dawk li, fi kliem in-nies tal-media, “joħolqu l-aħbarijiet”, jixxaħxħu u jis-trieħu xi ftit. Mhux hekk ġara, iżda, fis-sajf li qed jersaq lejn tmiemu għax il-każi ta’ allegati korruzzjoni u irregolaritajiet u każi attwalment pruvati jew ammessi u ġrajjiet oħra u kxif ta’ fatti li jtuk x’taħseb regħdu lill-pajjiż.
|
|
|
|
Ejjew nirbħu l-pjaċir ta’ Alla
minn laiq ahmed atif
|
|
ILLUM il-ġurnata nsibu faqar kbir imxerred ma’ kullimkien fid-dinja. Hemm ammont kbir ta’ nies li huma inqas fortunati fil-pajjiżi kollha tad-dinja – fil-pajjiżi foqra kif ukoll fil-pajjiżi sinjuri. B’xorti ħażina dan-numru ta’ nies li huma foqra qed jiżdied kuljum. Fis-snin riċenti rajna żieda kbira minħabba kriżijiet ekonomiċi li jdawru d-dinja kollha, mil-lemin għax-xellug u minn fuq għal isfel.
|
|
|
|
Ġustizzja riparatriċi
minn michael falzon
|
|
LI XI ĦADD jintbagħat il-ħabs ifisser li, wara proċess ġudizzjarju li matulu tkun stabbilita l-ħtija tal-persuna, din tingħata sentenza x’tiskonta biex matulha ssewwi l-ħsara li għamlet lis-soċjetà bl-att tagħha. Il-ħabs mhuwiex vendikazzjoni. L-iskop wara l-ħabs, għalkemm dan jista’ jkun dibattibli, hu li filwaqt li persuna tkun imċaħħda mil-libertà, ikollha l-opportunità li tirrifletti fuq l-iżball tagħha u fejn tkun tista’ ssewwi mill-ħsara li wettqet.
|
|
|
|
Nikxfu l-kaxxa ta’ Pandora
minn petronius melitensis
|
|
KIF wegħidniekom il-Ħadd li għadda fi tmiem it-Telenovela tas-Sajf Elfejn u Għaxra, illum se nagħtu ħarsa lejn il-Kaxxa ta’ Pandora tal-PN li nfetħet f’dawn il-ġranet sħan ta’ sajf indemonjat. Fil-verità għadha ma nfetħitx kollha. Imma bin-naqra li tbexxqet ġa ħarġu ġrajjiet tal-għaġeb. Imma rridu ngħidu wkoll li din il-“kaxxa” suppost li kienet vażun. Ħa ngħidulkom għax kif inhu dmirna bħala nies ta’ bixra Klassika.
|
|
|
|
Gaddafi jagħti lill-Ewropa x’tomgħod
minn charles flores
|
|
FIL-JIEM li għaddew spikkat iż-żjara li l-mexxej Libjan. Mu’Ammar Gaddafi, għamel fl-Italja. Mhux il-fatt li ngħata merħba kbira mill-amministrazzjoni ta’ Silvio Berlusconi li l-aktar xegħel l-aħbarijiet, iżda żewġ dikjarazzjonijiet li għamel Gaddafi immirati direttament lejn l-Ewropa.
|
|
|
|
|